Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika l-għajnuna soċjali li qed tirċievi l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tirċievi pensjoni kontributorja u qatt m'applikat għall-Għajnuna Soċjali.
Leg 9 PQ #37887 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħlas ta' multa — Meter tad-dawl u ilma

Question

F'hiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-meter tad-dawl u ilma tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li dwaru ħalset multa proviżorja sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa? X'inhuma il-prospetti li jiġi refunded l-ammont li ħallas bħala depożitu temporanju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-każ li qed issir riferenza għalih għadu qiegħed jiġi nvestigat. Madanakollu, prima facie, jidher li ftit hemm ċans li d-depożitu u mhux multa, jingħata lura minħabba d-defiċjenzi li nstabu fil-meter.

Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bus stop ftit aktar lejn il-ħwienet ta' San Ġwann faċċata ta' Entrance C, Binja Msieraħ, Triq tal-Balal, San Ġwann.

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta ser tressaq din it-talba lid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku u lill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann sabiex tinstab soluzzjoni favorevoli.
Leg 9 PQ #37765 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Excessive billing

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li wara li marru nies tekniċi tal-WSC biex jinvestigaw problemi li kellu bl-airlock minn fejn jgħaddi l-ilma nhar it-28.04.02, minn dak iż-żmien il- hawn ma ħadux azzjonijiet aktar rimedjali bil-konsegwenza li l-problema tal-excessive billing minħabba dan id-difett tekniku, baqgħet hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37766 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Taż-Żwejt — Sub Post Office

Question

Jistgħu jittieħdu passi mill-Maltapost biex tiġi stallata letter box u jsiru arranġamenti għal sub post office f'taż-Żwejt housing estate għall konvnejenza tar-residenti numerużu ta' l-area?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltapost għall-kunsiderazzjoni tagħha.

Ħaddiema Għawdxin — Boarded Out

Question

Kemm ġew boarded out ħaddiema Għawdxin fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002. Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-age groups tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuni li jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidita' mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, ninsab informat li d-Dipartiment ma jżommx statistika skond il-lokalita' u l-etajiet ta' dawk li qed jirċievu din il-pensjoni.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' l-għajnuna soċjali li kienet tingħata lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, billi din qed tgħid li xorta ġiet skwalifikata minn din l-għajnuna minkejja li nqalgħu ċirkostanzi li kellha tonfoq il-flus li kellha l-bank li kienu ttieħdu oriġinarjament in konsiderazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #37654 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Spejjeż — Servizzi ta' konsulenza

Question

Tistax tinvestiga rapporti li wara li l-Gvern għażel li jibda jġorr l-ispejjeż kollha konnessi mas-servizzi ta' konsulenza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu separatament mal-Ministeru tal-Biedja li qabel kienu jiġu shared mal-Gvern Ingliż, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Biedja dawwar flus minn items taħt vot 49 biex jakkomoda dan l-espert - ħaġa li dwarha l-Ministeru tal-Finanzi allegatament jinsab infurmat? Jekk dan huwa minnu, dan ma jfissirx li biex jintlaħaq dan il-għan tnaqqru fondi taħt l-istess vot li kellhom iservu għar-rikurrent ta' l-Agrikoltura u Sajd?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-konsulent, li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, kien imqabbad mill-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd permezz ta' ftehim bilaterali mal-Gvern tar-Renju Unit. B'dan l-arranġament nofs l-ispejjeż tħallsu mill-Gvern tar-Renju Unit. Il-konsulent kellu sehem dirett u mportanti fit-tfassil ta' strutturi ġodda għad-Diviżjonijiet kollha tal-Ministeru. Dawn l-istrutturi saru wara konsultazzjonijiet mal-uffiċjali konċernati u analiżi dettaljata tal-policies u attivitajiet tad-Diviżjonijiet. Għall-ewwel darba, il-Ministeru għandu struttura mibnija fuq qafas professjonali kif teħtieġ organizzazzjoni dinamika li qed tassumi responsabilitajiet importanti minħabba l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd beda jimplimenta l-pjan imfassal bl-għajnuna tal-konsulent u kien għalhekk li ngħata estensjoni ta' sitt xhur skond il-proċeduri. F'każ ta' virement ta' fondi minn Item għall-ieħor, il-Ministeru tal-Finanzi jirrikonoxxi li hi prerogattiva tal-Ministeru jew Dipartiment li jagħmel it-talba biex jidħol fil-mertu tal-ġustifikazzjoni partikulari tat-talba għall-virement.
Leg 9 PQ #37674 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Treasury Clearance Funds — Użu ta' fondi

Question

Matul is-sena 2002, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ammonti ta' flus li l-Gvern uża mit-Treasury Clearance Fund? Jista' l-Ministru jgħid jekk għamilx użu minn investimenti ta' sinking funds? Jekk iva, x'kienu l-ammonti involuti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2002 inħarġu: Lm500,000 - Biex jinxtraw l-ishma li s-Sea Malta kellha fl-MOBC, li se ji]u ripagati hekk kif il-Gvern jiddisponi minn dawn l-ishma. Lm66.45 miljuni - biex ġew ikkonvertiti stocks antiki tat-Teżor, li ġew ripagati hekk kif it-Teżor daħħal il-fondi ta' l-istocks ġodda. Lm1.5 miljuni - għal spejjeż in konnessjoni ma' konsulenza għall-privatizzazzjoni parzjali ta' l-MIA plc. Il-fondi jiġu ripagati qabel l-aħħar ta-sena mill-fondi rikoverati dan l-aħħar mill-bejgħ ta' l-ishma. Għar-rigward tas-sinking funds, parti mill-likwidita' ta' dawn il-fondi ġiet użata hekk: Lm15.7 miljuni - fi Treasury Bills; Lm11.1 miljuni - ġew mgħoddija lill-Fondi Konsolidat minħabba li kienu jappartjenu lil Stocks ikkonvertit, kif sar dawn l-aħħar sninħ u Lm15.7 miljuni - ser jiġu ripagati qabel l-aħħar tas-sena flimkien ma' l-imgħax dovut fuqhom.
Leg 9 PQ #37680 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Estimi 2003 — Treasury Bills

Question

X'inhi r-raġuni li filwaqt li fl-estimi 2003 tal-budget f'paġna 370 it-treasury bills għas-sena 2000 kienu Lm169.009m u għas-sena 2001 kienu Lm156.125m, fil-quarterly report tal-Bank Ċentrali għal-Settembru 2002 f'paġna 119 it-treasury bills għas-sena 2000 kienu Lm172.987m u għas-sena 2001 kienu Lm159.49m?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-differenza li qed jirreferi għaliha hija riżultat ta' kif huma ppreżentati l-Istatements fiż-żewġ pubblikazzjonijiet. Filwaqt li fil-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali dawn huma ppreżentati at nominal prices, l-ammonti li jidhru fl-Estimi huma in discounted values. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Appendix F1, paġni 150 u 151, u 146 u 147 tal-Financial Reports tas-snin 2001 u 2000 rispettivament.
Leg 9 PQ #37683 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Konsulenti barranin

Question

Kemm hemm konsulenti barranin bħalissa mal-Ministeru? X'nazzjonalita' għandhom? X'remunerazzjoni għandhom? X'inhu l-assigment tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-ħnħrevħli Interpellant li fil-Ministeru hemm 4 kħnsulenti barranin. Nazzjħnalita' Remunerazzjħni Assignment Belġjan Massimu ta' 202,160 Mħdernisatiħn and upgrading ħf the ħperatiħnal capacity at the Vat Eurħs fis-sena Department accħrding tħ the Business Change Management Plan mħallsa mill-Unjħni Ewrħpeja Ingliż Lm39,214 fis-sena Mħdernisatiħn and upgrading ħf the ħperatiħnal capacity at the mħallsa mill-Unjħni Custħms Department accħrding tħ the Business Change Management Ewrħpea Plan. Arġentin 790 US$ kuljum Advisħry Services ħn Budgetary Cħntrħl imħallsa lill-Wħrld Bank Ditta Ingliża 35,438 Eurħs għal Setting up ħf a Dept Management ħffice (Crħwn Agents) prħġett sħiħ
Leg 9 PQ #37690 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Premises ġodda — Dipartiment tar-Relazzjonijiet Barranin

Question

X'wassal lill-Ministru tal-Finanzi biex ifittex premisis ġodda u separati mill-Ministeru għad-Dipartiment tar-relazzjonijiet Barranin tal-Ministeru? Xi staff complement huwa maħsub għal dan id-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-bżonn li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Barranin (jew aħjar Internazzjonali) ikollu iktar spazju biex jkun jista' jopera aħjar ilha tinħass speċjalment f'din l-aħħar sena u nofs meta kien hemm żieda fin-numru ta' staff. L-uffiċini allokati għal dan id-Dipartiment mhumiex adekwati sew fid-daqs kif ukoll f'dik li hi loġistika. Minħabba li l-ħidma fi ħdan id-Dipartiment kompliet tikber sew inħasset il-ħtieġa li d-Dipartiment jiżdiedu l-istaff. Fil-fatt dan l-eżerċizzju għadu għaddej. Billi fil-Ministeru m'hemmx spazju addizzjonali biex jilqa' għal dawn l-esiġenzi, inħass il-bżonn biex jinstab premises separati għal dan id-Dipartiment.

Tariffi amministrattivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37208, jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdiedu dawn it-tariffi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-tariffa għall-bennejja fil-Building Industry Consultative Council żdied minn Lm20 fl-2001 għall-Lm45 din is-sena peress li kien hemm żieda fl-ispejjes biex isir dan il-kors wara li nbidlet l-istruttura ta' l-istess kors. Rigward il-liċenzja fis-settur tal-bunkering fl-Awtorita ta' Malta dwar ir-Riżorsi, din għadha mhix deċiża, iżda t-tariffa ser tieħu in konsiderazzjoni s-servizz li l-Awtorita ser tagħti fl-amministrazzjoni ta' din il-liċenzja.
Leg 9 PQ #37601 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tariffi amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37200?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' l-Edukazzjoni kien hemm dawn iż-żidiet f'tariffi u fees amministrattivi:- Pixxina Nazzjonali Day membership (Adulti) - Minn Lm1.50 għal Lm1.75 Day membership (Żgħar) - Minn Lm0.75 għal Lm1.00 Programm 'Adventure Sport' - Minn Lm40 għal Lm50 Skolasport - Minn Lm10 għal Lm15
Leg 9 PQ #37602 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Tariffi amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37205?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-Awtorita’ tat-Turiżmu hija responsabbli għall-ħruġ ta’ 15 il-liċenzja differenti. Ma kien hemm ebda żieda fl-2002 fuq it-tariffi tal-liċenzji tal-2001, anzi kien hemm tnaqqis f’żewġ setturi. Kien hemm, iżda tliet tariffi ġodda – dik ta’ liċenzja ta’ postijiet għal btala wżati biss għal turiżmu domestiku, li hi tariffa nominali ta’ Lm1 fis-sena; dik tad-dritt għall-appell li hija ta’ Lm100 jew Lm50 skond il-kategorija fuqhiex qed isir l-appell; u dik ta’ liċenzja temporanja li hija ta’ Lm100 għall-lukandi / aparthotels ta’ 5 jew 4 stilel, Lm50 għall-lukandi / aparthotels ta’ 3 jew 2 stilel, Lm20 għal stabbilimenti li jservu l-ikel, u Lm15 għall-guest houses / hostels. Dawn il-liċenzji temporanji, fil-fatt, jitnaqqsu mill-liċenzja regolari meta tinħareġ ftit wara u għalhekk m’hix tariffa addizzjonali. L-Awtorita tat-Turiżmu għandha wkoll 20 il-tariffa differenti ta’ kontribuzzjonijiet skond is-settur. Mit-tariffi tal-kontribuzzjonijiet fl-2001 (kif jidhru fl-AL Nru 14 u 344 tal-2001) għat-tariffi ta’ kontribuzzjonijiet fl-2002 (kif jidhru fl-AL Nru 125 tal-2002) ma kienx hemm żidiet, anzi hemm tnaqqis fi tlett setturi. Kien hemm tariffa ġdida dwar dritt lill-Awtorita’ għall-proċessar ta’ applikazzjonijiet għall-proġetti ġodda ta’ akkommodazzjoni. Dawn ivarjaw minn Lm100 għal Lm500 skond id-daqs tal-proġett. L-Awtorita’ ma tagħtix servizzi oħra bi ħlas.
Leg 9 PQ #37386 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex ikun hemm bozza li tarmi aktar dawl qrib Entratura F, Binja 21.9.64 taż-Żwejt minħabba li l-inħawi għadhom mudlama.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.

MIDI Project

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu kumpens u meta mistennija joħorġu minn Manoel Island, ta' Baldacchino Yacht minħabba l-MIDI project?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ta' Baldacchino Yacht ma tħallsu ebda kumpens u hu mistenni li dawn jitilqu minn Manoel Island fix-xhur li ġejjin.
Leg 9 PQ #37205 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.