Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta tinvestiga b'urġenza il-każ tal-wires tad-dawl li hemm fit-triq fit-tarf ta' Scotch Pine Street San Ġwann fejn hemm il garages b'riżultat tal-maltemp, l-aktar minħabba li r-residenti qed jibżgħu li dawn jistgħu jkunu live wires?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li l-wire li qed issir riferenza għalih ma jappartenix lill-Korporazzjoni Enemalta iżda lill-Maltacom, li ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba l-flooding li spiss jiġi kkawżat fid-djar kull meta jkun il-maltemp?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ETC tikkunsidra għall-xogħol adegwat lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li jinsab jirreġistra għax-xogħol.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ser tiġi intervistata mill-uffiċjal tal-Korporazzjoni. F'din l-intervista wieħed jkun jista' jiddiskuti l-prospetti t'impjiegi u diversi dettalji oħra.
B'riferenza għall-każ ta' housing li d-dettaji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' issa l-Viċi Prim Ministru jgħid xi prospetti hemm li dan il-każ jiġi kkonsidrat favorevolment mid-dipartiment tal-housing?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati captive insurance companies mal-MFSA kemm ilhom li daħlu provvedimenti għall-istabbiliment tagħhom f'Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-Att dwar iċ-Ċentru ta’ Servizzi Finanzjari ta’ Malta (Kap. 330), kienet ġiet reġistrata kumpannija waħda biss li l-kummerċ tagħha kien ta’ ‘captive insurance’. Din il-kumpannija kienet bidlet lis-status tagħha u ma baqgħatx topera fil-kummerċ ta’ captive insurance.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38436 u cioe' jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom diġa' bdew iseħħu l-arranġamenti ġodda meħtieġa għal visa għal min ikun ġej jew sejjer lejhom?
Response (BORG, JOE)
Fl-1 ta' Ġunju 2002, ġiet imneħħija l-visa għal dawk il-persuni ta' nazzjonalita Ċiniża li għandhom passaport tal-Hong Kong Special Administrative Region (SAR).
Fl-1 ta' Ottubru 2002, ġiet introdotta l-visa għal dawk il-persuni li għandhom passaport tal-British Overseas Citizens (BOC) u tal-British National Oversean (BNO) kif ukoll għal dawk il-persuni li huma ċittadini ta' dawn il-pajjiżi li ġejjin -
Antigua and Barbuda
Bahamas
Barbados
Belize
Botswana
Dominica
Fiji
Grenada
Guyana
Jamaica
Kenya
Kiribati
Kuwait (x)
Lesotho
Malawi
Maldives
Mauritius
Northern Marianas (x)
Nauru
Papua New Guinea (x)
St Kitts and Nevis
St Lucia
St Vincent and the Grenadines
Saudi Arabia (x)
Seychelles
Solomon Islands
Swaziland
Tanzania
Tonga
Trinidad and Tobago
Tuvalu
Vanuatu
Western Samoa
Zambia
Ċittadini Maltin ma għandhomx bżonn visa biex jidħlu f'dawn il-pajjiżi ħlief għal dawk markati b' (x) fejn ċittadini Maltin dejjem riedu visa biex jidħlu.
Fl-1 ta' Ottubru 2002, ġiet imneħħija l-visa għal dawk il-persuni ta' nazzjonalita Bulgara u Rumena.
Fl-24 ta' Ottubru 2002, ġiet introdotta l-visa għal persuni ta' nazzjonalita ta' l-Afrika t'Isfel, waqt illi ċittadin Malti ma għandhux bżonn ta' visa biex jidħol f'dawn il-pajjiż.
Fl-1 ta' Jannar 2003, ġiet introdotta l-visa għal persuni ta' nazzjonalita ta' dawn il pajjiżi li ġejjin -
Eġittu
Marokk
Turkija
Tuneżija
Fl-istess data ġiet introdotta l-visa għall-Maltin li jixtiequ jżuri l-Eġittu u t-Turkija u tneħħiet il-visa għall-Maltin li jixtiequ jżuru r-Rumanija.
Fir-rigward tal-Bulgarija, l-Marokk u t-Tuneżija, ċittadini Maltin ma għandhomx u qatt ma kellhom bżonn visa biex jidħlu f'dawn il-pajjiżi.
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li hemm persuni fid-dipartiment tal-VAT li għadhom jagħmlu użu illeċtu mis-servizz tal-Internet għat tixrid tal-pornografija waqt il-ħin tax-xogħol minkejja li dan is-suġġett kien diġa tqajjem f'domanda preċedenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min inqabad jew jinqabad jgħamel użu ħażin mis-servizz ta' l-Internet kif qed jgħid fid-domanda tiegħu, inkun suġġett għal passi dixxipplinarji wara li jiġi nvestigat il-każ.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari numru 38430 u cioe' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-LIMSUK? Kemm sar kummerċ barrani permezz ta' din l-intrapriża fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament? Kemm saru board meetings tal-kumpannija f'Malta s-sena l-oħra? Kemm saru board meetings fil-Libja fl-istess sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li matul is-snin li qed issir riferenza għalihom ma sarx kummerċ barrani permezz tal-LIMSUK. Dan ġara peress li l-Letters of Credit favur il-LIMSUK qatt ma nfetħu min-naħa Libjana u minħabba li n-naħa Maltija insistiet li timmaniġġja hi.
Fis-sena 2002 saru żewġ Board Meetings fil-Libja; wieħed fis-7 ta' Awissu u l-ieħor fit-23 ta' Ottubru. Matul din l-aħħar laqgħa ittieħdet id-deċiżjoni li l-LIMSUK tiġi likwidata.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38429 u cioe' jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikani?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jistgħu jittieħdu passi biex trakkijiet u heavy vehicles ma jitħallewx jgħaddu minn Tal-Balal għal Ta' l-Ibraġġ jew lura minħabba t-traffic jams li regolament jikkawżaw minħabba fid-djuq tat-triq ikkonċernata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku investiga l-każ u rriżulta li trakkijiet u
heavy vehicles
iridu jibqgħu jgħaddu minn Tal-Balal għal Ta' l-Ibraġġ u lura minħabba li din hija l-unika triq li hemm biex taqdi l-industrija f'dik iż-żona.
Ċittadini tal-UE — Reġistrazzjoni ta' kumpanniji f'Malta
Question
B'riżultat tal-ftehim milħuq mal-UE, jista' l-Ministru jikkonferma jekk ċittadin tal-UE jistax jirreġistra kumpannija f'Malta skond il-provvedimenti tal-Companies Act, 1995? Billi l-kumpannija tkun Maltija, jikkonferma mal-wording tad-deroga li l-kumpannija ma jkollha ebda restrizzjoni dwar l-għadd ta' proprjetajiet li tista' takkwista?
Billi l-Ministru ftit ilu għarraf lill-Kamra li kien se jippubblika tagħrif u dettalji dwar l-andament tal-IRS, investment registration scheme, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji relevanti?
Response (DALLI, JOHN)
Qieghed npoggi fuq il-mejda tal-kamra t-tgharif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid kien hemm xi żviluppi dwar il-privatizzazzjoni parzjali tal-Bank of Valletta? Il-Banco di Sicilia ikkristalizzaw il-pożizzjoni tagħhom dwar is-sehem futur tagħhom fil-Bank?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għaż-żewġ domandi hija fin-negattiv.
Malta Communications Authority — Qasam postali/E-commerce
Question
Rigward il-Malta Communications Authority, jista' l-Ministru jgħid meta mistennija timplimenta l-policies u l-istrutturi tagħha dwar il-qasam postali u dak tal-E-commerce?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni mistennija tibda timplimenta l-policies u l-istrutturi tagħha dwar l-oqsma ta' l-e-commerce u l-qasam postali iktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom diġa' bdew iseħħu l-arranġamenti ġodda meħtieġa għal visa għal min ikun ġej jew sejjer lejhom?
X'inhi ir-raġuni li l-Maltacom ġieli joħorġu kontijiet handwritten inkluż il-VAT, fil-każ ta' l-abbonat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u dawn ma humiex itemised?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ġeneralment kontijiet bil-kitba jinħarġu jew fuq talba tal-klijent inkella għal raġuni amministrattiva.
F'każ fejn il-kont ikollu jinħareġ barra l-iskeda normali, dan ġeneralment jinħareġ bl-idejn. Jekk tali kont ikun fih sejħiet li għalihom ikun għadu ma inħariġx il-kont normali, allura l-kont jiġi kkalkulat fuq il-pulses reġistrati u mhux fuq il-sejħiet. F'dan il-każ il-kont ma jkunx jista' jiġi itemised.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikani?