Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #740 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CIMU

Question

Iċ-CIMU (Central Information Managment Unit) hija responsabbli biss għaċ-ċivil jew għas-settur pubbliku kollu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-mandat ta’ CIMU joħroġ mill-Pjan Strateġiku għall-Informatika f’Servizz Pubbliku: 1999-2001. Sa llum iċ-CIMU huwa responsabbli għall-viżjoni, ippjanar u “governance” ta’ l-Informatika fis-Servizz Pubbliku biss. Kopja ta’ dan il-Pjan huwa aċċessibli mill-“website” taċ-CIMU www.cimu.gov.mt.

MITTS — Apparat ta' l-Informatika

Question

Billi l-Ministru semma li ħafna mill-apparat tal-informatika għall-Ministeru ġie miksub mill-MITTS, tista' tgħid min kienu l-accredited suppliers fil-każi kollha li għalihom saret referenza mill-MITTS?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #742 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

E-government — Performances taċ-Ċivil

Question

L-implimentazzjoni ta' inizjattivi marbutin mal-E-government kemm jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu evalwati il-performances tal-ogħla uffiċjali taċ-Ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-evalwazzjoni tal-“performance” ta’ uffiċjali għolja fis-Servizz Pubbliku li qegħdin fuq “performace agreement” issir skond lista ta’ kriterji li tinkludi kull inizjattiva li jieħu l-uffiċjal marbuta mal-prijoritajiet tal-Gvern.

E-government — Sptar Mater Dei

Question

L-isptar Mater Dei se jkun jagħmel parti mill-E-government architecture?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ppjanat li kull entita pubblika tkun parti mhux biss mill-eGovernment architecture iżda wkoll tuza numru ta' servizzi ċentrali li ser jibdew jingħataw mill-MITTS. F'dan il-kuntest ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Lulju ta' l-2001 il-Gvern kien ha deċiżjoni f'dan is-sens li mistennija tiġi aggornata għaċ-ċirkostanzi u t-teknologiji prevalenti fil-ġimgħat li ġejjin.

E-Services — Call Centre

Question

Huwa minnu li l-E-services call centre sejjer jiġi farmed out lil-privat meta jkun opportun li jsir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija l-intenzjoni tal-Gvern li jinvolvi kemm jista jkun lis-settur privat fl-implimentazzjoni tal-pjan tiegħu fil-qasam ta' l-ICT fil-Gvern. Il-call centre fil-qafas ta' l-e-Government huwa proġett wieħed biss fejn il-Gvern qiegħed jippjana li juża din il-politika ta' outsourcing.

CIMU — E-Malta Commision

Question

X'inhi r-relazzjoni bejn iċ-CIMU u l-e-Malta commision?

Response (GATT, AUSTIN)

Ic-CIMU hija responsabbli mill-istandards, policies u direttivi li jiġu mfassla għall-użu tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni fis-settur pubbliku waqt illi l-e-Malta Commission hija entita' mmirata biex tkattar l-għarfien tas-socjeta' u l-ekonomija ta' l-informazzjoni f'pajjiżna.
Leg 10 PQ #723 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Mosta — Applikazzjoni għal xiri ta' qabar

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni DH39/97/469 Ack. 3685 għal qabar fil-Mosta li saret fl-1997 mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-applikazzjoni b'referenza DH39-97-469 għall-qabar fil-Mosta kienet referuta lid-Dipartiment fis-sebgħa ta' Ottubru 1997 u tinsab in-numru 138 fil-'waiting list' ta' l-istess ċimiterju.
Leg 10 PQ #727 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Parliament public forum

Question

Fid-dawl tar-relazzjoni tal-kummissarju Ewropew għall-intrapriża u l-information society dwar cyber security and the European network and information security agency, jista' il-Prim Minisru jgħid jekk Malta kenitx mistiedna għal dan il-European parliament public forum, u jekk iva, fuq liema livell ħadet sehem? X'inizjattivi qed jieħu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti biex jilqa' għall-problemi ta' cyber security li jmorru lil hinn minn sempliċi data protection? Saru xi kuntatti ma' l-awtoritajiet kompetenti biex Malta tkun attrezzata biex tikkumbatti l-hekk imsejjaħ cyber crime?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Malta ġiet mistiedna tattendi l-“Working Party on Telecommunications and Information Society Services” bħala osservatur. Waħda mill-affarijiet li kienu qed jiġu diskussi kienet il-proposta biex titwaqqaf aġenzija għall-“European Network and Information Security”. Malta wkoll qed tattendi bħala osservatur fl-“Electronic Communications (COMELEC-COTEL) Working Party” u l-“European Security and Defence Policy Network Security Accreditation Panel (ESDP-Net SAP)”. Dan ta’ l-aħħar jitratta dwar l-iżvilupp ta’ “Communications Network” li biha jkunu jistgħu jiġu trasmessi dokumenti klassifikati. Fil-kuntest tas-“Security Regulations” ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Gvern iddelega diversi funzjonijiet li huma: · Is-“Security Services” ġiet innominata bħala in-“National Security Authority”. · Is-Segretarjat tal-Kabinett ġie nnominat bħala s-“Security Accreditation Authority”. · Iċ-CIMU ġie nnominat bħala l-“Infosec Authority”. Fil-kuntest lokali, il-Gvern ħa numru ta’ miżuri li jirrigwardjaw is-sigurta` ta’ l-informazzjoni u s-“cyber crime”. Tajjeb li wieħed ifakkar li fl-2001 il-Gvern għamel emendi fil-Kodiċi Kriminali biex jilleġisla kontra użu mhux kif dovut bil-“computer”. Iktar kmieni din is-sena fi ħdan il-Pulizija twaqqaf is-“Cyber Crime Unit” bil-għan li jiffoka fuq dan it-tip ta’ reati. Iċ-CIMU ikkommissjona Pjan Strateġiku ta’ tlett snin għas-sigurta` ta’ l-Informazzjoni. Rakkommandazzjonijet li diġa` twettqu jinkludu: · kreazzjoni tal-pożizzjoni ta’ “Head, InfoSec” ġo ħdan iċ-CIMU fejn bħalissa nħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet, · it-twaqqif ta’ “Ministry Security Forum” fi ħdan kull Ministeru, · kreazzjoni ta’ pożizzjoni ta’ “Ministry Information Security Officer” ġo kull Ministeru, · il-ħruġ miċ-Cimu ta’ numru ta’ direttivi bil-għan li jgħinu l-addozzjoni ta’ l-“ISO 17799: Code of Practice for Information Security Management”, · kreazzjoni ta’ Dipartiment ta’ “Information Security and Risk Management” ġo ħdan il-“MITTS Ltd” li joffri support tekniku. Aktar kmieni din is-sena, bħala parti mill-attivitajiet għall-“Conference of Ministers of the Interior of the West Mediterranean (CIMO)”, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Affarijiet ta’ l-Intern nieda konferenza dwar is-“cyber crime”. Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar ġew mogħtija numru ta’ preżentazzjonijiet fil-Ministeri u Dipartimenti sabiex jiżdied l-għarfien fuq is-sigurta` ta’ l-informazzjoni. Sar ukoll “ICT Public Discussion Forum” bit-titlu ta’ “Securing Cyber Space” organizzata mill-“MITTS Ltd” fil-Kamra tal-Kummerċ li kienet miftuħa għall-pubbliku.

MITTS — Laqgħa għall-accredited suppliers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop tal-laqgħa li organizzat il-MITTS għall-accredited suppliers tagħha nhar id-19.6.03? Dan kellu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-ftehim milħuq mill-gvern mal-kumpannija Microsoft?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-laqgħa li saret fid-dsatax ta' Ġunju mill-MITTS f'isem ic-CIMU, saret biex l-accredited suppliers ikunu nfurmati dwar xi partijiet tal-ftehim li sar dan l-aħħar bejn il-Gvern Malti u l-Microsoft.

Ministeri tal-gvern — Xiri ta' hardware/software

Question

Il-gvern jirriżultalu li fl-imgħoddi kien qed jinxtara hardware u software mid-dipartimenti u ministeri tal-gvern li kien aktar minn dak meħtieġ? Jekk iva, f'liema każi u f'liema ministeri rriżulta li sar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jirriżultalix li fil-Ministeru tiegħi kien qed jinxtara hardware u software iżjed milli meħtieġ (ħlief xi waħdiet 'spare' għal xi emergenza). Dwar il-Ministeri l-oħra nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija direttament lilhom.

Servizz Ċivili — Awditjar tas-sistema ta' l-informatika

Question

L-audit tas-sistemi ta' l-informatika fis-settur pubbliku isir miċ-CIMU jew mill-MITTS innifisha f'isem iċ-CIMU? Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni tar-riżultati ta' audits simili u jekk dawn irriżultawx li kienu konformi ma' prattiċi stabiliti fl-informatika?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Privatizazzjoni — MOBC

Question

Ma min qed isiru it-trattativi dwar il-privatizazzjoni tal-MOBC? Hemm interessi Maltin involuti? Jekk iva, min huma?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal-mistoqsija 38433 fl-aħħar leġislatura li minħabba li marbutin b’Confidentiality Agreement m'inix liberu li nsemmi l-kumpanija.
Leg 10 PQ #692 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħaddiema — Bażi kuntrattwali

Question

Min huma n-nies li qed jaħdmu fuq bażi kuntrattwali fid-dipartiment għall-Affarijiet Ekonomiċi fil-Ministeru tiegħek u xi ħlas qed jieħdu għas-servizzi tagħhom?

Response (BORG, JOE)

Id-Dipartiment għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kulturali fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa kompost mis-Sur Carmel Galea, is-Sur Edwin Abela u s-Sur Oliver Xuereb. Is-Sur Galea jitħallas salarju ekwivalenti għal Skala 5 għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku, filwaqt li s-Sur Xuereb jitħallas salarju ekwivalenti għal Skala 11 ta' l-istess struttura. Is-Sur Edwin Abela huwa uffiċċjal pubbliku fil-livell ta' Senior Principal. Dan id-Dipartiment ġie mwaqqaf biex jgħin u jiffaċilita attivitajiet diversi barra minn Malta, meta dawn jinħtieġu servizzi mill-Ambaxxati Maltin. Huwa wkoll xogħol ta' dan id-Dipartiment li jinkoraġġixxi u jikkoordina attivitajiet promozzjonali barra minn Malta, meta dawn jinħtieġu parteċipazzjoni fuq skala nazzjonali aktar minn waħda settorali. Matul dawn l-erbgħatax-il xahar li ilu mwaqqaf, dan id-Dipartiment ħadem għat-twaqqif ta' l-Uffiċċju Kummerċjali Malti u Konsulat Ġenerali fil-belt ta' Dubai. B'kooperazzjoni mal-METCO, il-Kamra tal-Kummerċ, u diversi Ambaxxati Maltin, iffaċilita viżti f'Malta minn gruppi barranin interessati f'kummerċ ma' operaturi Maltin, kif ukoll għen lill-MDC torganiżża diversi laqgħat promozzjonali fi bliet barranin. Bl-għajnuna ta' Ambaxxati Maltin, u ażjendi nazzjonali bħal Heritage Malta, id-Dipartiment organiżża wkoll manifestazzjonijiet u esebizzjonijiet Maltin fl-ibliet ta' Sevillja, Madrid, Aragona, Kopenhagen, Stokkolma, Helsinki, Strasbourg, New York, Ateni u Ruma. Dawn il-promozzjonijiet kienu fuq skala nazzjonali, li fihom ħadu sehem diversi gruppi ta' artisti Maltin, u li ħallew benefiċċji tanġibbli. Naf żgur li l-Onorevoli Interpellant jaqbel, iżjed u iżjed issa bħala main spokesperson għall-Affarijiet Barranin, li r-rwol tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fil-ġurnata' ta' llum m'għandux ikun limitat għad-dimensjoni purament politika u diplomatika, iżda għandu jieħu ħsieb biex jippromwovi lil Malta f'kull aspett, b'aħjar użu ta' l-Ambaxxati tagħna f'pajjiżi esteri għal dan il-għan.
Leg 10 PQ #693 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Cultural Scientific and Technical Agreements

Question

Kemm hemm pajjiżi li magħhom il-Gvern Malti għandu Cultural Scientific and Technical Agreements? Kemm minnhom jipprovdu għal mixed commission? Kemm saru laqgħat ta' din ix-xorta u ma'liema Gvernijiet saru?

Response (BORG, JOE)

Fil-preżent, Malta għandha 26 ftehim ma' daqstant pajjiżi dwar kooperazzjoni fil-qasam kulurali u / jew xjentifiku, edukattiv, jew tekniku, li huma kollha in vigore. Minn dawn, 14 jipprovdu għat-twaqqif ta' kummissjoni jew kumitat imħallat bejn iż-żewġ naħat. Dawn l-oqsma ta' kooperazzjoni qed jiġu diskussi jew fl-ambitu ta' kummissjoni mħallta speċifika kif provduta fl-imsemmija ftehim, bħall-każ tal-kummissjoni ma' l-Italja (ltaqgħet 11-il darba), ma' Franza (iltaqgħet 3 darbiet), Spanja (iltaqgħet 6 darbiet), u l-Ġermanja (iltaqgħet 5 darbiet), inkella fl-ambitu ta' kummissjoni mħallta ġenerali, bħalma hu l-każ mal-Libja, mat-Tuneżija u ma' l-Eġittu, jew inkella permezz ta' komunikazzjonijiet diplomatiċi biex jiġu konklużi Programmi ta' attivitajiet kulturali eċċ, bħalma hu l-każ maċ-Ċina, mal-Kuwajt, mar-Russja u mas-Slovenja.
Leg 10 PQ #694 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Skambji

Question

Xi skambji kien hemm mas-Sawdi Għarbija mill-2001 sal-lum?

Response (BORG, JOE)

Ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Renju ta' l-Għarabja Sawdita' huma politikament tajbin tant li l-Ministeru tiegħi u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Għarabja Sawdita' formalment qablu li għandhom isiru laqgħat ta' kull sena fejn uffiċċjali għolja jkollom taħdidiet dwar ir-relazzjonijiet bilaterali, koperazzjoni reġjonali u temi oħra ta' nteress komuni. Għal dan il-għan, nhar il-5 ta' April 2003, ġie ffirmat f'Rijad, Memorandum dwar Konsultazzjonijiet Politiċi. Permezz ta' dan il-ftehim hu ttamat li ż-żewġ naħat jieħdu inizjativi sabiex ikomplu jissaħħu r-rabtiet ta' ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi. Fil-preżent, iż-żewġ pajjiżi qed jiddiskutu għadd ta' proposti ta' koperazzjoni ta' natura politika, ekonomika, kummerċjali u kulturali.
Leg 10 PQ #695 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Organizazzjoni internazzjonali — Karigi

Question

Kien hemm xi kandidatura prospettiva ta' personalita Maltija għall-kariga f'organizazzjoni internazzjonali li ġiet irtirata wara li l-gvern Malti ġie mgħarraf li ma kellhux l-appoġġ tal-pajjiż tal-UE?

Response (BORG, JOE)

Nikonferma li s-sena l-oħra il-Gvern Malti irtira l-kandidatura li kien għamel f'Novembru, 2001 tas-Sur Anthony Debono għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali ta l-Għaqda Internazzzjonali tat-Telekommunikazzjoni. L-informazzjoni li ingħata l-Onorevoli Interpellant li din il-kandidatura ġiet irtirata wara li l-Gvern Malti ġie mgħarraf li ma għandux l-apoġġ tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mhijiex korretta. Il-kandidatura ġiet irtirata għax ftit wara li r-Rappreżentant Permanenti Malti f'Ġinevra issottometta l-kandidatura tas-Sur Debono għal din il-kariga, huwa nforma lill-Ministru kkonċernat li l-persuna li diġa' kienet fil-kariga, u li kien ser jgħaddilha t-terminu tagħha, kienet għadha fl-ewwel terminu tagħha u li l-prassi kienet li persuna għandha sservi għal żewġ termini qabel ma tiġi kkuntestata minn kandidati oħra. Kien fid-dawl ta' din l-informazzjoni li l-Gvern iddeċieda li jirtira l-kandidatura tas-Sur Debono. Nixtieq nieħu din l-okkażżjoni biex ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-leġiżlatura ta' qabel din, id-Direttorat Multilaterali, flimkien ma' diversi Ambaxxati tagħna f'pajjiżi oħra, ħadmu bi sħiħ u b'suċċess fuq kandidaturi Maltin bħal per eżempju biex Malta tkun membru fuq il-Kunsill tal-Organiżżazzjoni Internazzjonali Marittima, u għall-karigi fit-Tribunal Internazzjonali Kriminali għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava, u għall-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Għal kull waħda minn dawn il-Kandidaturi il-Gvern Malti kellu l-appoġġ ta' numru sabiħ ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, apparti l-appoġġ ta' diversi pajjiżi oħra.

EU savings tax directive

Question

Billi l-gvern Malti dan l-aħħar iddefenda l-EU savings tax directive għax qal li f'Malta m'għandniex settur qawwi ta' private banking, jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fl-istampa internazzjonali li l-gvern Malti, flimkien ma' dak ta' l-Estonia, tal-Lithuania u tas-Slovenia qegħdin jitolbu żmien tranżitorju ta' sentejn qabel ma jiġi fis-seħħ l-obbligu li japplikaw dawn ir-regoli li suppost jidħlu fis-seħħ fl-1.1.05?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Gvern Malti ma talabx żmien transitorju qabel ma tidħol fis-seħħ l-EU Savings Directive li l-obbligi taħtha għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar, 2005.

Hardware/software applications — Impact analysis/assessment

Question

Il-gvern għamel impact analysis/assessment dwar l-impatt fuq hardware u software applications użati mill-gvern għal meta ssir il-bidla għal sistema XP compliant?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.