Taż-Żwejt Housing Estate — Persuna bi problema tad-droga
Question
Minħabba r-raġunijiet umanitarji tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kienet tilfet l-impjieg fi-żmien li kienet tbagħti mill-poblema tad-droga , tista' l-ETC tipprova issiblha xogħol xieraq, preferibbilment bħala delivery man issa li huwa fieq mill-marda kiefra li kellu, aktar u aktar billi għandu familja b'żewġt itfal xi jmantni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li, bħal ma jsir f'każijiet simili, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ tagħti attenzjoni personaliżżata biex jinstab xogħol addattat għall-persuna ndikata.
Ninsab informat li matul din is-sena din il-persuna ġiet rakkomandata għal xogħol fi tlett okkażżjonijiet. Ninsab informat ukoll li fil-ġranet li ġejjin l-employment adviser tagħha ser jibgħat għaliha bl-għan li tingħata aktar attenzjoni mill-qrib.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet taħdem ta' warrant officer qed tieħu pensjoni bbażata fuq grade 20?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol fuq il-lift ta' block A4, Ta' Xbiex HE, minħabba l-problema ta' l-ilmijiet li feġġet fis-shaft tal-lift?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-lift shaft fil-post indikat qed jitkompla minkejja l-problema msemmija mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll li, wara li ġie kkonfermat li l-ilma mhux ġej minn katusi fil-blokk, il-problema ser tiġi ndirizzata billi tiġi nstallata pompa fix-shaft biex l-ilma li jinġabar jitneħħa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid tistax tingħata attenzjoni lill-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li l-applikazzjoni tagħha ġiet acknowledged nhar il-1.11.02 mid-dipartiment ta' akkomodazzjoni soċjali u li nħarġitilha riċevuta proviżjora sakemm jinħarġilha ir-reference numbers?
Jista' dan il-każ jingħata prijorita` minħabba raġunijiet mediċi u umanitarji on file?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi il-każ qed jiġi nvestigat u kkunsidrat.
Tista' l-korporazzjoni enemalta tieħu passi biex quddiem 50 C, Manche' Str, Gżira titwaħħal bozza li ddawwal aktar minn dik li hemm bħalissa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lampa msemmija hija fir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-Gżira u għaldaqstant it-talba għandha ssir lilu.
B'referenza għall-housing case no. 13879 dwar il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-każ li ilu pendenti madwar sentejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ tagħhom qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' oħrajn bħalu.
Sptar San Luqa — Pazjenti li jittieħdu għall-visti
Question
Billi ġejt informat li pazjenti li jittieħdu l-isptar għall-visti minn speċjalisti b'ambulanza ma jitħallewx jiġu akkumpanjati mill-qraba, jaf il-Ministru li ħafna drabi min m'għandux karozza privata qed ikollu jikri taxi biex ikun jista' jiġi akkumpanjat mill-familjari tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pazjenti li jittieħdu l-isptar għall-visti b'ambulanza jistgħu jiġu akkumpanjati minn persuna waħda biss.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti li residenti tal-Gżira jsibuha ferm diffiċli biex jirkbu l-karozza tal-linja, speċjalment bejn id-9.30 a.m. u l-11.00 a.m. għax invarjabbilment ikunu mimlija bil-passiġġieri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għandha pjan li jsir Survey sabiex jiġu nvestigati dawn l-ilmenti.
Tista' tiġi rranġata triq Għargħur, San Ġwann minħabba fil-kundizzjoni ħażina li tinsab fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Ministeru tiegħek biex jiġi stabbilit jekk l-operatur Grieg prospetttiv tal-lottu pubbliku huwiex qed jiġi ndagat għall-ħasil tal-flus maħmuġin flimkien ma' irregolaritajiet oħra kif irrapurtat fl-istampa internazzjonali u lokali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qegħda tiġi miġbura nformazzjoni f'dan ir-rigward min fonti kompetenti u eventwalment jintalbu opinjoni min fonti għaldaqstant kompetenti.
B'referenza għall mistoqsija parlamentari 36403 liema domanda tikkonċerna premises kantuniera ma' St. Margaret Str. San Ġwann hekk kif iddur ma' Triq il-Fuxa, San Ġwann, jista' il-Ministru jinnota li s-sidien li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament applikaw biex jibnu it-tielet sular liema permess gie rrifjutat u huma xorta komplew jibnu penthouse u flat żgħir li jidher min-naħa ta' wara tas-supermarket li ismu qed jintbagħat separatament? X'passi ttieħdu dwar dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ittieħdet azzjoni t`infurzar skond l-Att Numru 1 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp u inħarġu separatament tlett Avviżi biex Tieqaf u tat-Twettieq (ECF 871/02, ECF 872/02, ECF 873/02) kontra il-persuna indikata u dan talli ikkonverta washrooms bħala penthouse fuq kull wieħed mit-tlett blokki ta` erba` flats il-wieħed u dan kuntrarjament għal kif kien approvat fil-permess ta` żvilupp PA 5329/97 maħruġ fit-23 t`April 1998.
Infurmat ukoll illi sa llum penthouse waħda biss mit-tlieta in kwistjoni hija kompluta (finished) mentri t-tnejn l-oħra għadhom fi stat ta` shell form. Il-MEPA ser tibqa` ssegwi il-każ sa ma l-proċeduri t`infurzar ikunu konklużi skond il-liġi.
B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 36407, u cioe' jafx il-Ministru li f'Naxxar Road, San Ġwann hemm żewġ stabbilimenti separati (wieħed confectioner u l-ieħor supermarket) li għandhom roller door bejniethom li jinfetaħ kull nhar ta' Ħadd biex it-tnejn jiftħu taparsi bħala confectioners minkejja l-liċenzji separati li għandhom, x'passi ħadet il-pulizija dwar dan il-każ s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet diversi spezzjonijiet tul l-aħħar Ħdud, fejn irriżulta illi kemm il-confectionery, is-supermarket u l-grocery, li hemm fit-triq imsemmija kienu magħluqin. Infurmat ukoll illi ma rriżultax li hemm xi stabbilimenti li għandhom roller door bejniethom. Għaldaqstant ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji sabiex inkun nista` nivverifika ulterjorment.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover għadha kif ġiet maħtura konsulenta mal-Ministeru tiegħu? X’ser ikun ix-xogħol tagħha? Kemm ser tkun mistennija taħdem sigħat fix-xahar? X’ser ikun is-salarju tagħha bħala advisor? X’perjodu ta’ żmien ikopri l-kuntratt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kuntratt fuq bażi part-time tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bħala konsulenta dwar affarijiet tal-Komunita' Ewropeja ġie estiż għal tnax il-xahar b'effet mis-17 ta' Ottubru 2002.
Din il-persuna mistennija taħdem mill-anqas għal 30 siegħa fix-xahar u s-salarju tagħha hu ta Lm3,600 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover ġiet maħtua bħala konsulent mal-Privatisation Unit? X’ser ikun ix-xogħol speċifiku tagħha? Kemm ser tkun mistennija taħdem sigħat fix-xahar? X’ser ikun is-slarju tagħha bħala konsulent? X’perjodu ta’ żmien ikopri l-kuntratt?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Unit ma' mpjegat lill-ħadd b'dak l-isem.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li qed tfittex ix-xogħol tiġi eżentata mill-perijodu ta' taħriġ edukattiv ta' l-ETC minħabba li fl-eta` ta' 57 sena qed isibha ferm diffiċli biex tlaħħaq mat-tagħlim li qed tingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hija obbligata li tipprovdi taħriġ lil persuni li qed ifittxu xogħol. Dan it-taħriġ jservi biex jagħmel tajjeb għal nuqqas ta' ħiliet li r-reġistrant jkun jipposjedi. Dawn il-programmi huma provduti f'diversi forom u jiġu addattati għal kull kategorija u livelli ta' edukazzjoni. Minn naħa tagħha il-Korporazzjoni tagħmel minn kollox biex il-parteċipanti jkunu jistgħu jsegwu t-taħriġ provdut. Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma tara l-ebda skop li teżenta lil xi parteċipant milli jattendi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, sena sena, tal-kumitati konsultattivi dwar il-libreriji u dwar l-arkivji minn meta dawn ġew imwaqqfa fis-sena 1999?
Jista' jgħid jekk rakkmandazzjonijiet jew rapporti dwar dawn il-kumitati resqux separatament lilu jew lill-ministeru u kemm minn dawn ir-rapporti jew rakkmandazzjonijiet ġew aċċettata jew inkella imwettqa mill-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kumitati twaqqfu f'Marzu 2000. Informat li n-numru ta' laqgħat li saru mill-kumitati konsultattivi tal-Libreriji u ta' l-Arkivji huwa kif se nsemmi:
2000 2001 2002
Kumitat Arkivji Nazzjonali 9 4 /
Kumiat Libreriji Pubbliċi 8 1 /
Ir-Rakkomandazzjonijiet jew rapporti li saru minn dawn il-Kumitati huma dawn:
Arkivji Nazzjonali
F'Mejju 2000 kienet tħejjiet position paper li ġiet ippreżentata lill-Onor. Ministru f'laqgħa li saret fis-7 ta' Lulju 2000. Ftit ġimgħat ilu il-Kumitat ippreżenta lill-Ministru draft ta' liġi dwar l-Arkivji.
Libreriji Pubbliċi
Il-Kumitat ħadem fuq għadd ta' objettivi li jistgħu jitwettqu f'qasir żmien u dawk li jieħdu aktar fit-tul. Dwar dan tressaq rapport dettaljat lill-Ministru fejn uħud mill-objettivi ġew attwati u oħrajn għadhom għall-konsiderazzjoni. Wasal biex jitressaq quddiem il-Ministru għall-konsiderazzjoni tiegħu l-abbozz ta' liġi dwar l-operat tal-Bibljoteka u l-Libreriji Pubbliċi.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjoni dwar il-każ ta' VAT fuq aluminium profiles li saret riferenza għalih f'mistoqsija parlamentari 34099?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi qed isir dak kollu necessarju biex id-Dwana jkollha twegiba kemm jista' jkun malajr ghall-investigazzjonijiet li talbet li jsiru barra minn Malta.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 36663?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li taħt iċ-Chairman preċedenti l-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welfare iltaqgħet 41 darba.
Minn mindu inħatar iċ-Chairman kurrenti, l-Kummissjoni għada ma ltaqatx f'laqgħa formali. Madankollu jiena nfurmat li fil-frattemp iċ- Chairman kien qiegħed jiġbor l-informazzjoni kollha dwar ix-xogħol voluminuż li sar s'issa. Barra minn dan iċ-Chairman talab biex malajr kemm jista' jkun tiġi identifikata persuna biex taqdi funzjoni ta' segretarju eżekuttiv għall-Kummissjoni.
Jistgħu jitwaħħlu pelican lights fil-by pass ta' Birkirkara fejn tintemm Triq Għargħur, San Ġwann, billi r-residenti ta' din it-triq isibu diffikulta' biex jaqsmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda fil-proċess li tara xinhu l-aħjar li jsir dwar il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant.