Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #912 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Irregolaritajiet finanzjarji

Question

Jikkonferma l-Ministru li bħalissa qed isiru nvestigazzjonijiet f'mill-inqas żewġ uffiċini separati barranin tal-MTA dwar allegati rregolaritajiet finanzjarji? Jekk fl-affermattiv, f'liema outposts tal-MIA qed isiru dawn l-investigazzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta bħalissa qiegħda tinvestiga wieħed mill-uffiċini barranin tagħha fejn matul is-sena 2002 saret nefqa akbar mill-budget awtorizzat. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Eurostat — Statistika - NSO

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-istatistika kollha dwar Malta tal-Eurostat li tiġi mgħoddija lill-NSO tiġi ippubblikata minn dawn ta' l-aħħar, l-aktar fejn jidħlu finanzi pubbliċi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istatistika dwar Malta li tippubblika l-Eurostat, fil-maġġoranza kbira tal-każi toriġina mill-NSO. Normalment il-Eurostat tuża dik l-istatistika f'pubblikazzjonijiet tagħha fejn it-tagħrif fuq Malta jidher f'tabelli kumparattivi ma pajjiżi oħra Ewropej, membri tal-UE jew fi stat ta' accession. Apparti l-fatt li m'għandux id-dritt legali biex jerġa jippublika pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Eurostat, l-NSO m'għandux riżorsi umani u finanzjarji biex iwettaq ħaġa bħal din. Naturalment, l-NSO regolarment joħroġ statistika fuq kull suġġett li huwa jinvestiga, permezz ta' news releases, pubblikazzjonijiet oħra kif ukoll tal-website tiegħu fuq l-Internet (http://www.nso.gov.mt). Minn naħa l-oħra, l-istatistika tal-Eurostat tinħareġ fuq il-website tagħha http://europa.eu.int/comm/eurostat.
Leg 10 PQ #859 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti Governattivi — Computers li jifilħu XP upgrade

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'persentaġġ mill-computers tad-dipartimenti varji tal-gvern jifilħu XP upgrade?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“Microsoft XP Upgrade” għandu bżonn “computer” li jkollu dawn il-kwalitajiet jew aħjar: Livel ta’ “Processor”: Pentium III Memorja: 256MB RAM Spazju vojt fuq id-diska: 2Gbytes Minn numru tal-“PCs” li jinstabu fis-Servizz Pubbliku u fis-settur ta’ l-edukazzjoni huwa misjub li hemm madwar 18 fil-mija li jifilħu l-“XP”. Huwa tajjeb li wieħed jenfasizza li l-Gvern huwa kontinwament jibdel il-kompjuters tiegħu u għaldaqstant l-arranġament mal-“Microsoft” ikopri kompjuters ġodda wkoll. Fl-aħħarnett, għax il-Gvern kien konxju tal-fatt li għandu stokk kbir ta’ kompjuters li huma ta’ tip “Pentium II” jew inqas, l-arranġament mal-“Microsoft” jippermetti l-“upgrade” ta’ dawn il-“PCs” għall-“Windows ’98” u “Office ’97 (Pentium II)” u “Windows ’95” u “Office ’95 (Pentium I)
Leg 10 PQ #860 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Kunċett E-Health

Question

Il-kunċett E-Health daħal f'Malta? Min ħa u/jew se jieħu responsabbilta' tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tas-Saħħa permezz tal-'website' tiegħu li jiġi aġġornat mit-taqsima fi ħdanu ta' l-'Information Managment Unit', diġa qed joffri servizz ta' informazzjoni biex iżomm lill-pubbliku aġġornat dwar dak li qed jiġri fil-qasam tas-Saħħa. F'dan ir-rigward, diġa sar xi xogħol ta' M-Gov fejn in-'National Blood Transfusion Centre', jista jibgħat messaġġi lid-donaturi dwar tip ta' demm li jkun hemm bżonn. Proġett ieħor li sar kien, fejn tobba mis-settur privat, jibgħatu notifika lill-Ministeru tas-Saħħa dwar tilqim jew infezzjonijiet b'mod-elettroniku, flok bil-posta normali. Hemm il-ħsieb li l-Ministeru jintroduċi xi servizzi ġodda b'dan il-kunċett aktar tard is-sena d-dieħla.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti li jieħdu ċ-children's allowance? Kemm kien hemm professjonisti li ġew skwalifikati milli jkomplu jirċievu ċ-children's allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-hlas ta’ l-Allowance ghat-Tfal qatt ma kien marbut mal-generu ta’ xoghol ta’ l-applikant u ghalhekk ma tin¿ammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ta' Xbiex — Qasam tad-djar - Block A4

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-problema fi block A4, Ta' Xbiex H.E. fejn qed joħroġ l-ilma minn toqba li hemm taħt il-lift li ġie nstallat xi żmien ilu? Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax għalkemm dan l-ilment tressaq lill-awtoritajiet konċernati mill-inkwilini nfushom, il-problema għadha ma ġietx solvuta biex b'hekk qed toħloq inkonvenjent u periklu għar-residenti tal-block, b'mod partikolari dawk b'diżabilita' fiżika li ma jistgħux jgħaddu mingħajr is-servizz ta' dan il-lift?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li waqt li kien qed isir it-thaffir ghall-lift pit fi Blokk A4, Ta’ Xbiex, instab li kien qed jiskula xi ilma taht il-blokk. Minn investigazzjonijiet li saru, instab li l-ilma ma kienx ikkaw¿at minn xi leak ta’ ilma jew drenagg mill-appartamenti ta’ gol-blokk innifsu u ghalhekk ma kienitx kwistjoni ta’ riparazzjoni ta’ installazzjonijiet fil-blokk. Sabiex xorta jkun jista’ jsir il-lift, giet installata pompa li tbattal il-lift pit mill-ilma hekk kif dan jingabar hemm. Skond il-kundizzjonijiet ta’ Skema V, ir-residenti tal-blokk huma responsabbli ghall-manutenzjoni u tiswijiet mehtiega fuq il-lift inklu¿ il-pompa. Ir-Residenti kollha li ju¿aw il-lift huma obbligati jaghtu sehemhom biex il-manutenzjoni ssir regolarment. Diment li dan isir, m’hemm l-ebda periklu ghar-residenti u l-lift jista’ jibqa jintuza kif fil-fatt qed isir.

Tarznari — Djun

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi time scale li fih beħsiebu jagħmel ir-writing off ta' Lm300 miljun f'dejn akkumulat tat-tarznari?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-trattament tad-dejn tat-tarznarji qed isir fl-isfond tar-ristrutturar tat-tarznarji, kif qed jiżviluppa fi ħdan it-Task Force li twaqqfet għal dan il-għan bejn il-partijiet ikkonċernati kollha. F'dan ir-rigward, qed jittieħed in konsiderazzjoni wkoll it-tip ta' dejn, jiġifieri, per eżempju, jekk hux mal-Gvern jew mal-banek.

Air Malta — Low cost airlines

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi studji saru mill-Air Malta biex jistudjaw l-impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low cost airlines bħall-easy jet u Ryanair b'riżultat tal-liberalizzazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ mas-sħubija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #752 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cabinet papers — Electronic archiving

Question

Il-Gvern għandu l-ħsieb li jagħmel electronic archiving tal-Cabinet papers?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Uffiċċju tal-Kabinett fil-fatt diġa` qiegħed iwettaq programm ta’ “Scanning” tal-Memoranda tal-Kabinett. S’issa ġew “scanned” il-Memoranda tal-perijodi 1962-1971 u 1987-1996. B’hekk dawn id-dokumenti se jkunu arkivjati b’mod elettroniku. Dwar il-perijodu 1971-1987 ma jidhirx li l-prattika ta’ tħejjija ta’ Memoranda għal kull laqgħa tal-Kabinett kienet ġiet stabbilita b’mod sistematiku. Dwar il-Minuti tal-Kabinett dawn ilhom jinżammu wkoll b’mod elettroniku mill-1987. Il-Minuti għall-perijodu 1962-1971 kienu jinżammu miktubin bl-idejn f’reġistri “ad hoc” u għalhekk mhux faċli li jiġu “Scanned”. Dwar il-Minuti tal-Kabinett għall-perijodu 1971-1987, għalkemm jeżistu “hard copies” ta’ Minuti ta’ diversi laqgħat tal-Kabinett, anki hawn ma jidhirx li dawn kienu jinżammu b’mod sistematiku.

Amministrazzjoni tal-benefiċċji soċjali — Sistemi ta' l-informatika

Question

Il-Gvern għandu xi ħsieb li jaġġorna s-sistemi ta' l-informatika marbutin ma' l-Amministrazzjoni tal-Benefiċċji Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru ghall-Politika Socjali sa’ mill-1999 waqqaf Kumitat ta’ Tmexxija ghall-Informatika sabiex tmexxi programm ta’ tigdid u aggornar tal-qasam kollu tal-informatika. Wahda mis-sistemi importanti hija dik li ghandha x’taqsam mal-Amministrazzjoni tal-Beneficcju Socjali. Din is-sistema inbdiet fl-1995 u ghadha qed ti¿viluppa sallum. Matul din is-sena bdew jigu studjati numru ta’ proposti ghat-tishih jew l-i¿vilupp ta’ sistemi ta’ l-informatika godda ghas-setturi tal-housing, tas-sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u anki ghas-settur tas-sigurta’ socjali.
Leg 10 PQ #837 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Issp Strategic plan — Information technology

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu huwiex qed jaħdem fuq ISSP strategic plan għall-information technology għas-snin li ġejjin? Fiex wasal dan? Ġie approvat? Meta mistenni li jibda jiġi attwat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li diġa` tlesta l-ewwel abbozz ta’ Pjan Strateġiku għas-Sistemi ta’ l-Informatika għas-Servizz Pubbliku (“Information Systems Strategic Plan for the Public Service) għas-snin 2003 sa 2005. In vista tat-tibdil fil-qasam ta’ l-informatika li ġabet magħha l-Leġislatura l-ġdida, dan il-Pjan għadu ma tressaqx għall-approvazzjoni tal-Kabinett. Madanakollu, peress li l-Pjan jipprovdi għal kontinwita` mal-Pjan ta’ qabel, ix-xogħol għadu għaddej fuq inizzjattivi li diġa` nbdew, bħal “e-Government”.

Sistemi finanzjarji — Implikazzjonijiet ta' IT

Question

Il-gvern qed jaħdem fuq l-implikazzjonijiet ta' IT għas-sistemi finanzjarji tal-gvern li bidla għall-munita euro tista' ġġib magħha?

Response (DALLI, JOHN)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet preliminari bejn il-Gvern u l-aġent tiegħu ta' l-Informatika sabiex isir studju komprensiv dwar is-suġġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #841 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Hemm xi tibdiliet ikkontemplati fil-livell tal-ambaxxaturi Maltin residenti barra l-pajjiż? Jekk iva, min huma dawn u x'inhuma l-postings involuti?

Response (BORG, JOE)

Il-perjodu li matulu Ambaxxatur Malti jintbagħat iservi f'Missjoni barra minn Malta, f'ċirkostanzi normali, itul bejn wieħed u ieħor tliet snin. Qabel dan il-perjodu jagħlaq, il-Ministeru jiddeċiedi jekk huwiex konsiljabbli li tingħata estensjoni, jew li l-posting jiġi terminat u l-individwu jirritorna Malta, jew li l-Ambaxxatur konċernat jintbagħat fuq posting ġdid ġo pajjiż differenti. Dan l-eżerċizzju imbagħad jiġi konfermat permezz tal-ħruġ ta' Posting Order li telenka id-deċiżżjonijiet li jittieħdu fir-rigward ta' kull uffiċċjal li qed iservi barra minn Malta, sew dawk fuq livell ta' Ambaxxaturi u oħrajn. Bħalissa, il-Ministeru tiegħi qed iħejji għall-ħruġ ta' Posting Order bħal din. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun jixtieq kopja ta' din il-Posting Order jien inkun dispost ngħaddihielu malli toħroġ.
Leg 10 PQ #858 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hardware/software applications — Impact analysis/assessment

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx impact analysis/assessment dwar l-impatt fuq hardware u software applications użati mill-gvern għal meta ssir il-bidla għal sistema XP compliant?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kemm il-Ministeru responsabbli għall-politika tal-“e-Government” kif ukoll iċ-CIMU fil-Ministeru tiegħi, għamlu studju ta’ livell għoli tal-“cost benefit” li bidla għall-“XP” jista’ jrendi lill-Gvern. Issa li l-proċess tal-bidla beda, iċ-CIMU ngaġġat il-MITTS Ltd biex timplementa dan il-proċess f’isimha. Hu ppjanat li l-provi kemm fuq “hardware” u applikazzjonjiet isir b’mod strutturat waqt il-proċess tal-bidla.

E-Europe 2005 action plan

Question

Min se jkun responsabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-E-Europe 2005 action plan - il-Ministeru tiegħek jew il-Ministeri kkonċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-implimentazzjoni tal-e-Europe 2005 action plan hija kkordinata mill-Ministeru tiegħi. Madanakollu minħabba li l-pjan ikopri diversi oqsma tal-Gvern, is-soċjeta' u l-ekonomija, l-attwazzjoni tad-diversi inizjattivi hija r-responsabbilta' ta' dak il-Ministeru jew l-entita' responsabbli minnha (eż: Ministeru ta' l-Edukazzjoni viz.l-ICT fl-iskejjel).
Leg 10 PQ #747 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IT Budget

Question

Huwa minnu li l-Gvern qed jikkunsidra li parti mill-overall IT Budget għandu jiġi ringfenced għall miżuri ta' information security?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba hi fin-negattiv.
Leg 10 PQ #748 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CIMU — Information security programme

Question

Minħabba l-importanza dejjem tikber tas-Sigurta' fil-qasam tal-informatika x'passi konkreti qed jieħu l-Gvern permexx taċ-CIMU biex jiżgura li jkollu information security programme ta' l-għola livell? Dan kif sejjer jiġi cascaded Ministeri kkonċernati direttament jew permezz tal-Ministru responsabbli mit-Tekonloġija ta' l-informatika?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ċ-CIMU ikkommissjona Pjan Strateġiku ta’ tliet snin għas-Sigurta` ta’ l-Informazzjoni li ġie finalizzat aktar kmieni s-sena l-oħra. Ir-rakkommandazzjonijiet ewlenin tal-Pjan Strateġiku huma li l-Gvern jaddotta: · “ISO 17799: Code of Practice for Information Security Management” · “BS 7799 Part 2: Specification for Information Security Management” · “COBIT Framework: Control Objectives for Information and related Technologies” Waħda mill-ewwel miżuri li ttieħdu kienet it-twaqqif ta’ “ICT Security Team” bl-għan li: · jipparteċipa w jfassal strateġija għas-sigurta` fis-Servizz Pubbliku · immexxi l-implementazzjoni ta’ l-istrateġija · jirrivedi d-direttivi tas-sigurta` għat-teknoloġija ta’ l-Informatika w kommunikazzjoni qabel jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-approvazzjoni · joħroġ pubblikazzjonijiet fuq “best practice, policies” u “standards” għas-Servizz Pubbliku · jattwa “management reviews” u “audits” fuq l-istruttura tas-sigurta` fi ħdan is-Servizz Pubbliku. Il-pjan jikkontempla implementazzjoni maqsuma w mifruxa bl-introduzzjoni ta’ direttivi fl-għaxar taqsimiet ipproponuti fl-“ISO 17799” b’dan il-mod: · “Information Security Policy & Minimum Information Security Directive” · “Information Security Organisation & Information Security Organisation Directive” · “Information Compliance Policy & Information Compliance Directive” · “Physical & Environment Security Policy” · “Access Control Policy” · “Personnel Security Policy” · “Asset Classification & Control Policy” · “Communications & Operations Management Policy” · “System Development & Maintenance Policy” · “Business Continuity Management Policy” Responsabilitajiet ġew stabbiliti taħt il-forma ta’ direttivi sabiex jiġi assigurat li l-implementazzjoni tas-Sigurta` tal-Informazzjoni ma titħallix mal-ġenb. Ftit minn dawn ir-responsabilitajiet jinkludu: · Is-Segretarju Permanenti huwa responsabbli għall-affarijiet ta’ sigurta` fi ħdan il-Ministeru u jrid iwaqqaf u jmexxi l-“Ministry Information Security Forum” għal Ministeru tiegħu. · Il-Kapijiet tad-Dipartimenti huma responsabbli għall-affarijiet ta’ sigurta` fi ħdan id-dipartiment. · L-“Information Management Officers” fi ħdan kull Ministeru ġew mogħtija r-responsabilta` ta’ “Information Security Office” għal Ministeru. L-“Information Security Policies” u “Standards” qegħdin jiġu ppubblikati fuq il-“web-site” taċ-CIMU www.cimu.gov.mt. Nixtieq nirreferi l-Onorevoli Interpellant ukoll għat-tweġibiet li tajt għad-domandi parlamentari 727 u 747.
Leg 10 PQ #749 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IT Audit Function

Question

Illum min huwa responsabbli għall-IT Audit Function?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-qafas ta’ “governance” għall-informatika fis-Servizz Pubbliku llum huwa fuq bażi ta’ deċentralizzazzjoni kkontrollata. Fiċ-ċentru, iċ-CIMU huwa responsabbli biex jipproponi l-politika ta’ l-informatika li s-Servizz Pubbliku għandu jaddotta. Iċ-CIMU fi ħdanu għandu funzjoni biex tagħmel f’mod perjodiku verifika ta’ konformità biex tara li l-politika adottata qegħda tiġi applikata. F’numru ta’ oqsma, iċ-CIMU tikkuntrattja l-MITTS Ltd bħala l-aġent tekniku tagħha biex jagħmel verifika f’isimha. Fil-biċċa l-kbira tal-ministeri llum hemm “Information Management Officer” li jirrapporta li s-Segretarju Permanenti u li hu responsabbli għall-informatika fi ħdan dak il-ministeru. Parti mir-rwol tal-“Information Management Officer” huwa li jara li l-politika ċentrali kif ukoll ministerjali ta’ l-informatika qegħda tiġi applikata mill-uffiċjali f’dak il-ministeru. Fl-aħħar nett, il-politika taċ-CIMU tpoġġi l-accountabilita biex il-qafas ta’ l-informatika għas-Servizz Pubbliku jiġi applikat mill-Kap tad-Dipartiment.
Leg 10 PQ #750 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Intranet — Settur Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien biex ikun hemm sistema ta' intranet għas-settur pubbliku kif għandhom diversi aġenziji u ditti kbar privati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa` hemm sistema ta’ “Intranet” tal-Gvern, imsejħa proprju “Intranet” għas-Servizz Pubbliku. Din ilha topera b’mod uffiċjali mit-3 ta’ April ta’ dis-sena, u hi aċċessibbli minn kull “computer” tal-Gvern imqabbad man-“network” tal-Gvern (il-“Malta Government Network” jew “MAGNET”), fl-indirizz http://intra.gov.mt. Mindu beda, dan is-servizz diġa` ġie aċċessat ’il fuq minn 19,000 darba. Permezz tiegħu jitqassmu mas-Servizz Pubbliku notizji, ċirkularijiet, rapporti, formoli, “software”, u diversi dokumenti u riżorsi oħra tal-Gvern. Fil-futur l-“Intranet” se tkompli tiġi żviluppata biex taqdi l-bżonnijiet speċifiċi ta’ gruppi partikolari ta’ uffiċjali. Qed issir ħidma wkoll biex permezz ta’ l-“Intranet” jinħoloq aċċess għat-tagħrif li ser jinżamm fil-“Corporate Data Repository” tal-Gvern.
Leg 10 PQ #751 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Karozzi tal-Ministeru — Fleet managment system

Question

Huwa minnu li saret proposta biex ikun hemm sistema elettronika dwar fleet managment system sabiex jiġu utilizzati aħjar il-karozzi tal-Ministeru? Kemm intefaq matul is-sena 2002 f'kiri, leasing u xiri ta' karozzi - separatament?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.