Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #6526 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ebda dipartiment, kumpannija, awtorita` jew korporazzjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija irreferuta mill-Onor. Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpanniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.
Leg 10 PQ #6527 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Biljetti ta' l-ajru

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar ħames snin l-ebda dipartiment fil-Ministeru għal Għawdex ma' għamel użu mis-servizzi tal-kumpanija li għaliha l-Onor Interpellant għamel referenza.

Ministeru għall-Investiment — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #6516 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Raħal Ġdid — Ġnien Qaddafi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Gvern Malti qed jitlob finanzjament Libjan sabiex jiġi refurbished Ġnien Qaddafi f'Raħal Ġdid?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd kien għamel talba lill-Gvern Libjan għall-assistenza biex jiġi stabbilit Ġnien Klassiku Għarbi. Ġnien Qaddafi huwa wieħed mis-siti suġġeriti.
Leg 10 PQ #6517 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

President Tuneżin — Żjara f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar iż-żjara prospettiva tal-President Tuneżin f'pajjiżna?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Presidenza Tuneżina għadha ma għarrfitx lill-Gvern Malti bid-data proposta għal din iż-żjara.
Leg 10 PQ #6518 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur Malti fl-Istati Uniti — Laqgħa mal-Viċi President tal-BOEING

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Ambaxxatur Malti fl-Istati Uniti kellu laqgħa mal-Viċi President tal-BOEING dwar l-interess tagħhom fil-Libja fost suġġetti oħrajn?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninsab informat li l-Ambaxxatur Malti f'Washington waqt attivita soċjali, ġie introdott mal-Viċi President tal-Boeing Thomas Pickering. Din ma kenitx laqgħa informali.
Leg 10 PQ #6519 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EUROMED Foundation — Executive Director

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li kandidat Malti ġie short listed għall-kariga ta' Executive Director tal-EUROMED Foundation fo Inter Cultural Dialogue f'Lixandra, l-Eġittu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li kandidat Malti kien wieħed minn 7 li ġew short-listed mill-Unjoni Ewropea minn fost 170 persuna li applikaw għall-post ta' Executive Director ta' l-"Anna Lindh Foundation for the Dialogue of Cultures". Jirriżulta iżda li l-kandidat Malti mhuwiex fost iż-żewġ persuni rakkomandati għall-għażla finali mill-kumitat tas-selezzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #6520 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

General Fisheries Commission for the Mediterranean — Segretarjat Permanenti

Question

Jikkonferma l-Ministru li Malta bħalissa qd tagħmel lobbying sabiex tospita is-Segretarjat Permanenti tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma illi Malta wriet l-interess li tospita is-Segretarjat Permanenti tal- General Fisheries Commission for the Mediterranean. Min-naħa tat-Taqsima tas-Sajd saru ħafna kuntatti waqt laqgħat fuq sajd fil-Mediterran fejn il-ħidma u l-futur tal-Kummissjoni ġiet diskussa. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kiteb ukoll lill-Organiżżazzjoni Amministrattivi tas-Sajd fil-Mediterran fejn ġie espress l-interess ta' Malta biex tospita din l-Kummissjoni. L-Ambaxxati intalbu wkoll jagħtu l-assistenza tagħhom f'din il-materja.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uniku dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li għamel użu mill-kumpanija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hu dak tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi: 1. Bħala proċedura, fir-rigward ta' safar uffiċċjali minn membri tal-Korp tal-Pulizija, il-biljetti tal-ajru jinxtraw mingħand il-kumpanija Air Malta. Rigward safar ieħor, u ċioe', dak relatat mar-ripatriazzjoni ta' l-immigranti illegali, bħala proċedura, id-Dipartiment tal-Pulizija jiddeċiedi mnejn jixtri l-biljetti ta' l-ajru wara li jintalbu 'quotations' mingħand diversi aġenziji ta' l-ivjaġġar, u tiġi aċċettata l-irħas offerta. Il-kumpanija Tourist Resources Ltd. kienet l-irħas offerta aċċettabli fil-każijiet li ġiet magħżula. 2. L-ammonti li ntefqu bejn l-1999 u l-2003 kienu kif ġej: Sena Tourist Resources Ltd. Lm Air Malta Lm Oħrajn Lm 1999 1,705 21,063 14,060 2000 2,867 9,056 3,371 2001 1,865 11,149 632 2002* 2,835 150,669 18,286 2003* 12,301 87,868 24,065 * L-ammont għal dawn is-snin jinkludi spejjeż biex ġew ripatrijati immigranti llegali. 3. Huwa konfermat li din is-sena ma nxtara l-ebda biljett mingħand it-Tourist Resources Ltd. Anki matul din is-sena, ntużat l-istess proċedura msemmija fir-risposta numru 1. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpaniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.
Leg 10 PQ #6510 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata ġdida fil-Marokk

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tiegħu dwar il-ftuħ/żamma ta' ambaxxata ġdida fil-Marokk?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fiz-zmien li gej il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin se jaghmel l-evalwazzjoni necessarja dwar din il-materja.
Leg 10 PQ #6511 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Taħditiet ma' awtoritajiet Griegi dwar il-qasam tas-Search & Rescue

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet tal-ministeru tiegħu ma' l-awtoritajiet Griegi dwar ftehim ta' ko-operazzjoni fil-qasam tas-Search & Rescue?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fuq inizjattiva ta' l-Awtoritajiet Maltin tal-1998, kien ġie propost ftehim bilaterali bejn Malta u l-Greċja fil-qasam tas-search and rescue. It-test tal-ftehim huwa konkluż miż-żewġ naħat salv ċerti emmendi li jirrikjedu negozjati tekniċi diretti li għandhom iseħħu f'qasir żmien.
Leg 10 PQ #6512 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

European Border Management Agency

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-livell ta' appoġġ li Malta kisbet diplomatikament s'issa sabiex tospita il-European Border Management Agency? Liema huma l-contenders l-oħra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fuq talba tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin ghamel il-kuntatti mehtiega ma’ l-awtoritajiet koncernati fil-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-disponibbilita’ ta’ Malta li tospita din l-Agenzija Ewropea. L-Estonja, il-Polonja, is-Slovenja u l-Ungerija wkoll indikaw l-interess taghhom f’din il-materja.
Leg 10 PQ #6513 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

GCC PET Abdul Tahman Atiya — Żjara f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li s-segretarju ġenerali tal-GCC l-Eċċellenza Tiegħu Abdul Tahman Atiya mistenni jżur Malta fil-ġejjieni? Jekk iva, meta mistenni jsir dan?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li s-Segretarju Generali tal-Kunsill ghall-Kooperazzjoni bejn il-pajjizi tal-Golf Gharbi (GCC) accetta l-istedina biex izur Malta f’data li ghad trid tigi stabbilita..
Leg 10 PQ #6514 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Protokoll Finanzjarju ma' l-Italja

Question

Huwa minnu li l-Gvern Malti qed jitlob estensjoni ta' l-implimentazzjoni tal-Financial Protocol ma' l-Italja b'sentejn? Jekk iva, fiex waslet din it-talba?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonfermaw li l-Gvernijijet ta’ Malta u ta’ l-Italja skambjaw Noti Diplomatici bejniethom fl-14 ta’ Gunju li ghadda, fejn intalbet estensjoni ta’ sentejn ghall-implimentar tal-Hames Protokoll Finanzjarju ffirmat ma’ l-Italja. Peress li din it-talba tifforma parti integrali minn dan il-Protokoll, ikun mehtieg li t-talba tkun ratifikata formalament mill-Italja. Il-Gvern Malti qed jaghmel dak kollu possibbli sabiex din ir-ratifika issehh fl-iqsar zmien possibbli.
Leg 10 PQ #6515 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Investment Promotion Guarantee Agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar ir-ratifika ta' l-Investment Promotion Guarantee Agreement bejn Malta u l-Libja?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-ftehim bejn Malta u l-Libja dwar il-Promozzjoni u l-Harsien ta’ l-Investiment, iffirmat f’Ottubru 2003, jidhol fis-sehh appena jkun ratifikat miz-zewg pajjizi. Malta irratifikat il-ftehim fi Frar ta’ din is-sena, filwaqt li l-Libja ghad trid tirratifikah.

Ministeru tal-Finanzi — Xiri ta' ambaxxata ġdida fi Brussels

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien is-sehem tal-Ministeru tal-Finanzi fid-deċiżjoni li wasslet għax-xiri ta' l-Ambaxxata ġdida ta' Malta fi Brussels li tiswa Lm6.5 miljun? Kien hemm senserija involuta? Kif ġiet identifikata l-proprjeta' mixtrija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-involviment tal-Ministeru tal-Finanzi f’dan il-każ kien prinċipalment l-aspett finanzjarju tat-tranżazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Ministeru tal-Finanzi hu responsabbli għall-finanzjament ta’ l-ispiża relatata. Mid-dokumenti li għandu l-Ministeru tal-Finanzi, ma jirriżultax li kien hemm involuta senserija.

Bank Ċentrali ta' Malta — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-Bank Ċentrali fiż-żmien li kien Ministru tal-Finanzi l-Onor. Dalli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fi żmien li l-Onorevoli John Dalli kien Ministru tal-Finanzi (i.e. bejn l-14 t’April 2003 u t-22 ta’ Marzu 2004), il-Bank Ċentrali ta’ Malta qata’ 69 biljett ta’ l-ajru (li jirrappreżentaw 29% tal-biljetti kollha ta’ l-ajru li nqatgħu) u 3 okkażjonijiet ta’ okkomodazzjoni ta’ lukandi mill-aġenzija Tourist Resources. Fl-istess perjodu l-Bank qata’ 167 biljetti oħra ta’ l-ajru mingħand tliet aġenziji oħra.

Xiri ta' Ambaxxata Ġdida — Brussell

Question

Il-Kabinett kien iddeċieda dwar in-negozjati tal-Ministeru tal-Finanzi dwar ix-xiri ta' l-ambaxxata l-ġdida ta' Brussell qabel sar il-konvenju? Tista' tikkonferma jekk fin-negozjati infushom kienx hemm provvediment biex isir ħlas fit-tul jew inkella pagament kontanti? Huwa minnu li qed jiġi kkunsidrat sale and leaseback arrangement tal-proprjeta'? Jekk dan huwa minnu, dan ser isir minħabba problemi ta' cash flow u nuqqas ta' provvediment baġitarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kabinett iddeċieda fuq ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-MIMCOL, u qabel ma ġie ffirmat il-konvenju. Kemm fil-każ tal-konvenju kif ukoll fil-każ tal-kuntratt proprju, il-ħlas sar kif stipulat, jiġifieri, pagamenti fil-waqt proprju u mhux fit-tul. F’dan l-istadju, mhux il-każ li qed jiġi kkunsidrat xi arranġament ta’ sale and leaseback tal-proprjetà.

Bank Ċentrali ta' Malta Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6386 u cioe' jista' jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-Bank Ċentrali fiż-żmien li kien Ministru tal-Finanzi l-Onor. Dalli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6386 f’din l-istess seduta.

Ministru tal-Finanzi — Xiri ta' ambaxxata ġdida fi Brussell

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6296 u cioe' jista' jgħid x'kien is-sehem tal-Ministeru tal-Finanzi fid-deċiżjoni li wasslet għax-xiri ta' l-Ambaxxata ġdida ta' Malta fi Brussell li tiswa Lm6.5 miljun? Kien hemm senserija involuta? Kif ġiet identifikata l-proprjeta' mixtrija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6296 f’din l-istess seduta.