Legislature:
Category:
Reset
Active:

Allowance għall-persuni b'diżabilita'

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2065, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jirriżultax li effettivament kien hemm tnaqqis fid-disability allowance li qed jirċievu l-ġenituri tat-tifel konċernat, nirriferih għar-regolamenti dwar payment of DCA li jgħid li the rate of Lm5 per week for every disabled child is paid if the highest income is less than Lm9,270 whilst on the other hand if the highest income is more than Lm9,270, rate is worked out by considering 6.5% of the difference from Lm13,270 and Lm9,270? This rate is payable for every disabled child? Jista' il-Ministru jikkonferma dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jinforma l-persuna konċernata li għal aktar dettalji dwar il-każ personali tagħha għandha tavviċina lill-uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’.
Leg 10 PQ #2078 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Visa abolition agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-visa abolition agreement ma' l-Albanija ġiex irratifikat miż-żewġ partijiet konċernati?

Response (BORG, JOE)

Nassumi li l-visa abolition agreement li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa l-ftehim bilaterali li reċiprokament jeżenta biss it-titulari ta' passaport diplomatiku mill-bżonn ta' visa. Attwalment, il-Ftehim ġie rratifikat miż-żewġ naħat u daħal fis-seħħ fil-11 ta' Settembru tal-2003.

Vapuri tan-NATO

Question

B'riferenza għaż-żjara riċenti tal-vapuri tan-NATO li ġew berthed fejn soltu jiġu berthed il-cruise liners, bil-konsegwenza li wieħed mill-cruise liners kellu jiġi berthed f'post skomdu ħafna għall-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni li l-berthing tal-vapuri sarx fejn sar kenitx fuq deċiżjoni unilaterali tal-gvern? Jista' jgħid jekk il-Malta Maritime Authority kenitx involuta fit-teħid tad-deċiżjoni tal-berthing?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li flotta ta' seba' bastimenti navali li jiffurmaw parti mis-STANAVFORMED żaru l-Port il-kbir bejn l-10 u t-12 t'Ottubru 2003. Kien meħtieġ li dawn il-bastimenti jkunu rmiġġjati flimkien ma' moll. Skond evalwazjoni tal-parametri tal-bastimenti, kif kienu magħrufa waqt li kien qed jiġi ppjanat l-irmiġġ tagħhom, rriżulta li mhux kollha setgħu joqogħdu ma' tul id-Deep Water Quay. Bl-iskop li jiġu akkomodati l-bastimenti kollha li kien ser ikun hemm fil-port matul dawn il-jiem, id-Direttorat tal-Portijiet ħa l-inizjattiva sabiex jinbidel l-irmiġġ ta' numru ta' bastimenti. Fil-fatt kull meta fil-port ikun hemm iktar minn tlett vapuri, id-Deep Water Quay ikollu jintuża wkoll. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien numru ta' Cruise Liners ikollhom jirmiġġjaw id-Deep Water Quay minħabba domanda qawwija. Fil-fatt kull meta fil-port ikun hemm iktar minn tlett vapuri, id-Deep Water Quay ikollu jintuża wkoll.
Leg 10 PQ #2275 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Nordic-Mediterranean seminar on regional co-operation

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li se jsir Nordic-Mediterranean seminar on regional co-operation f'Malta kmieni s-sena d-dieħla? In-Nordic council se jkollu sehem fih? Liema organizzazzjoni se tieħu ħsieb il-parti tal-Mediterran?

Response (BORG, JOE)

Bħalissa għaddejjin taħdidiet mill-Ministeru tiegħi man-Nordic Council fuq proposta illi tiġi organiżżata laqgħa dwar il-Mediterran ġewwa Malta. Ħija prevista l-parteċipazzjoni ta' diversi pajjiżi mir-reġjun. Kull delegazzjoni illi tiddeċiedi li tipparteċipa ser tagħmel dan fuq bażi nazzjonali.
Leg 10 PQ #2276 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Euro Mediterranean Foundation

Question

Jikkonferma l-Ministru li bħalissa pajjiżna qed jagħmel lobbying intensiv biex jospita l-Euro Mediterranean Foundation?

Response (BORG, JOE)

Malta, kif ukoll l-Eġittu u l-Italja, huma l-kandidati li s'issa ddikjaraw l-interess tagħhom sabiex jospitaw il-"Euro Mediterranean Foundation for a Dialogue on Cultures". Bħal kandidati l-oħra, Malta qegħda fil-proċess illi tinforma l-membri kollha tal-Proċess Ewro-Mediterranju bil-kredenzjali tagħha, u feħsiebha tagħmel ħilitha kollha biex ikollha suċċess f'din il-kandidatura, bħalma żgur ser jagħmlu l-kandidati l-oħra.
Leg 10 PQ #2277 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Żjara fi Franza

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien l-iskop taż-żjara riċenti tagħha fi Franza? Min kienu l-membri tad-delegazzjoni tagħha? Meta saret u ma min iltaqgħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill­Onorevoli Interpellant li jiena flimkien mas­Segretarju Permanenti fil­Ministeru għal Għawdex attendejna l­Assemblea Ġenerali tal­Konferenza tar­Reġjuni Periferali u Marittimi ta' l­Ewropa u laqgħat tal­Kummissjoni Inter­Mediterranja u tal­Kummissjoni tal­Gżejjer Ewropej. Kelli wkoll laqgħat oħra ma' mexxejja ta' gżejjer ewropej dwar proġett ta' benchmarking tas­servizzi tas­Saħħa u tal­Kura ta' l­Anzjani, proġett li kont ipproponejt jiena fil­laqgħa tal­Kummissjoni tal­Gżejjer li kienet saret f'Orkney f'Mejju tas­sena l­oħra u dwar proġett iehor ta' koperazzjoni fost il­gżejjer għal titjib fit­tmexxija ta' żvilupp sostenibbli tal­gżejjer. Id­delegazzjoni telqet minn Malta fl­10 ta' Settembru u rritornat fl­14 ta' Settembru 2003.
Leg 10 PQ #2278 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħames Protocol finanzjarju Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm proġetti li diġa' ġew approvati għall-finanzjament ġaladarba jiġi fis-seħħ il-ftehim tal-Ħames protocol finanzjarju ma' l-Italja? Jista' jgħid x'jikkonċernaw?

Response (BORG, JOE)

Il-ħames protokoll finanzjarju jipprovdi għall-attwazzjoni ta' tlettax-il proġett li ġew identifikati bi qbil bejn il-Gvernijiet ta' Malta u ta' l-Italja. Dawn huma s-segwenti: - Fil-qasam infrastrutturali hemm il-proġett għall-moderniżżazzjoni tat-toroq u bini ta' impjant għat-tisfija tad-drenaġġ; - Fil-qasam edukattiv u kulturali hemm il-finanzjament tal-Kattedra Taljana għall-istudji Mediterranji u Ewropej fl-Universita' ta' Malta, boroż ta' studju għal studenti Maltin fl-Italja, riabilitazzjoni tal-Orgni tas-seklu sittax li jinstab fil-Kon-Kattidral ta' San Gwann u restawr tal-Kappella tal-Lingwa Taljana ġewwa l-istess Kon-Kattidral; - Fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent hemm sistema ġdida ta' inċinerazzjoni għall-biċċerija; - Fil-qasam ta' l-ikel u s-saħħa hemm żewġ proġetti wieħed li jipprovdi għall-ipproċessar tal-laħam u l-ieħor għall-gradazzjoni u magazzinaġġ ta' prodotti f'temperatura kiesħa; - Fil-qasam tas-sorveljanza marittima hemm proġett għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet Maltin f'dan is-settur; - Fl-aħħarnett, fil-qasam tas-saħħa hemm tliet proġetti, wieħed li jipprovdi għall-installazzjoni ta' tagħmir u servizzi oħra għall-isptar Mater Dei, ieħor għall-akkwist ta' sistema informatika għall-istess sptar u proġett ta' riċerka fil-qasam tas-saħħa u inkapaċita' mentali.

Telecommunications Link

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex ikollna Telecommunications Link addizjonali billi gżejjer oħrajn fil-baħar ta' madwarna kollha għandhom multiple links li tikkonnettjahom ma' l-Ewropa u l-Afrika ta' fuq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-Gvern jemmen li m'għandux jintervjeni f'oqsma tas-setturi tat-telekomunikazzjoni fejn ma jidhirx li hemm falliment tas-suq. Mill-bidu ta' din is-sena l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni awtoriżżat lil Vodafone (Malta) Ltd, Mobisle Communications Ltd, Technivest Ltd, SITA, Globe Wireless u Global Communications Ltd. biex joperaw sistemi ta' komunikazzjoni u jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjoni għall-pajjiżi oħra. Il-Vodafone (Malta) Ltd jippjanaw li sa nofs is-sena d-dieħla is-sistema ta' fibra ottika li se jpoġġu bejn Malta u Sqallija tkun funzjonanti. Madankollu l-Awtorita' għamlet analiżi biex tidetermina x'jista jsir min-naħa tal-Gvern f'kas li ma jkunx hemm biżżejjed kapaċita' ta' konnettivita' pprovduta mis-suq.
Leg 10 PQ #2073 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur Malti għall-Iżrael — Taħdidiet ma' uffiċjali tal-MLP

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga informazzjoni li għandi li l-ambaxxatur Malti akkreditat għall-Iżrael Dr Abraham Borg irrapporta f'mod skorrett taħdidiet li allegatament kellu ma uffiċjali tal-MLP dwar il-leadership tal-Partit Laburista Malti f'kommunikazzjoni uffiċjali li kellu mal-ministeru tiegħek?

Response (BORG, JOE)

L-Ambaxxatur Malti għall-Iżrael ma kellu ebda taħdidiet ma' uffiċċjali tal-MLP u ma għamel ebda rapport dwar il-leadership tal-partit Laburista Malti f'komunikazzjoni uffiċċjali li kellu mal-Ministeru.
Leg 10 PQ #2074 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

FAO — Impjegati Maltin

Question

Fil-preżent kemm hemm ċittadini Maltin jaħdmu mal-FAO?

Response (BORG, JOE)

L-istituzzjonijiet fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti jdaħħlu l-impjegati tagħhom mingħajr l-ebda konsultazzjoni ma' l-istati membri tagħhom. Iċ-ċittadini ta' l-istati membri ta' dawn l-istituzzjonijiet li jkunu jixtiequ japplikaw biex jimlew il-vakanzi disponibbli jagħmlu dan direttament, u l-istat li tiegħu ikunu ċittadini ma jkollu l-ebda nformazjoni dwar dawn l-applikazzjonijiet. Għaldaqstant ma ninsabx f'pożizzjoni li nagħti lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #2075 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur Malti għall-Iżrael — Proġett ta' waste management

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-ambaxxatur Malti għall-Iżrael Dr. Abraham Borg kellu taħdidiet ma' ex mibgħut speċjali Iżraelit għall-Federazzjoni Russa dwar il-fattibilita' ta' proposti ta' proġett ta' waste management li l-Gvern Malti kien irċieva mingħand esperti Russi?

Response (BORG, JOE)

L-Ambaxxatur Malti għall-Iżrael kellu taħdidiet ma' ex-mibgħut speċjali Iżraeljan għall-Federazzjoni Russa dwar il-fattibilita' ta' proposti ta' proġett ta' Waste Management. L-Ambaxxatur Malti kien iddiskuta il-problema ta' l-iskart informalment fix-xhur li għaddew u kien irċieva xi informazzjoni fuq it-teknoloġija involuta. Fiż-żjara tiegħu ġewwa l-Iżrael ta' ftit ġimgħat ilu l-Ambaxxatur reġa' qajjem dan is-suġġett. Skond ma ntqal lill-Ambaxxatur, dan il-proġett ta' Waste Management ġie ippreparat minn esperti Russi illum residenti ġewwa l-Iżrael. Il-Gvern Malti qatt ma rċieva proposti għal dan il-proġett ta' Waste Management mingħand esperti Russi.
Leg 10 PQ #2076 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Double taxation agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex double taxation agreement ma' l-Iżrael? Jekk le, x'qed iżomm ftehim simili milli jintlaħaq?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li Malta għad m'għandhiex (avoidance of) double taxation agreement ma' Iżrael. Il-proposta formali biex jiġi nnegozjat tali ftehim bilaterali saret minn Malta fl-2000 iżda minkejja diversi noti min-naħa ta' Malta u kuntatti diplomatiċi, il-proposta għadha ma ġġenerat l-ebda reazzjoni minn Iżrael.
Leg 10 PQ #2077 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Maltin li jagħmlu xogħol volontarju fl-Albanija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Maltin li jkunu qed jagħmlu xogħol volontarju fl-Albanija jenħtieġux residents permit mill-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż? Jekk iva, x'inhi l-proċedura biex dan iseħħ?

Response (BORG, JOE)

Sallum, il-Maltin li jagħmlu xogħol volontarju fl-Albanija ma jinħarġilhomx residents permit mill-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż iżda visa għal żmien limitat li ma tippermettilhomx dħul u ħruġ liberu mill-pajjiż mingħajr ma jiġu ntaxxati, anke meta joħorġu mill-pajjiż għal ftit siegħat. Għaldaqstant l-Ambaxxata ta' Malta għall-Albanija irranġat ma' l-Awtoritajiet Albaniżi sabiex jinħarġu residence permits għal perjodu ta' sena biex min qed jagħmel xogħol siewi ta' volontarjat ikollu liberta' jidħol u joħroġ mill-Albanija mingħajr ma jiġi ntaxxat. L-Ambaxxata ta' Malta diġa ġabret id-dokumenti neċessarji mingħand il-Maltin li jaħdmu fl-Albanija għal dan il-għan. Bi ftehim ma' l-Ambaxxata Albaniża, dawn id-dokumenti sejrin jintbagħtu lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ġewwa Tirana għall-ħruġ tal-permessi neċessarji.
Leg 10 PQ #1940 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

World Heritage Fund — Ħlas tas-sħubija

Question

Huwa minnu li l-ministeru tiegħek ġibed l-attenzjoni tal-Ministeru taż-Żgħażagħ u Kultura li dewmien fil-ħlas tas-sħubija fil-World Heritage Fund seta' wassal biex nitilfu l-voting rights tagħna fil-World Heritage Committee dan ix-xahar? Il-pożizzjoni ġiet regolarizzata?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li l-Ministeru tiegħi ġibed l-attenzjoni tal-Ministeru konċernat dwar il-ħtieġa tal-ħlas malajr tal-kontribuzzjoni ta' Malta għall-World Heritage Fund.
Leg 10 PQ #1941 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Commonwealth Secretariat — Digital divide initiative

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħditiet li żamm il-ministeru tiegħu mal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment f'Settembru li għadda sabiex il-Commonwealth Secretariat jiġi mħajjar jippromwovi d-digital divide initiative permezz ta' programmi li Malta kienet beħsiebha tniedi?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq nippreċiża li fil-laqgħa li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant fiha ħadu sehem uffiċċjali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, tal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjonu u Investiment u tal-MITTS, ġiet diskussa l-parteċipazzjoni tal-Ministru tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment matul Konferenza tal-Ministri responsabbli mit-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni tal-Commonwealth, li kienet maħsuba ssir f'Londra f'Novembru li ġej. Waqt id-diskussjoni, xi uffiċċjali li attendew għal din in-laqgħa ġew inkarigati sabiex ifasslu l-punti li setgħu jitressqu fl-intervent ministerjali fil-Konferenza ta' Londra. Sussegwentement, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ġie nfurmat mis-Segretarjat tal-Commonwealth li l-Konferenza ta' Londra ma kenitx se tinżamm.
Leg 10 PQ #1963 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE — Single Programming Document

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-single programming document 2004-2006 ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-abbozz tas-“Single Programming Document” (SPD) 2004-2006 ta’ Malta jinsab fuq il-“website” http://www.ppcd.gov.mt. L-abbozz ġie diskuss mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku. Dan l-abbozz qed jiġi diskuss mal-Kummissjoni Ewropea. L-għan hu li d-dokument jiġi ffinalizzat sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra CDs bl-SPD oriġinali li ġie mibgħut lill-Kummisjoni f’Mejju ta’ din is-sena.

North harbour local plan

Question

Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni meta mistenni jiġi finalizzat in-north harbour local plan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-North Harbours Local Plan huwa avvanzat ħafna u hu mistenni li jkun quddiem il-Board ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fi zmien qrib.
Leg 10 PQ #2022 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Vapuri tan-NATO

Question

B'riferenza għaż-żjara riċenti tal-vapuri tan-NATO li ġew berthed fejn soltu jiġu berthed il-cruise liners, bil-konsegwenza li wieħed mill-cruise liners kellu jiġi berthed f'post skomdu ħafna għall-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid jekk: a) id-deċiżjoni li l-berthing tal-vapuri sarx fejn sar fuq deċiżjoni unilaterali tal-gvern? b) kienx hemm talba speċifika minn xi ambaxxati barranin biex il-berthing sar fejn sar u jekk iva, jekk dan kienx minħabba konsiderazzjonijiet ta' sigurezza? c) kienitx involuta l-Malta Maritime Authority fit-teħid tad-deċiżjoni tal-berthing? d) ma jħossx il-gvern li mingħajr ma jagħmel ban fuq dawn iż-żjarat ta' vapuri ta' forzi militari barranin għandu jagħmel kif għamel gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 u jnaqqas il-frekwenza tagħhom minħabba l-image ħażina li konċentrament simili qed jagħti lil pajjiżna?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu (a) u (c) lill-Ministru konċernat. Dwar il-mistoqsija (b) ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma saritlu l-ebda talba f'dan is-sens minn ambaxxati barranin; jekk saritx talba lil xi ministru ieħor, m'inhix f'pożizzjoni nirrispondi, u għalhekk il-mistoqsija trid issir lill-Ministru konċernat. Dwar il-mistoqsija (d), ma naqbilx, bħalma qed jistqarr l-Onorevoli Interpellant li konċentrament ta' vapuri ta' Qawwiet Navali barranin qed joħloq image ħażina ta' pajjiżna. Jiena nfurmat li bejn is-snin 1996 - 1998, kienu fil-fatt żaru Malta 4 skwadri ta' vapuri (skwadra li tikkonsisti fi tliet vapuri jew iżjed). Lanqas ma jirriżultali, mill-informazzjoni li ngħatajt li, matul l-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998, kienu ttieħdu deċiżjonijiet sabiex titnaqqas il-frekwenza ta' dawn iż-żjarat. Fil-fatt, imkien ma nstabu annotamenti jew dokumenti li jikkonfermaw li uffiċċjalment ġew irrifjutati żjarat ta' vapuri navali li kienu ġew rikjesti permezz ta' Note Verbale. Il-Gvern se jibqa' miexi b'politika kostanti u soda fejn għandhom x'jaqsmu żjarat ta' vapuri navali fil-portijiet Maltin. Il-Ministri tal-Gvern kollha nvoluti f'din il-materja huma konxji mir-responsabbilta' li għandhom lejn il-poplu Malti kollu, u żgur mhumiex se jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra d-direttivi uffiċċjali, jew li jiżvantaġġjaw xi settur tas-soċjeta', jew li jipperikolaw s-saħħa taċ-ċittadini ta' pajjiżna.

Disapility allowance

Question

Ma jidirlhux il-Viċi Prim Ministru li hija inġustizzja soċjali li id-disability allowance titpoġġa għall-means testing bħall fil-każ taċ-childrens' allowance bħall ma jidher li ġara fil-każ ta' tifel ta' 15-il sena li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament b'diżabilita' permanenti li minħabba f'żieda marġinali fid-dħul ta' missieru inqatgħetilhom id-disability allowance minn tlett xhur l'hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultalix li twaqqfet l-Allowance għad-Diżabilita’ lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Infatti ninsab infurmat li l-persuna ndikata għadha tirċievi din l-allowance. Irrid ngħid ukoll li fil-fatt it-test tal-meżżi għall-Allowance għad-Diżabilita’ hu differenti u aktar vantaġġjuż għall-applikant minn dak li jsir fil-każ ta’ Allowance tat-Tfal u għalhekk m’hemm ebda inġustizzja soċjali. Waqt li fil-każ ta’ Allowance tat-Tfal id-dħul massimu tal-familja ma jridx jaqbeż Lm10,270 fil-każ ta’ l-Allowance għad-Diżabilita’ d-dħul ma jridx jaqbeż Lm13,270. Fil-kalkolazzjoni tad-dħul mill-impieg tal-ġenituri, fil-każ ta’ l-Allowance għad-Diżabilita’ jiġi kkunsidrat id-dħul mill-impieg ta’ ġenitur wieħed biss, dak l-aktar għoli, u mhux id-dħul miż-żewġ impiegi bħal ma jiġri fil-każ ta’ l-Allowance tat-Tfal.
Leg 10 PQ #1934 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħatra ta' First Counsellors

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li qed isiru tħejjijiet biex isiru erba' First Counsellors fil-Ministeru, u li fost dawk li qed jissemmew li se jsiru hemm uħud li kienu jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru, oħra li għadha taħdem fis-segretarjat tal-Ministru u uffiċjal ieħor li għandu missieru b'kariga għolja ħafna fis-Servizz Pubbliku?

Response (BORG, JOE)

Niskanta kif l-Onorevoli Interpellant diġa' jaf l-ismijiet ta' min se jingħażel biex jilħaq First Counsellor, meta l-proċess biex jimtlew il-vakanzi ta' din il-kariga fil-Klassi Diplomatika għadu f'fażi tassew preliminari, tant li lanqas għadha biss ħarġet is-sejħa għall-applikazjonijiet. L-osservazzjonijiet li qed jagħmel l-Onorevoli Membru f'dan ir-rigward għaldaqstant inqishom mhux biss spekulattivi (huwa stess juża l-kliem "qed jissemmew li se jsiru"), iżda li jistgħu joħolqu ferment bla bażi fost il-kandidati kollha li jista' jkunu eliġibbli. Żgur li s-serjeta' u sens ta' etika li għandu kull Membru ta' din il-Kamra jirrikjedi li mistoqsijiet ta' dan it-tip m'għandhomx isiru.