Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — Low cost airlines

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 907 u cioe' jgħid xi studji saru mill-Air Malta biex jistudjaw l-impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low cost airlines bħall-easy jet u Ryanair b'riżultat tal-liberalizzazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ mas-sħubija?

Response (GATT, AUSTIN)

Internament, mill-1994 l'hawn saru diversi studji, kemm ġeneriċi kemm speċifiċi, fuq kważi kull aspett tal-impatt tas-sħubija fl-UE u konsegwentement tal-liberalizzazjoni, fuq l-operat kummerċjali tal-kumpanija. Fejn inħass il-bżonn, dawn l-istudji ġew irreinforzati minn studji oħra magħmula minn esperti barra l-kumpanija fuq suġġetti ta' interess partikolari. Minbarra x-xogħol li sar u għadu jsir internament, kif għidna aktar 'l fuq, ġiet ikkummissjonata wkoll kumpanija finanzjarja ewlwnija Maltija , fis-sena 2000, sabiex tranaliżża speċifikament l-impatt fuq l-Air Malta ta' kompetizzjoni minn linji tal-ajru oħrajn inklużi dawn hekk imsejħa "low cost".

Teknoloġija — Code tal-Microsoft

Question

Peress li l-Ministru ftit ilu qal li s'issa ħadd għadu ma kkuntattja lill-Gvern biex ikun jista' jaċċessa l-code tal-Microsoft, għall xiex jattribwixxi dan u x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex jiġġenera interess u rispons xieraq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa ghaddejin diskussjonijiet mal-Microsoft biex titwaqqaf stuttura li fiha jkun jistghu jigu evalwati l-progetti li jigu sottomessi mill-kumpanniji jew individwi li jkunu jixtiequ access ghas-source codes tal- Microsoft. Il-Microsoft bhalissa qed timpjega xi nies biex tirraprezentha f'dan ic-centru u biex tizvillupa l-kapacita tieghu fl-isfond tal-ftehim li ntlahaq.
Leg 10 PQ #1188 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Uffiċċju barrani

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema uffiċċju barrani tal-MTA instab li saru fih irregolaritajiet finanzjarji billi saret nefqa akbar mill-budget awtorizzat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Billi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhix etika li tingħata aktar informazzjoni f'dan l-istadju.
Leg 10 PQ #1193 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Sptar Mater Dei — Offerta għal xiri ta' apparat mediku

Question

Fit-taħdidiet li kellek mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan Frattini tqajmet f'xi kuntest il-kontestazzjoni li hemm dwar it-tender għall-apparat mediku għall-isptar il-ġdid? Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti kapitali li waqgħu lura minħabba d-dewmien fir-ratifika tal-Protokol Taljan? X'kienu l-punti ewlenin li tqajmu f'din il-laqgħa mal-Ministru Taljan?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta ghall-ewwel mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni mistoqsija irrid nghid illi huwa ovvju li l-progetti kapitali li ser jinvolvu l-uzu tal-fondi taht il-protokoll Taljan jistghu biss jitwettqu meta jigi fis-sehh l-istess protokoll. Il-punt ewlieni li tqajjem mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan dwar l-istess protokoll kien l-iter li ghad jonqsu dan il-protokoll sabiex jigi ratifikat mill-Italja, u jkun jista` jigi fis-sehh. (Din hija t-twegiba finali ghal din il-mostoqsija wara li dik li originarjament inghatat f'`seduta 25 giet korretta permezz ta` dokument imqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin fis-Seduta Nru 26 tal-15 ta` Lulju 2003. Risposta originali: Huwa ovvju li l-proġetti kapitali li ser jinvolvu l-użu tal-fondi taħt il-protokoll Taljan jistgħu biss jitwettqu meta jiġi fis-seħħ l-istess protokoll. Il-punt ewlieni li tqajjem mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan dwar il-protokoll Taljan kien l-istess li għad jonqsu dan il-protokoll sabiex jiġi ratifikat mill-Italja, sabiex ikun jista jiġi fis-seħħ.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita — Talbiet - electric wheelchair

Question

Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti qabel it-talba li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal electric wheelchair li hemm quddiem il-kummissjoni nazzjonali persuni b' diżabilita' - servizz għajnuniet speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna, li ghaliha hemm riferenza f’din il-Mistoqsija, qieghda fis-27 post tal-lista ta’ persuni li qeghdin fil-waiting list tas-Servizz Ghajnuniet Specjali.

E-Europe 2005 — Strateġija tal-Gvern għas-snin 2004-2007

Question

Billi tħabbar li l-Gvern sejjer jippubblika l-istrateġija tiegħu għas-snin 2004-2007 billi apparti milli jinkludi l-oġġettivi kollha tal-e-Europe 2005, sejjer jaddotta numru ta' azzjonijiet oħra li jirriflettu l-karatteristiċi tal-pajjiż fosthom il-pożizzjoni ġeografika kif ukoll l-ekonomija li jħaddem jista' il-Ministru jelabora aktar dwar dan? X'livell ta' konsultazzjoni sejjer ikun hemm u kemm huwa mistenni li jieħu żmien dan il-proċess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru irnexxielu jibni qafas ta' konsultazzjoni kontinwa li fih jigbor il-parti l-kbira tal-players involuti fil-qasam tas-socjeta ta' l-informazzjoni. Kif ghamel meta addotta l-pjan eEurope+ 2003 u meta habbar l-istrategija ta' l-eMalta li twassal sa l-ahhar tas-sena 2003, dan il-Ministeru ser isostni l-politika tieghu ta' konsultazzjoni u ser jiddiskuti l-pjan strategiku fi hdan il-Kunsill tas-socjeta ta' l-informazzjoni. L-istrategija minnha nnifisha ser tkun prodott tal-process ta' konsultazzjoni kontinwa ghaliex tinkludi fiha bosta mill-perspettivi li twasslu lill-Ministeru mid-diversi oqsma rilevanti f'dan il-qasam.

Kunsill Konsultattiv — Soċjeta' tal-informazzjoni

Question

X'għamla sejjer ikollu l-Kunsill Konsultattiv dwar is-soċjeta' tal-informazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-gimghat li gejjin il-Ministeru ser jikteb lill-organizzazzjonijiet u individwi kollha identifikati biex jistiedinhom jippartecipaw f'dan il-Kunsill. L-istruttura u t-termini ta' riferenza tal-Kunsill jithabbru meta dan jitlaqqa' ghall-ewwel darba.
Leg 10 PQ #1100 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — European Computer Driving Licence

Question

Kemm kien hemm student li qagħdu u li jew mistennija joqogħdu għall-eżamijiet tal-European Computer Driving Licence?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ma ħareġ l-ebda sejħa biex jilqa' applikazzjonijiet minn studenti li jixtiequ joqogħdu għall-eżamijiet tal-European Computer Driving Licence. Id-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni din is-sena nieda korsijiet wara l-ħin ta' l-iskola għal 5th Formers biex dawn ikunu jistgħu jilħqu l-livell ta' l-ECDL. Għal dawn il-korsijiet qed jattendu 1574 student. Qed isiru taħdidiet bejn entitajiet differenti biex dawn l-eżamijiet jibdew isiru mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet.

Użu tat-teknoloġija

Question

Billi mill-elezzjoni 'l hawn twaqqaf Ministeru speċifikament għat-Teknoloġija tal-Informatika x'inhuma l-oġġettiv ġodda biex Malta tkompli tgawdi mill-opportunitajiet li joffri l-użu tat-teknoloġija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghalkemm f'din il-legislatura twaqqaf ghall-ewwel darba Ministeru specifkatament responsabbli mit-teknologija ta' l-informazzjoni, dan il-qasam m'huwiex xi haga gdida fil-politika ta' Gvernijiet Nazzjonalisti. Ghalhekk il-hidma ta' dan il-Ministeru ser tkun ibbazata fuq il-konsolidazzjoni tal-hidma li saret sal-llum f'dan il-qasam u ser tkun iffukata fuq tliet ghanijiet principali: 1) It-tishih tas-socjeta u l-ekonomija ta' l-informazzjoni Maltija 2) It-tkattir f-uzu ta' l-ICT fl-oqsma kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika 3) Il-partecipazzjoni tas-settur privat Malti fis-suq internazzjonali ta' l-ICT
Leg 10 PQ #943 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Protocol finanzjarju — Italja

Question

Jista' il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal formalment il-protocol finanzjarju u tekniku ma' l-Italja?

Response (BORG, JOE)

Il-Ħames Protokoll dwar Assistenza Ekonomika, Teknika u Finanzjarja bejn Malta u l-Italja, li kien iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2002, ġie ratifikat minn naħa Maltija fit-23 ta' Jannar 2003. Sabiex jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll jeħtieġ li jiġi ratifikat ukoll mill-Gvern Taljan. Bħalissa, l-awtoritajiet Taljani għaddejjin bil-proċess meħtieġ sabiex il-Protokoll ikun ratifikat ukoll minn naħa ta' l-Italja. Fil-fatt, wara li l-Protokoll ġie approvat mill-Kunsill tal-Ministri Taljan u ġie ffirmat mill-President Taljan, issa jinsab quddiem il-Senat u l-Kamra tad-Deputati Taljani għall-approvazzjoni tiegħhom, u wara li jitlesta dan il-proċess tar-ratifika da parti ta' l-Italja, il-protokoll jidħol fis-seħħ.
Leg 10 PQ #944 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta u Ċipru — Maritime Control Centre

Question

Il-Gvern Malti ġie kkonsultat mill-Gvern Taljan dwar l-allegata proposta tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Frattini biex Malta u Ċipru jwaqqfu Maritime Control Centre għas-south east tal-Mediterran biex iżommu fihom l-immigranti illegali? Jekk iva, x'kienet ir-rejazzjoni tal-Gvern Malti dwar dan?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li l-Gvern Malti kien avviċinat mill-Gvern Tljan dwar il-proposta li ġiet imsemmija fl-intervista li ġiet mogħtija mill-Onorevoli Franco Frattini Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, lill-Corriera della Sera, fl-edizzjoni tal-24 ta' Ġunju, 2003. Din tikkonċerna proposta Taljana li jitwaqqfu fost oħrajn ġewwa Malta u Ċipru ċentri ta' detenzjoni temporanji fejn jiġu miżmuma immigranti illegali li jinqabdu f'operazzjonijiet fil-baħar u li mbagħad jiġu mibgħuta lura lejn pajjiżhom. F'dan ir-rigward il-Gvern Malti, filwaqt li tenna x-xewqa tiegħu li tkompli tikber dejjem aktar il-koperazzjoni tajba li diġa' hemm bejn iż-żewġ pajjiżi fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, wassal l-oppożizzjoni tiegħu lill-Gvern Taljan fir-rigward tal-propsta Taljana u fakkar li f'Malta, minkejja ċ-ċokon u ir-riżorsi limitati tagħna, diġa' hawn 5 ċentri ta' detenzjoni li fihom qed jinżammu preżentement madwar 500 persuna. Fuq aspetti oħra tal-propsta li jolqtu ko-ordinazzjoni aħjar fis-sorveljanza ta' l-ibħra ta' madwarna, il-Gvern wera l-appoġġ tiegħu fil-prinċipju.
Leg 10 PQ #992 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Awditjar tas-sistema ta' l-informatika

Question

L-audit tas-sistemi ta' l-informatika fis-settur pubbliku isir miċ-CIMU jew mill-MITTS innifisha f'isem iċ-CIMU? Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni tar-riżultati ta' audits simili u jekk dawn irriżultawx li kienu konformi ma' prattiċi stabiliti fl-informatika?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-verifika fis-Servizz Pubbliku dwar il-“policies” u “standards” stabbiliti miċ-CIMU isiru miċ-CIMU. Iċ-CIMU f’ċerti każijiet tikkuntrattja l-MITTS Ltd bħala l-aġent tagħha biex tagħmel verifiki fuq “standards” tekniċi. F’kull każ, iċ-CIMU ikollu l-kontroll u l-koordinazzjoni ta’ dawn l-verifiki. Ir-riżultati kienu varji u kull fejn instabu prattiċi li ma kienux konformi mal-“policies” u “standards” stabbiliti, nbeda l-proċess biex dawn jiġu konformi mal-“policies” u “standards” maħruġa
Leg 10 PQ #1049 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim tal-kompjuter wara l-ħin ta' l-iskola

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-programm tal-gvern biex joffri faċilitajiet ta' kompjuter lill-pubbliku fl-iskejjel wara l-ħin ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru ta' l-Edukazjoni f'koperazjoni sħiħa ma' l-E-Malta Commission fi ħdan il-Ministeru ta' l-Informatika u Investiment u b'partnership ma' kumpaniji privati qed jorganizza programm 'My Web' fejn adulti qed jiġu mħarrġa fl-ICT fil-Kompjuter Labs fl-iskejjel sekondarji ta' l-istat.
Leg 10 PQ #1050 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — In-service development programmes

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'feedback kellu l-gvern dwar l-introduzzjoni ta' in-service development programmes fl-ICT għall-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-feedback kien tajjeb ħafna għax l-attendenza għal-Inset Courses fl-ICT dejjem tkun numeruża. Iżda barra mill-inset courses id-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni jorganizza ħafna korsijiet fis-sajf u wara l-ħin ta' l-iskola li l-għalliema jistgħu jattendu b'mod volontarju. Matul din is-sena skolastika attendew ftit inqas minn elf għalliem għal dawn il-korsijiet.

Qasam tas-self-employed — Ħruġ ta' liċenzji

Question

Billi f'rapport tal-MIC kien intqal li Malta can continue to limit the number of licenses in certain sectors in which self-employed operated, jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk is-setturi fil-qasam tas-self-employed li mhumiex se jkollhom limitazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji rilevanti?

Response (DALLI, JOHN)

Skond il-ħtieġa, l-Gvern għandu ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea li jista’ jillimita l-ħrug tal-liċenzji, iżda s’issa għad ma hemmx deċiżjoni fuq liema setturi tan-negozji għandu jkun hemm limitazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji, u dan għaliex id-deċiżjoni biex ikun hemm limitazzjoni tal-liċenzji ma hemmx bżonn li ssir minn issa.

UE — Standards ambjentali

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi studji jew kalkoli saru meta l-gvern Malti ddetermina li Malta tista' tiffranka bejn 24m euro u 130m euro jekk tapplika l-istandards ambjentali tal-UE?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju li qed jirreferi għalih, jiġifieri “The Benefits of Compliance with the Environmental Acquis for the Candidate Countries” inħadem mill-Kummissjoni Ewropea għal kull pajjiż kandidat u jinstab fuq il-link http://europa.eu.int/comm/environment/enlarg/benefit_en.htm. Dan l-istudju jispjega fid-dettal kif ic-cifra ta’ bejn 24m u 130m euro ġiet maħduma.
Leg 10 PQ #910 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

MEUSAC — Importazzjoni ta' mediċini

Question

Billi kien hemm xi korpi kostitwiti ewlenin li kienu kontra l-parallel importation, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-MEUSAC kienx hemm reazzjoni kuntrarja għad-deċiżjoni tal-UE li tesiġi li l-parallel importation tal-mediċini hija permessa wara s-sħubija ta' Malta fl-UE bil-għan li jkun hemm kompetizzjoni akbar u prodotti irħas?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala regola ġenerali il-parallel importation ilu permess f'Malta is-snin twal u dan bis-saħħa ta' deċiżjonijiet tal-Qrati tagħna fuq din il-materja. Fir-rigward tal-mediċini nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-minuti tal-laqgħat tal-MEUSAC dwar il-Moviment Ħieles tal-Prodotti kif ukoll dik dwar il-Kompetizzjoni, ma jirriżultax li kien hemm korpi kostitwiti li riedu jirreġistraw l-oġġezzjoni tagħhom, jekk kellhom, fil-minuti relattivi.

Company tax

Question

Fid-dawl tad-deċiżjoni ta' diversi pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant li se jissieħbu fl-UE is-sena d-dieħla li jbaxxu l-corporate tax tagħhom għall-medja ta' 18%-19%, jista' il-gvern Malti jgħid għandux xi pjani biex ibaxxi l-company tax Maltija sabiex ma nitilfux il-kompetittivita' tagħna fit-tfittxija ta' investiment dirett barrani ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-preżent ma jeżistux pjani biex il-Gvern Malti jbaxxi l-company tax Maltija għalkemm inkunu qegħdin nieħdu nota ta' dak li jiġri madwarna. Il-Business Promotion Act fiha dispożizzjonijiet adegwati biex Malta ma titlifx il-kompetittivita’ tagħha fit-tfittxija ta’ investiment barrani.