Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma t-tliet kandidati li ġew nominati mill-Gvern Malti biex jiġu kkonsidrati għall-post ta' l-avukat G. Bonello bħala imħallef fl-EHCR la jtemm il-ħatra tiegħu fi tmiem Ottubru ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li f'taħditiet quadri partiti dwar l-immigrazzjoni llegali, Malta esplorat il-possibbilta' li tospita ċentru għall-operational co-ordination f'dan il-qasam?
Response (BORG, TONIO)
Nikkonferma li saret laqgħa f'Malta liema laqgħa kienet biss waħda esplorattiva. Laqgħa oħra hija ppjanata li terġa' ssir Malta. Din it-tieni laqgħa ser issir proprju bl-iskop li kull pajjiż jesplora x'jista jkun il-kontribut partikolari tiegħu.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija dwar is-security fence Iżraelit f'territorju Palestinjan li l-Gvern Malti bagħat aktar kmieni din is-sena lill-International Court of Justice?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija dwar is-security fence Iżraelit f'territorju Palestinjan li l-Gvern Malti bagħat fit-tletin (30) ta' Jannar 2004, lill-International Court of Justice.
Fuq livell prattiku, jista' il-Ministru jgħid kif ser jiġi implimentat it-tħaddim tar-Reform Partnerships li kien hemm qbil dwarhom fil-Kunsill riċenti tal-UE sabiex ikun hemm ħidma ikkordinata bejn is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi fl-implimentazzjoni ta' l-hekk imsejħa Lisbon Strategy? X'inhuma l-benchmarks u l-mekkaniżmi li permezz tagħhom l-acceding countries u l-istati membri fl-UE se jiġu taħt l-iskrutinju intensifikat u l-hekk msejjaħ EU wide judgement għal record tagħhom biex jilħqu l-għanijiet ta' Lisbona?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Gvern Malti jaqbel ma' l-għanijiet ta' l-Istrateġija ta' Lisbona għax din tista' twassal għal aktar Kompetittivita' fl-Ewropa u għalhekk isaħħaħ l-istrutturi u s-setturi ekonomiċi ta' pajjiżna. M'hemmx dubju li dak li hemm preżentat f'din l-istrateġija jista' jimmaterjaliżża jekk ikun hemm impenn sħiħ mill-oqsma kollha ekonomiċi u soċjali ta' pajjiżna. Il-gvern qiegħed jistudja l-aħjar mod kif din tista' isseħħ mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni ta' attivitajiet u iniżjattivi relatati. Hija l-intenzjoni tal-gvern illi jinvolvi għal dan l-iskop il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija l-Onor. Interpellant jifhem illi sabiex wieħed jasal biex jilħaq l-iskopijiet aħħarija tal-Istrateġija ta' Lisbona ikun importanti wkoll li l-pajjiż mhux biss iħaddan politika fl-ispirtu ta' din l-istrateġija imma wkoll li jqabel permezz ta' benchmarking ma' dak li qiegħed isir f'pajjiżi oħra. Il-gvern ser jibqa f'kuntatt ma' l-Kumissjoni Ewropeja biex jiġi assigurat illi dak li qed jaspira l-pajjiż jintlaħħaq.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 5062 u cioe' jista' jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern dwar l-istamperija Interprint? Hemm xi ħsieb li din tiġi privatizzata u jekk iva, hemmx xi żviluppi f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu bil-ħsieb li jbiegħ il-kumpanija Interprint Ltd.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25920 tal-15.05.01 li kienet ġiet imwieġba nhar it-30/05/01, jista’ il-Ministru jgħid min huma l-periti li joperaw id-ditta Design Resources?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi d-ditta Design Resources tikkomprendi l-periti: Robert Sant, Etienne Magri u Lino Cachia.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi possibbiltajiet li jiġi stallat lift fi block A3, Ta' Xbiex housing estate minħabba li hemm persuni anzjani jgħammru fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma ġiet sottomessa ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Il-possibilita' li jiġi nstallat lift fil-blokk indikat tiġi kkunsidrata wara li ssir l-applikazzjoni meħtieġa taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti li Malta tiġi magħżula għall-Euro Med Foundation for Dialogue between Cultures?
Response (DALLI, JOHN)
Malta wriet l-interess, flimkmien ma' l-Italja, Ċipru u l-Eġittu / Svezja, li tospita din il-Fundazzjoni. Id-diskussjonijiet bejn il-pajjiżi kollha ta' l-EuroMed dwar liema waħda mill-kandidaturi mressqa għandhom jagħżlu għadhom għaddejjin. Deċiżjoni finali għandha tittieħed fil-Konferenza Ministerjali ġewwa Dublin li se titlaqqa' fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li f'taħditiet quadri partiti dwar l-immigrazzjoni llegali, Malta esplorat il-possibbilta' li tospita ċentru għall-operational co-ordination f'dan il-qasam?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid min huma t-tliet kandidati li ġew nominati mill-Gvern Malti biex jiġu kkonsidrati għall-post ta' l-avukat G. Bonello bħala imħallef fl-EHCR la jtemm il-ħatra tiegħu fi tmiem Ottubru ta' din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jikkonferma l-Ministru li l-Gvern Arġentin ipprotesta mal-Gvern Malti talli Malta ħadet sehem f'livell parlamentari f'konferenza tas-CPA fil-gżejjer Falklands?
Response (DALLI, JOHN)
Nikkonfermali l-Gvern Arġentin bagħat żewġ Noti Verbali, fil-5 ta' Frar u fid-19 ta' Marzu 2004, fejn wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li Malta, flimkien ma' bosta pajjiżi oħra tal-Commonwealth, ħadet sehem f'livell parlamentari f'Konferenza tal-Commonwealth Parliamentary Association fil-Gżejjer Falklands. Din il-korrispondenza ntbagħtet fil-kuntest tad-disputa legali bejn l-Arġentina u l-Ingilterra għas-sovranita' ta' dawn il-gżejjer.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Confidential registry
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġi upgraded il-confidential registry fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin f'Malta u Brussels skond l-EU standards li hemm fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Ix-xogħol infrastrutturali fil-Confidential Registry tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' Investiment ikun kollu lest din il-ġimgħa. Sadattant, xi apparat u tagħmir tas-sigurta' li ġie ordnat diġa' se jkun installat fil-ġimgħat li ġejjin. Uffiċċjali tal-Kummissjoni li żaru Malta l-ġimgħa l-oħra iċċertifikaw li huma sodisfatti bix-xogħol li sar.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-pjan unilaterali tal-Prim Ministru ta' Iżrael li jirtira mill-Medda ta' Gaza u minn partijiet tax-Xatt tal-Punent filwaqt li jibqa' iżomm kontroll strateġiku ta' partijiet mix-Xatt tal-Punent, mingħajr ma jirrikonoxxi l-obbligu li jirtira għall-fruntieri ta' qabel l-1967 kif ukoll li jgħarraf id-drittijiet tal-Palestinjani bħala rifuġjati għar-right of return?
Response (DALLI, JOHN)
Malta taqbel ma' l-istqarrija maħruġa mill-Presidenza Ewropea wara l-laqgħa Informali tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea (UE) li saret Tullamore, l-Irlanda fis-16 ta' April 2004.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm allokati flus għal refunds ta' l-income tax matul din is-sena finanzjarja? Kemm minn dawn se jmorru lura għas-sena 1997 u qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont allokat għar-“refunds” ta’ l-“income tax” fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena finanzjarja huwa ta’ tlett miljun lira. Dan l-ammont se jmur kollu għall-ħlas ta’ parti mir-“refunds” ta’ taxxa dovuti sas-sena 1997. “Refunds” għas-snin sussegwenti jitħallsu mill-istess dħul ta’ “income tax” li jinġabar matul din is-sena.
Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Żjara fil-Libja
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu taż-żjara riċenti tiegħu fil-Libja apparti mill-kwestjoni tal-visas? Il-Ministru jħoss li għandu jinforma lill-Kamra dwar dan, aktar u aktar minħabba l-fażi tansitorja li tinsab għaddejja minnu l-ekonomija Libjana bħalissa kif ukoll il-proċess qawwi ta' liberalizzazzjoni? Ġew diskussi xi proġetti bi sħab bejn interessi Maltin u Libjani kemm fil-Libja kif ukoll f'Malta? X'inhuma l-għanijiet ewlenin tal-Malta Enterprise fil-Libja?
Response (DALLI, JOHN)
M'hemmx dubju li l-Libja bħalissa għaddejja minn proċess imgħaġġel ta' normaliżżazzjoni mad-dinja ta' barra u ta' riformi ekonomiċi u liberaliżżazzjoni fil-pajjiż.
Fi Tripli, jiena aċċertajt lin-naħa Libjana li Malta lesta li tagħti s-sehem sħiħ tagħha fil-proċess ta' riintegrazzjoni fil-komunita internazzjonali u tkellimt kif nistgħu noħolqu inizjattivi ġodda li jkunu ta' ġid għar-reġjun tal-Mediterran. Jiena ddiskutejt ukoll kif negozjanti Maltin u Libjani jistgħu jidħlu għal proġetti ta' daqs medju fiż-żewġ pajjiżi.
Permezz tal-Malta Enterprise, aħna irridu nippromwovu l-prodott u s-servizz Malti ġewwa l-Libja, kif ukoll ninkuraġġixxu investiment Libjan jiġi Malta. Il-Malta Enterprise ħadet sehem fil-Fiera Internazzjonali ta' Tripli aktar kmieni dan ix-xahar. Sadattant, madwar tmien Mini Missions oħra jiġu organiżżati kull sena għal dan il-pajjiż ġar tagħna.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-ministeru tiegħu għar-rapport dwar ix-xiri ta' l-RJ 70s ta' l-Air Malta li stazzjon televiżiv lokali kkwota minnu u stqarr li għandu kopja tiegħu fil-pussess tiegħu, u dan fid-dawl ta' l-akkużi serji li fih kontra l-operat taċ-chairman ta' dak iż-żmien tal-kumpannija? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jkun hemm trasparenza akbar dwar ċerti deċiżjonijiet strateġiċi żbaljati li ħadet il-kumpannija fl-imgħoddi?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dibattitu li sar f'din il-kamra dwar l-Air Malta fejn poġġejt ċar il-pożizzjoni tal-Gvern, infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi dwar l-RJ's kienet bdiet inkjesta mmexxija minn Dr. Godwin Muscat Azzopardi.
Din l-inkjesta ma ġietx kompluta għax Dr. Muscat Azzopardi irċieva struzzjonijiet biex din tieqaf. Iċ-Chairman ta' dak iż-żmien kien Louis Grech u fil-gvern kien hemm il-Malta Labour Party.
Jista' il-Ministru jgħid sarux xi interventi min-naħa Maltija fil-Foreign Ministers meeting ta' l-UE fTulmore, l-Irlanda? Jekk iva, jista' iqiegħed kopja tat-text ta' l-intervent fuq il-mejda tal-Kamra jew għallinqas jagħti indikazzjoni tal-punti saljenti mqajma min-naħa Maltija?
Response (DALLI, JOHN)
Il-laqgħa ta' Tulmore kienet waħda nformali b'diskussjoni miftuħa u ma saru ebda nterventi formali.