Jista' il-Ministru jinvestiga l-problema li għandhom il-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar meter ta' l-ilma li jinsab wieqaf?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li hija separata u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li toqod f'fond rekwiżizzjonat tiġi kkonsidrata għal xi post battal tal-housing f'Ħaż Żabbar ħalli tkun qrib it-tfal tagħha minħabba r-raġunijiet mediċi on file.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat illi l-persuna ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-Housing Authority tistax tipproċessa għall-finijiet ta' sussidju fuq tiswijiet il-fond fil-Gżira li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u l-Awtorita' tad-Djar mistennija jiffirmaw il-konvenju taħt Skema 5 fit-28 ta' Novembru 2002. Skond dan il-konvenju l-persuna ndikata tkun intitolata sa massimu ta' Lm780 bħala għajnuna biex tirrendi d-dar tagħha aktar abitabbli.
Jista' il-Ministru jgħid mill-klandestini li daħlu Malta f'1 ta' Jannar 2002, kemm minnhom ġew ripatrijati lura, meta u lejn liema pajjiżi ntbgħatu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36593, kien hemm 104 immigrant klandestin ieħor li ġew ripatrijati lejn l-Eġittu.
Malta Development Corporation — Lista tal-Kuntratti
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista bl-ismijiet tad-ditti kkonċernati u bl-ammonti nvoluti tal-kuntratti professjonali li saru mill-Malta Development Corporation minn Settembru 1998 ma' avukati u/jew ditti ta' avukati kif ukoll ma periti u/jew ditti ta' periti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 'l hawn, il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp ta' Malta ġedded dawn iż-żewġ kuntratti:
1. dak ta' l-Avukatessa Rachel Bonello bħala Segretarja tal-Bord b'retainer annwali ta' Lm3,450; u
2. dak tal-Prokuratur Legali Victor J. Bugeja b'retainer annwali ta' Lm3,795. Barra minn hekk, huwa jitħallas ukoll drittijiet legali skond it-tariffa tal-professjoni meta jiddepożita atti fil-Qorti, kif ukoll it-tariffa uffiċjali għal tribunali oħra kemm il-darba l-eżitu tal-każi jkun favur il-Korporazzjoni u d-drittijiet relattivi jkunu ġew imħallsa mill-parti l-oħra lill-Korporazzjoni.
Id-drittijiet legali li ġew imħallsa f'dan ir-rigward kienu:
Fl-1998 Lm 179.57
Fl-1999 Lm 398.05
Fl-2000 Lm 203.55
Fl-2001 Lm1,327.55
Fl-2002 xejn
Il-Korporazzjoni tagħmel ukoll użu mis--servizzi ta' l-Avukat Andrew Borg Cardona fuq bażi ad hoc. Id-drittijiet li tħallas dan l-Avukat kienu ta' Lm98 matul l-2001 u Lm575 matul din is-sena.
Rigward periti u/jew ditti ta' periti, it-tweġiba hija fin-negattiv.
Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex residenti anzjani mill-Imsida li jkollhom bżonn il-mediċini ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jmorru ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira biex jinqdew? Ma jistax isir dan mill-berġa ta' l-Imsida?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li anzjani u pazjenti li joqgħodu l-Imsida jistgħu jġibu l-Mediċini mill-berġa ta` l-Imsida billi jużaw is-sistema tal-postal service li tintuża fil-bereġ ta` Malta kollha. Dawn ikunu jridu jieħdu l-kartuna tal-mediċini mar-riċetta tat-tabib ħmistax-il ġurnata qabel ma jispiċċawlhom il-mediċini. Ħmistax wara jistgħu jiġbru l-mediċini mill-berġa tal-lokalita` tagħhom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex il-pesuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa ftit ilu kien jaħdem il-Libja, jibda proċeduri għall-boarding out?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħħa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet il-welfare commision mindu twaqqfet? Kemm-il darba ltaqgħet taħt iċ-Chairman is-Sur Galdes? Kemm il-darba ltaqgħet taħt iċ-Chairman is-Sur Schembri? X'kienu d-dati ta' dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħdidiet li kellu mal-ministri tal-finanzi tal-Ġermanja u ta' Franza?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn id-diskussjonijiet kienu parti minn negozjati li għadhom għaddejin u għalhekk hu mprudenti ħafna li nwieġeb mistoqsija bħal din.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi ffirmat il-protocol finanzjarju ma' l-Italja? X'ser ikun l-ammont totali? Liema medda ta' żmien ser ikopri? Ser ikopri xi perjodu li jmur 'il hin mid-data tentattiva li fiha l-Gvern Nazzjonalista qed jipprospetta li jdaħħal lil Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ħames Protokol Finanzjarju ma' l-Italja għadu kemm ġie inizjalat. Għalhekk, peress li l-Protokol għad irid jiġi ffirmat, u wara ratifikat, ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju tingħata l-informazzjoni rikjesta.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti li tinstab akkomodazzjoni xierqa għal single mother b'tarbija ta' tliet snin li toqgħod fil-post indikat li ġie spezzjonat mid-dipartiment tad-dar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat ma' oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jagħti lista kompensiva - bid-dati relevanti - tal-personalitajiet kollha - presidenti, prim ministri, kummissarji Ewropej, ministri u segretarji ta' l-istat, uffiċjali tal-parlament Ewropew u membri parlamentari kemm mill-pajjiżi membri kif ukoll dawk applikanti għall-sħubija sħiħa fl-UE li żaru Malta mill-1.1.2001 'il quddiem bħala mistiedna tal-gvern jew tal-parlament Malti?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2001 u d-29 ta' Ottubru, 2002 sa fejn għandu x'jaqsam il-Ministeru tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid it-take-away li ser ikun hemm fin-naħa t'isfel ta' Bellavista Street, San Ġwann għandux trading licence? Jekk iva, ir-residenti ġew ikkonsultanti mill-awtoritajiet kompetenti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li liċenzi tal-catering mill-Awtorita’ tat-Turiżmu jinħarġu wara li l-post ikollu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u d-Dipartiment tax-Xogħolijiet (Drainage).
Peress li l-applikant kiseb il-permessi kollha kien għalhekk li l-Awtorita’, wara spezzjoni tal-post, ħarġet il-permess biex dan jiġi operat bħala take away.
Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant ir-residenti kellhom kull opportunita’ li jressqu l-ilmenti matul il-proċess tal-applikazzjoni mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Hu propju għalhekk li, qabel jingħata permess ta’ żvilupp jitwaħħal avviż f’post fejn il-ġirien jistgħu jarawh.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar ċerti skejjel privati li ġieli jqabbdu nies temporanjament fuq xogħol amministrativ mingħajr ma qed jingħataw kuntratt ta' definite contract workers? Xi tkun il-pożizzjoni tagħhom quddiem il-liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema li jagħmlu xogħol amministrattiv fl-iskejjel privati jaqgħu taħt il-kompetenza tal-liġi li tirregola l-kondizzjonijiet ta' impjieg.
Billi l-ħaddiema tal-Holiday Inn xi żmien ilu ngħataw x'jifhmu li jista' ma jkunx hemm bżonnhom wara Ġunju li għadda, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda attwali ta' dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li wara l-avvenimenti traġiċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-industrija ta' l-ajru u tat-turiżmu kienet ħadet daqqa ta' ħarta. Biex tegħleb dawn il-problemi, il-Grupp Air Malta, li minnu tifforma parti il-Crown Plaza Hotel, ħa numru ta' deċiżjonijiet biex tissaħħaħ il-qagħda tal-Kumpanija. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.
Il-Kumpanija kienet wegħdet li dawn il-miżuri jiġu riveduti wara Ġunju ta' din is-sena skond il-qagħda ekonomika kemm tal-Grupp kif ukoll ta' l-industrija in ġenerali.
Għalkemm kif jaf l-Onorevoli Interpellant il-qagħda ekonomika għadha ma irpiljatx, nistgħu ngħidu li l-Grupp kien għeleb id-diffikultajiet imminenti li kienu jeżistu fil-bidu tas-sena. Għaldaqstant, dawk il-miżuri li kienu ittieħdu ġew miżmuma b'effett minn Lulju 2002.
Għalkemm l-għażla tat-tenders dwar tindif pubbliku hija fid-diskuzzjoni assoluta tal-kunsilli lokali, ma jistgħax jinstab mezz kif dawk li ma jkollhomx l-offerti tagħhom milqugħa jistgħu jingħataw sodisfazzjoni dwar il-kriterji li fuqhom tkun saret l-għażla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-Proceduri dwar Kunsilli Lokali (Offerti), f' kazi ta' ghoti ta' Offerti, Kunsill Lokali huwa fid-dmir li jippubblika d-decizjonijiet tieghu kif ukoll ir-ragunijiet ghaliex ikun hekk iddecieda.
Barra minn hekk, il-Ligi dwar il-Kunsill Lokali taghti lil kull persuna access ghad-dokumenti kollha tal-Kunsill kif ukoll id-dritt li jinghataw kopja.
Billi f'intervista f'The Times tal-24.10.02 ic-chairman tal-MFSA qal li l-awtorita' mhux ser tibqa responsabbli għall-promozzjoni tas-servizzi finazjarji, tistax tikkonferma dak li qal l-enterprise board ser ikun responsbbli għal dan, aktar u aktar billi waqt presentazzjoni li saret lill-opposizzjoni dan l-aħħar mill-promoturi tal-Malta enterprise ingħatajna idea kuntrarja?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li kemm mill-aspett operattiv kif ukoll fuq livell prattiku, il-Malta Enterprise ser tkun qed tikkoncentra principalment fuq l-integrazzjoni tal-funzjonijiet li fil-prezent huma koperti mill-MDC, il-METCO u l-IPSE.
Mistoqsijiet dwar il-funzjoni u l-operat tal-MFSA għandhom isiru lill-Ministru responsabbli għal dik l-entita'.