Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3314 u cioe' jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Jikkonferma l-Ministru li l-Ministeru kien ġie infurmat mill-Forzi Armati ta' Malta li minħabba limitazzjonijiet finanzjarji ma kienux f'qagħda li jaċċettaw stedina tal-guardia civil Spanjola biex iżuru Algericas?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija kważi identika Numru 3319 magħmula minnu lill-Onorevoli Prim Ministru u li ġiet imwieġba fis-Seduta Parlamentari numru 73 tad- 9 ta' Diċembru 2003.
Aġġustamenti fil-pensjonijiet — Ex ħaddiema tal-Continential Cars
Question
Jista' il-Ministru jgħidu fiex waslu l-aġġustamenti fil-pensjonijiet ta' l-ex ħaddiema tal-Continental Cars Co?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali għaddej bi proċess ta’ reviżjoni ta’ pensjonijiet li jirriżultaw minn xi Ftehim Kollettiv ta’ l-organiżżazzjoni li kienu mpjegati magħha l-pensjonanti. Dan il-proċess jinkludi l-kumpannija li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Konslu Malti f'Iżrael — Taħditiet dwar is-sigurta' fl-MIA
Question
Jikkonferma l-Ministru li f'Ottubru l-konslu tagħna f'Iżrael flimkien ma' uffiċjali tas-sigurta' Iżraelita żaru l-MIA għal taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport?
Response (BORG, JOE)
Ntilob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat, ġaladarba din id-domanda tikkonċerna sigurta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt li għandha l-MITTS Ltd biex tipprovdi "international connectivity" fuq il-MAGNET huwa mal-Ministeru ta' l-Affarijist Barranin u mhux ma' l-Ambaxxati jew kummissjonijiet individwali, u konsegwentement nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin.
Stati Uniti — US Naval war college - symposium li attenda għalih il-brigadier ta' l-AFM
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien is-suġġett tas-symposium li l-Brigadier ta' l-Armata attenda fil-US Naval war college fl-Istati Uniti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li t-tema prinċipali tas-“symposium” li l-Brigadier ta’ l-Armata attenda fil-“US Naval College” fl-Istati Uniti kienet “International Maritime Strategy”.
(Tweġiba mogħtija: 10/12/03 AM)
(Seduta Numru: 75)
International organisation for migration — Sħubija ta' Malta
Question
Jikkonferma l-Ministru li Malta applikat biex tissieħeb fl-International organisation for migration? Meta applikat? Fiex waslet din it-talba?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li fis-7 ta' Ottubru 2003 il-Kamra tad-Deputati approvat riżoluzzjoni biex Malta ssir membru sħiħ fl-International Organisation for Migration, fil-15 ta' Ottubru 2003 jien ktibt lid-Direttur Ġenerali ta' l-IOM fejn issottomettejt l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' din l-organiżżazzjoni.
Din l-applikazzjoni ġiet diskussa fit-18 ta' Novembru 2003 meta ltaqgħet is-sitta u tmenin Sessjoni tal-Kunsill tal-IOM li unanimament qablet li Malta ssir il-102 membru ta' l-istess Organiżżazzjoni.
Din l-aħbar dehret fil-gażżetti lokali bi press release nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ISSP 2003-2005 ġietx ippubblikata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bhal plans ta’ qabel, l-“Information System Strategic Plan” 2003 – 2005 ghas-Servizz Pubbliku ma giex ippublikat. Hu mistenni li jitpogga fuq il-website tac-CIMU aktar ’il quddiem.
Jista' il-Ministru jgħid meta is-Sur David Casa inħatar segretarju esekuttiv tal-MEUSAC? Jekk għandu, kemm għandu ħlas għal dan ix-xogħol?
Response (BORG, JOE)
Is-Sur David Casa ġie appuntat Executive Secretary tal-MEUSAC mill-1 ta' Settembru 2003 cioe' minn meta l-MEUSAC ġie rikostitwit. Is-Sur Casa kien ġie ngaġġat bħala Inter Ministerial Coordinator on the European Union mal-Ministeru b'kuntratt iddatat 25 ta' Marzu 1999.
Il-ħlas li qed jingħata bħala Executive Secretary, MEUSAC huwa dak li kellu a bażi tal-kuntratt iddatat 25 ta' Marzu 1999 miżjud biss bl-aġġustamenti ġenerali li saru fir-rati tal-pagi minn dak inhar.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bord ta' konsulenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jitħallas il-board ta' konsulenti għall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?
Response (BORG, JOE)
Il-Bord ta' konsulenti għall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa kompost minn disa' persuna li, minbarra tnejn ser jirċievu honorarium ta' LM1,000 fis-sena kull wieħed.
Moska — Taħditiet bejn id-diriġenti tal-Kordin Grain company
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar it-taħditiet f'Moska bejn id-diriġenti tal-Kordin Grain company fir-Russja?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet esploratorji li saru f'Moska mid-diriġenti tal-Kordin Grain Company kienu riżultat ta' kuntatti diplomatiċi li saru mal-Kamra tal-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa li uriet l-interess tagħha fis-servizzi ta' din il-kumpanija. Wara li ġew identifikati uħud mir-Reġjuni Russi li potenzjalment jistgħu jesportaw qmugħ u ċereali, id-diriġenti Maltin marru Moska f'Settembru li għadda għal taħdidiet inizjali ma' rappreżentanti tar-Reġjuni u organiżżazzjonijiet interessati fil-faċilitajiet li toffri Malta għal ħażna ta' konsenji mmirati għar-riesportazzjoni. It-taħdidiet li seħħew għadhom mhux konklussivi.
Jikkonferma l-Ministru li l-ambaxxata Maltija f'Moska qed tfittex premises ġodda?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa rigward ir-rilokazzjoni ta' l-Ambaxxata Maltija f'Moska f'bini ieħor ilhom għaddejjin għal diversi snin. Iż-żewġ naħat qegħdin jinnegozjaw fuq din il-materja u hu mistenni li jintħlaħaq ftehim f'qasir żmien sabiex l-ambaxxata ta' Malta ikollha bini aktar adattat biex jaqdi il-funzjonijiet diplomatiċi u konsulari tagħha.
Konslu Malti f'Iżrael — Taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport
Question
Jikkonferma l-Ministru li f'Ottubru l-konslu tagħna f'Iżrael flimkien ma' uffiċjali tas-sigurta' Iżraelita żaru l-MIA għal taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Visa biex persuni ta' nazzjonalita' Maltija jkunu jistgħu jidħlu l-Libja
Question
Jikkonferma l-Ministru li minħabba l-prinċipju tar-reċiproċita', Malta ġiet mgħarrfa min-naħa Libjana li l-Maltin se jkollhom bżonn il-visa biex jidħlu fil-Libja mill-1 ta' Mejju?
Response (BORG, JOE)
Għalkemm il-Maltin ser ikollhom bżonn il-Visa biex jidħlu fil-Libja mill-1 ta' Mejju 2004, bħalma l-Libjani ser ikollhom bżonn il-Visa biex jidħlu f'Malta mill-istess data; matul iż-żjara tal-Prim Ministru Libjan f'Malta f'Ottubru li għadda, iż-żewġ naħat qablu li jkollhom taħdidiet sabiex jidentifikaw u jaqblu bejniethom kif l-aħjar tkun introdotta il-Visa bejn Malta u l-Libja mingħajr ma' tkun ta' xkiel għal kummerċ u t-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa l-ħsieb taż-żewġ naħat li tkun introdotta sistema effiċjenti ta' ħruġ ta' Visa li tista tinkludi wkoll il-Visa tat-tip multiple entry.
Hemm ukoll il-ħsieb li jkun hemm eżenzjoni mill-bżonn tal-Visa fir-rigward ta' uffiċċjali Governattivi u dawk diplomatiċi.
Jikkonferma l-Ministru li t-Tuneżini ma aċċettawx talba Maltija biex jiġi ffirmat ftehim dwar transfer of sentenced prisoners?
Response (BORG, JOE)
Għal diversi drabi, Malta urit ix-xewqa li jkollha taħdidiet mat-Tuneżija sabiex jintlaħaq ftehim għat-trasferimenti ta' persuni kkundannati. S'issa, l-awtoritajiet Tuneżini m'humiex qed iħossu l-ħtieġa għal ftehim bħal dan.
Il-Ministeru tiegħi qed ikompli jipprova li jinbdew taħdidiet sabiex jintlaħaq ftehim jew xi forma ta' arranġament ieħor dwar din il-materja.
Jista' il-Ministru jgħid min irrappreżenta lil Malta Enterprise fil-World trade centres association general assembly fl-Istati Uniti? X'kien l-eżitu ta' din iż-żjara?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise kienet rappreżentata mic-chairman tagħha Joe Zammit
Tabona. L-għan ta' din iż-żjara kien li jkompli fuq ix-xogħol biex jinstabu intraprendituri u investituri għall-proġett tal-Malta World Trade Centre.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxati li daħlu fi ftehim mal-MITTS għall-provvediment tal-LAN Requirements sabiex jiġu kkonnettjati mal-IT network tal-gvern?
Mediterranean academy of diplomatic studies — Chair in history of diplomacy
Question
Jikkonferma l-Ministru li l-Mediterranean academy of diplomatic studies qed tikkonsidra li twaqqaf chair in history of diplomacy li għandha tiġi msemmija għall-Hans-dieter Genscher?
Response (BORG, JOE)
Hemm proposta f'dan ir-rigward minn organiżżazzjoni Ġermaniża (ZEI - Centre for European Integration), li qiegħda tiġi studjata bejn iż-żewġ naħat.