Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #547 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Studenti — Boroż ta' studju

Question

B'kollox kemm ġew offruti boroż ta' studju lil studenti fuq livell post-universitarju fis-snin 2001 u 2002? Minn liema pajjiżi kienu?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-boroż ta' studju offruti minn pajjiżi barranin u li ġew fil-fatt utiliżżati minn studenti Maltin. F'dan is-sens, jiena nfurmat illi, fis-sena 2001, 39 student Malti bbenefikaw minn boroż ta' studju fuq livell post-universitarju offruti mill-Gvernijiet tal - Belġju Ċina Ċipru Repubblika Ċeka Eġittu Franza Ġappun Ġermanja Indja Italja Malasja Renju Unit Russja Singapore Spanja Stati Uniti ta' l-Amerika Tuneżija Fis-sena 2002, kienu 46 l-istudenti Maltin li bbenefikaw minn boroż ta' studju simili li ġew offruti mill-pajjiżi imsemmija qabel, kif ukoll mill-Gvernijiet tal - Greċja Irlanda Korea ta' Isfel Svezja.
Leg 10 PQ #549 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

MFA — Economic affairs department

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf l-economic affairs department tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Minn min huwa kompost?

Response (BORG, JOE)

Id-Dipartiment għall-Affarijiet Ekonomiċi fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin twaqqaf fi Frar tas-sena 2002, bil-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni u jtejjeb il-mezzi ta' komunikazzjoni bejn il-Ministeri tal-Gvern f'Malta, kif ukoll ażjendi nazzjonali u settorali involuti fil-qasam ekonomiku Malti, u l-ambaxxati Maltin barra mill-pajjiż. Huwa għandu l-iskop ukoll li jiġi massimizzat l-użu u l-utilita' ta' l-Ambaxxati tagħna barra minn Malta. Fil-preżent, fid-Dipartiment qed jaħdmu tlett uffiċċjali, żewġ persuni li ġew impjegati fuq bażi kontrattwali minħabba l-esperjenza li għandhom fil-qasam kummerċjali, u minn uffiċjal pubbliku li serva għal numru ta' snin fil-grad ta' Counsellor fil-Korp Diplomatiku Malti fil-Ġermanja.

Software packages tal-Microsoft

Question

Billi fil-bidu ta' April, 2003 eluf kienu rreġistraw għall-software packages tal-Microsoft bi prezzijiet ridotti, jista' il-Ministru jgħid dan is-software meta tqassam lill-applikanti? Kemm daħlu applikazzjonijiet b'kollox waqt ir-reġistrar li sar fi Triq ir-Repubblika, il-Belt? Kemm daħlu reġistrazzjonijiet ġodda aktar tard - separatament - permezz ta' l-internet u tal-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Minhabba li ghadhom dehlin numru sostanzjali ta' registrazzjonijiet mill-pubbliku, il-Gvern ha decizjoni li jqassam is-software f'Settembru. S'issa ddahlu fis-sistema ta' registrazzjoni 21,471 applikazzjoni, li dahlu kif inhu indikat hawn taht: · Triq Repubblika April 2003 - 7,411 · Kunsilli Lokali - 10,534 · Telefon / Internet - 877 · KNPD - 349 · MUT - 2,300 Il-Ministeru ha decizjoni wkoll li jestendi l-marketing ta' din l-offerta biex tintlahaq minn-numru akbar ta' nies u bhalissa qieghed jikkuntattja numru ta' entitjaiet biex jigbru l-applikazzjonijiet ta' studenti li jkollhom fil-famili taghhom u jghadduhom lill-Ministeru permezz ta' l-Internet. Huwa stmat li fi zmien erba' gimghat ohra l-ammont totali ser ilahhaq it-30,000 registrazzjoni.

Xogħol tal-gvern — Refunds fuq overseas travel allowances

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 330 dwar refunds fuq overseas travel allowances li ma jistgħux jiġu rkuprati, jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-individwi, ministri, kapijiet tad-dipartimenti, civil servants u awtoritajiet oħrajn li naqsu li jagħtu r-refunds, riċevuti u statements li kienu obbligati li jagħtu ħalli l-pubbliku jkun jaf min kienu l-individwi li abbużaw minn fondi pubbliċi?

Response (DALLI, JOHN)

Kif spjegajt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija numru 330 ma nistgħux ngħidu eżattament kemm huma r-refunds relatati għal kull Advance li saru peress li r-rapport tal-claims kontrihom ma kienx finaliżżat. Xi wħud minn dawn l-avvanzi li jingħataw ikunu relatati direttament mal-viżita, skond kriterji stabbiliti u għalhekk ikopru l-ispejjeż li mistennija jsiru. Għaldaqstant, mhux il-każ li wieħed jitkellem fuq abbużi serji minn fondi pubbliċi u l-anqas il-każ li jingħataw listi ta’ nies li jista’ jiġi mitfugħ xi dell fuqhom mingħajr raġuni. Infakkar li l-Awditur Ġenerali jidħol fid-dettal f’dawn l-issues u jirraporta fuqhom.

WSIS

Question

Il-gvern Malti ġie mistieden għall-World summit on information society (WSIS)? Jekk iva, fuq liema livell qed issir tħejjija għal dan is-summit? Qed ikun hemm xi kordinazzjoni mal-acceding countries tal-UE? Il-pożizzjoni tagħhom se tkun konformi mal-basic guidelines tal-Kummissjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Gvern Malti gie mistieden ghall-WSIS. Il-Gvern diga ghamel is-sottomissjonijiet tieghu aktar kmieni din is-sena u issa qieghed ukoll jippartecipa b'mod attiv fl-izvillup ta' Pjan ta' Azzjoni draft li l-ewwel verzjoni tieghu ser tigi diskussa nhar it-30 ta' Gunju f'laqgha fi Brussel li ghaliha l-Gvern Malti ser ikollu zewg rapprezentanti. Il-koordinazzjoni li hemm mal-pajjizi l-ohra - li flimkien ma' Malta ser jissiehbu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004 - hija bbazata fuq il-partecipazzjoni tal-Gvern fil-Kumitat eEurope li fih tigi fformulata l-politika ewropeja fuq is-socjeta ta' l-informazzjoni.

Software & IT industry — Twaqqif ta' venture capital fund

Question

Iħoss il-ministeru li flimkien mal-ministeru konċernat għandu jinkoraġixxi t-twaqqif ta' venture capital fund ħalli jippromwovi l-iżvilupp indiġenu tas-software and IT industry? Għandu jkun hemm national task force on information technology and software development?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Ministeru jaqbel li l-kuncett ta' venture capital ghal-kumpanniji tas-software ikun inkoraggit sakemm dan isir f'kuntest shih tal-venture capital fil-pajjiz, li ghalih huwa responsabbli Ministeru iehor. Dan il-Ministeru jemmen ukoll li fl-izvillup ta' kull inizzjattiva f'dan il-kuntest ghandha tghaddi minn gharbiel strett li jizgura li l-venture capital jintuza biss fi progetti b'vijabilita finanzjarja soda. Nikkonferma wkoll illi l-Gvern qieghed jibni l-istrutturi necessarji biex ikun jista jisfrutta l-investiment li qieghed isir fil-pajjiz f'dan il-qasam kif ukoll il-vantaggi li l-industrija tgawdi minn shubija shiha fl-UE.

Kumpannija Microsoft — Kopja ta' ftehim

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-gvern għamel mal-kumpannija Microsoft u li ġie ffirmat fi Frar li għadda? X'kienu it-ten implementation points li sar qbil dwarhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kunfidenzjali. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-punti ewlenin tal-ftehim.

Kumpannija Microsoft — Access to source codes/XP localisation

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma fiex waslet l-esekuzzjoni ta' l-access to source codes u l-XP localisation fil-kuntest tal-ftehim milħuq mal-Microsoft?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti ta' l-access għas-source codes ġew konklużi kollha, filwaqt li l-XP localisation (jiġifieri l-introduzzjoni tal-lingwa Maltija fis-software tal-Microsoft) miexi kif ippjanat.

Oracle Education Initiative — Sehem dirett tal-E Malta commission

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien is-sehem dirett tal-E Malta commission fl-Oracle Education Initiative li tħabbar f'April li għadda in konnessjoni mat-twaqqif tal-Oracle Academic Initiative?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni eMalta mexxiet il-process kollu relatat ma' l-Oracle Academic Initiative bl-ghajnuna tar-rapprezentanti ta' l-Oracle Corporation f'Malta.

Microsoft technology centre of excellence

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li jitwaqqaf il-Microsoft technology centre of excellence (MCE) fir-reġjun tal-Mediterran b'Malta bħala bażi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li gie finalizzat il-kuntratt bejn il-Gvern u l-Microsoft li permezz tieghu din il-kumpannija ser toffri lill-Gvern Malti l-possibilita li juza s-source code taghha biex fuqu jinbena software minn kumpanniji tas-software Maltin kif ukoll ohrjan barranin. Dan huwa l-qafas tac-centru ta' eccelenza li permezz tieghu dawn il-kumpanniji jkollhom ukoll l-access ghal-marketing u support networks tal-Microsoft. Il-Microsoft bhalissa qeghda timpjega nies f'Malta biex ikunu jistghu mmexxu in-naha taghhom f'dan ic-centru. Minn naha tieghu, bhalissa, l-Gvern qieghed ihejji l-istrutturi amministrattivi u teknologici (partikularment dawk marbuta mas-sigurta) biex dan ic-centru jigi varat lejn Ottubru ta' din is-sena.

MITTS — Computer supplies

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-computer suppliers akkreditati mill-MITTS?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-computer supplies akkreditati mill-MITTS Ltd huma: 1. A to Z Electronics Ltd. 2. Datex Ltd. 3. Falcon 2000 Ltd. 4. Formaco Ltd. 5. I.E.S Ltd. 6. SNT (formerly known as ICT Malta Ltd. Fujitsu Services) 7. TCTC Ltd. 8. VSS Ltd.

Ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali — Xiri ta' computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm, b'liema prezz u mingħand min inxtraw computers u printers fl-aħħar sena ta' l-elezzjoni mill-ministeru tiegħu meta kien għadu l-ministeru tal-ġustizzja? Dawn il-computers tħallew fil-ministeru preżenti tal-ġustizzja jew qed jintużaw fil-ministeru attwali tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Każini tal-baned — Banka tal-lottu - commissions

Question

Billi ntqal fil-parlament li l-privatizazzjoni tal-lottu pubbliku jinsab fl-istadju finali tiegħu, jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi ħsieb li tiġi ndirizzata l-problema tal-commissions li jaqilgħu l-każini tal-baned li għandhom lotto booth fil-premises tagħhom? Jaf il-Ministru li fil-każ ta' ċerti każini tal-baned dan kollu jista' jissarraf f'telf ta' introjtu ta' aktar minn Lm3,000 fis-sena? Jikkonferma il-Ministru li l-band clubs association ma jidhrux li ġew ikkonsultati dwar din il-materja tant li korrispondenza li ntbagħtet mill-istess assoċjazzjoni lill-Ministeru tal-Finanzi lanqas biss ġiet acknowledged?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kemm fir-rigward ta’ l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ngħidlu li waqt it-tieni qari ta’l-abbozz ta’ liġi dwar il-lotteriji u logħob ieħor jiena għedt li l-konċessjonarji ser tingħatalhom protezzjoni dwar id-dħul preżenti tagħhom u dan mill-fond li se jinħoloq apposta skond dik il-liġi.

Xogħol tal-gvern — Refunds fuq overseas travel allowances

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tar-refunds dovuti lill-gvern dwar overseas travel allowances fuq xogħol tal-gvern, każ każ, li ma jistgħux jiġu rikoverati għaliex huma statute barred minħabba ż-żmien li għadda minn fuqhom? Dawn ir-refunds overdue kemm imorru lura fiż-żmien u għaliex tħallew ma jiġux rikoverati mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi tentattivi matul is-snin, kemm minn naħa tal-Ministeru tal-Finanzi u kemm minn naħa tal-Ministeri involuti, biex Outstanding Travel Advances ta’ qabel l-1993 jiġu regolariżżati ma’ l-Uffiċju ta’ l-Awditur Ġenerali. Għadhom ma ġewx finalizzati 207 advance li jammontaw għal LM185,461. Ma nistgħux ngħidu kemm huma r-refunds relatati għalihom billi r-rapport tal-claims kontrihom ma sarx. Minħabba (i) ż-żmien li għadda minn fuq dawn l-Advances – xi wħud minnhom imorru lura għall-bidu tas-snin tmenin; (ii) li ħafna uffiċjali nvoluti ma għadhomx fis-Servizz; (iii) xi wħud minn dawn l-Advances kienu jinvolvu delegazzjoniet li l-membri tagħhom kienu holders of political office; (iv) li dokumenti relattivi ta’ dawn l-Advances ma setgħux jinstabu ġie deċiż li dawn l-Advances jiġu written-off.

San Ġwann — Taż-Żwejt - Qtugħ fil-provvista ta' elettriku

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għandha kemm il-flat kif ukoll il-meter tad-dawl reġistrati f'isimha u skond l-informazzjoni li għandi jirriżulta li billi l-persuna - isimha wkoll qed jintbagħat separatament - li toqgħod fl-istess indirizz għandha xi kontijiet pendenti mal-korporazzjoni Enemalta, il-korporazzjoni qegħda taqta' id-dawl lill-inkwilina minkejja li hi ma għandha l-ebda kontijiet pendenti mal-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant huwa nfurmat tajjeb imma jinhtieg jinghata spjegazzjoni fis-sens illi hemm kont pendenti li jirrelata ghal post iehor u jintbaghat fl-indirizz tal-konsumatur irregistrata. Ghalhekk il-Korporazzjoni Enemalta tqis li ghandha dritt, skond id-dispozizzjonijiet ta` l-Electricity Supply Regulations, 1993, Sezzjoni XXX, klawsola 73, li tissospendi l-kurrent elettriku fil-fond ta` l-inkwilina fejn qed joqghod min ghandu l-kont pendenti mal-Korporazzjoni Enemalta.

Tarzna — Kumpanija - Super yachts

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 233 dwar il-kumpanija amerikana involuta fil-bini tas-super yachts fit-tarzna, jikkonferma l-Ministru li l-kumpanija Palmer Johnson wara li ħabbret li kellha cash flow problems f'Diċembru 02, ġiet irrappurtata mill-IBI, (International Boat Industry) magazine li kontra qalbha kellha tirrikorri għal chapter 11 dwar falliment sabiex tikseb ħarsien mill-kredituri tagħha? Jekk il-kunpanija involuta lokalment mhix l-istess kumpanija, hemm xi relazzjoni ma' dik identifikata minni u/jew hi xi sussidjarja tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi l-kumpanija msemmija mill-Onor. Interpellant u dik li maghha l-Malta Drydocks se tkun involuta fil-progett dwar is-Super Yachts, kienu originarjament jifformaw parti mill-Palmer Johnson Group. Imma l-kumpanija li se tkun involuta mad-Drydocks kienet inbieghet lil sidien differenti u topera taht management differenti wkoll.
Leg 10 PQ #300 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karta għall-ġbir tal-pilloli

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 232, fejn kont qed nirreferi għall control card for Narcotic/Psychotropic Drugs, jista' issa l-Ministru jagħti tweġiba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li minn statistika li jiġbor id-Dipartiment jirriżulta li matul is-sena 2002 inħarġu 24,744 'Control Card for Narcotic Psychotropic Drugs'. Ninforma li dawn jinkludu numru zgħir ta' barranin, u numru ieħor ta' 'cards' li nħarġu darbtejn fl-istess sena peres li tkun intilfet l-ewwel waħda, imtliet jew l-informazzjoni tal-pazjent inbidlet.

Summit bejn l-UE u r-Russja — Delegazzjoni Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'taħdidiet bilaterali nżammu waqt l-attendenza tad-delegazzjoni Maltija fis-summit bejn l-UE u r-Russja?

Response (BORG, JOE)

Laqgħat bħal dawn jipprovdu massimu ta' opportunitajiet lill-Kapijiet ta' l-Istati bçx jiltaqgħu b'mod informali. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Prim Ministru ħa kull opportunita' f'dan is-sens.