Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3316 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Extradition agreement bejn Malta u l-Eġittu

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet ma' l-Eġittu dwar extradition agreement bejn iż-żewġ pajjiżi?

Response (BORG, JOE)

Malta u l-Eġittu jaqblu li ftehim ta' estradizzjoni huwa importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalita'. It-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat bdew is-sena li għaddiet u għandhom jitkomplew fiż-żmien li ġej bil-ħsieb li jiġi konkluż dan il-ftehim.
Leg 10 PQ #3318 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

SAS Snowflake — Titjiriet diretti lejn Malta fuq bażi scheduled

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-low fare subsidiary tal-SAS Snowflake se tibda titjiriet diretti lejn Malta fuq bażi scheduled minn Copenhagen minn Marzu li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa ippjanat li SAS Snowflake se tibda titjiriet diretti lejn Malta minn Copenhagen darba fil-gimgħa mis-sena d-dieħla bejn April u Ottubru.
Leg 10 PQ #3319 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Stedina għal żjara f'Algericas

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li l-AFM ma laqgħetx stedina tal-Guardia Civilia Spanjola biex iżżur Algericas minħabba nuqqas ta' fondi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li uffiċjali tal-Forzi Armati ġa żaru Algeciras, Spanja. Fondi biex issir iż-żjara msemmija kien hemm iżda l-Forzi Armati ma laqgħux stedina oħra minn kumpanija privata għal skop kummerċjali.

Linji ta' l-ajru Ewropej

Question

Fid-dawl tal-fatt li nhar it-12.06.03 il-kummissarju Ewropew Frits Bolkestein kiteb lis-segretarju Amerikan għall-Homeland security fejn esprima id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw linji ta' l-ajru Ewropej biex jiġu konformi mal-ħtieġijiet Amerikani dwar tagħrif konness ma' PNR data sabiex jiġu megħluba possibbiltajiet ta' theddid għall-qasam ta' l-avjazzjoni, fejn sussegwentement il-kummissarju Ewropew esprima l-fehma li hemm dubji kbar jekk dan il-qafas Amerikan imurx kontra l-ħtieġijiet legali Ewropej ta' ħarsien adegwat tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari artiklu 15 tad-direttiva Ewropea dwar data protection, kif ukoll artiklu 8 tal-EU charter of fundamental rights, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux jew ħax pożizzjoni dwar din l-issue għalkemm din sal-lum torbot lill-pajjiżi membri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-ħtiġijiet Amerikani dwar tagħrif koness ma' PNR data hija l-istess bħal dik meħuda mill-Kummissjoni Ewropeja, jiġifieri illi dan it-tagħrif għandu jkun konformi ma' l-liġijiet tad-data protection ta' l-EU.
Leg 10 PQ #3166 Sitting 67 2003-12-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ECDL test centres

Question

Għalkemm l-ECDL test centres jaqgħu taħt l-ICT division tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, jista' il-Ministru jgħid jekk qatt kien hemm ħsieb illi permezz ta' intervent mill-Ministeru tal-IT jinstab mezz kif jistgħu jagħtu input f'dan l-eżerċizzju l-officially accredited test centres privati for ECDL minħabba li dawn qed iħossu ruħhom żvantaġġjati minħabba fit-test centres li jipprovdu tests simili fit-test centres ta' l-istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni juża diversi laboratorji li diġa' jeżistu fl-iskejjel sekondarji bħala 'ECDL Test Centres' u għaldaqstant m'hemmx il-ħtieġa li jintużaw 'test centres' privati.

Computers immuntati Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-MITTS dwar xiri ta' computers immuntati Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

MITTS Ltd ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn computers immuntati Malta u computers importati sakemm dawn jissodisfaw l-ispecifications mitluba. Il-MITTS Ltd tuża it-tender 334-2000 għax-xiri ta' ħafna mill-computers li ikollha bżonn.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l -Informazzjoni — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2628 u 2740, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Drydocks/Malta Shipbuilding — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 2743 u cioe' jista' jgħid kemm hemm ħaddiema taż-żewġ tarznari li huma preżentement mislufa lill-:- a) ministeri; b) dipartimenti tal-gvern; c) kumpanniji parastatali; d) awtoritajiet? Jista' jagħti breakdown ta' dan b'riferenza għall-grades li għandhom? Kemm minnhom jagħmlu parti mid-900 impjegat li mhux se jibqgħu fuq il-kotba tat-tarzna?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Power Station tal-Marsa — Pollution emission report

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 2711 u cioe' jista' jgħid jekk f'dawn l-aħħar snin sarx xi pollution emission report dwar il-power station tal-Marsa? Jekk iva, jista' jqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra u/jew għall-inqas jippubblika executive summary tal-konklużjonijiet tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li f'Marzu ta' l-2003 sar rapport kif rikjest mir-Regolamenti dwar 'Integrated Pollution Prevention and Control', u mgħoddi lil MEPA. Is-Sezzjoni tar-rapport li tittratta dwar il-Power Station tal-Marsa qed titqiegħed fuq il-mejda.

Kumpanniji parastatali — Human resource audit

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 2832 u cioe' il-gvern qatt għamel human resource audit tal-kumpanniji parastatali?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-gvern qatt ma għamel human resources audit tal-kumpaniji parastatali. Pero għandna nformazzjoni li matul is-snin, diversi azjendi parastatali għamlu eżerċizzji u audits fuq human resources.
Leg 10 PQ #2977 Sitting 62 2003-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU/NATO Crisis Management Military Exercise — Sehem ta' Malta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2820 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid x'se jkun is-sehem limitat ta' Malta fil-joint EU/NATO Crisis Management Exercise militari tad-19-25/11/03 minħabba li se jintużaw NATO Assets and Capabilities? Jista' jagħti dettalji dwar il-Fictitious Crisis Scenario li se jkun il-bażi ta' dan l-eżerċizzju?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1773 u 2673, ninfurmah li s-sehem ta’ Malta fl-eżerċizzju jikkonsisti fi twaqqif ta’ żewg ċelloli, waħda fl-Ambaxxata Maltija fi Brussell u l-oħra fi ħdan l-“EU Directorate”. Xogħol dawn iċ-ċelloli hu ta’ “liaison” u kollegament u biex isegwu dak li jkun qiegħed iseħħ waqt l-eżerċizzju. Irrid ngħid li dawn l-eżerċizzji ma jinvolvux truppi iżda huma mmirati biex jittestjaw is-sistemi ta’ kollegament u koperazzjoni li l-UE qegħda toħloq fir-rigward ta’ “Crisis Management Operations”. Ix-xenarju għal dan l-eżerċizzju ġie żviluppat skond il-prinċipji tal-“UN Charter” u jgħin biex jiġu kkunsidrati diversi “options” ta’ “crisis management operations”. L-eżerċizzju jiffoka fuq l-azzjoni li trid tittieħed qabel wieħed jiddeċiedi li jagħmel intervent bit-truppi.
Leg 10 PQ #2928 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Laqgħa ta' l-OSCE għall-esperti tal-pulizija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2683 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jgħid jekk huwiex minnu li ħadd ma attenda minn naħa Maltija għal-laqgħa tal-OSCE għall-police experts?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minħabba impenji u prijoritajiet oħra il-Pulizija ma setgħetx tattendi għall-laqgħa tal-OSCE.
Leg 10 PQ #2935 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Linji ta' l-ajru Ewropej

Question

Fid-dawl tal-fatt li nhar it-12.06.03 il-kummissarju Ewropew Frits Bolkestein kiteb lis-segretarju Amerikan għall-Homeland security fejn esprima id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw linji ta' l-ajru Ewropej biex jiġu konformi mal-ħtieġijiet Amerikani dwar tagħrif konness ma' PNR data sabiex jiġu megħluba possibbiltajiet ta' theddid għall-qasam ta' l-avjazzjoni, fejn sussegwentement il-kummissarju Ewropew esprima l-fehma li hemm dubji kbar jekk dan il-qafas Amerikan imurx kontra l-ħtieġijiet legali Ewropej ta' ħarsien adegwat tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari artiklu 15 tad-direttiva Ewropea dwar data protection, kif ukoll artiklu 8 tal-EU charter of fundamental rights, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux jew ħax pożizzjoni dwar din l-issue għalkemm din sal-lum torbot lill-pajjiżi membri?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

State aid monitoring board

Question

L-istate aid monitoring board jista' jgħid x'inhuma s-sectoral u ad hoc state aids bħala persentaġġ tal-GDP?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa stmat li l-persentaġġ tas-sectoral u ad hoc state aids huwa ta' madwar 4%.

Investment registration scheme — Reġistrazzjoni ta' fondi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati fondi taħt l-investment registration scheme li għalqet nhar il-15.11.03 u kemm ġew ripatrijati flus lura lejn pajjiżna taħt din l-iskema? Il-Ministru ma jħossx li għandu jagħti t-tagħrif sħiħ dwar l-iskema preċedenti ġaladarba dan it-tagħrif diġa' ingħata fl-IMF report on Malta ta' ftit xhur ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-formoli li ġew sottomessi taħt l-Investment Registration Scheme li għalqet nhar il-15 ta' Novembru 2003 għadhom qiegħdin jiġu pproċessati u għaldaqstant il-Bank Ċentrali għadu m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti l-figuri mitluba. It-tagħrif sħiħ dwar l-iskema preċedenti ingħata waqt Seduta Nru 868 tal-11 ta' Frar 2003 fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38487.

GDP — Statistika

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa mifhum li l-istatistika tal-GDP per capita fuq bażi tal-PPS se tiġi in line man-normi Ewropej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Eurostat qegħdin jippjanaw illi jippubblikaw il-GDP per capita fuq bażi tal-PPS u skond in-normi Ewropej f’Diċembru li ġej.

Female participation rate

Question

Il-gvern qiegħed jikkontempla xi miżuri konkreti biex iżid il-female participation rate fl-ekonomija tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dan il-Gvern diġa’ ħa passi konkreti biex tiżdied ir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol, fosthom billi ħoloq qafas ġdid leġislattiv li jipprovdi diversi miżuri maħsuba biex tiżdied din il-parteċipazzjoni billi jgħinu lin-nisa jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u biex jeliminaw id-diskriminazzjoni bejn is-sessi. Il-Gvern ħa passi wkoll biex jirriforma s-sistema tat-taxxa biex inaqqas il-piż tat-taxxa fuq id-dħul fejn il-mara u r-raġel ikunu jaħdmu t-tnejn. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għad-dokument Gender Equality Action Plan 2003-2004, ippubblikat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, li jelenka diversi miżuri oħra maħsuba biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-kamp tax-xogħol.