Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investment guarantee agreement

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Daniż għat-talba tal-Gvern Malti sabiex jiġi ffirmat investment guarantee agreement mad-Danimarka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li Malta issa hija stat membru ta’ l-Unjoni Ewropea, kemm il-Gvern Malti u kemm il-Gvern Daniż huma tal-fehma li ma hemmx ħtieġa ta’ investment guarantee agreement bejn żewġ pajjiżi membri minħabba li l-garanziji li għalihom jipprovdi ftehim bħal dan huma diġà parti integrali mill-acquis communautaire.

San Ġiljan — Triq San Ġorġ - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata mill-Gvern Ċentrali St. George's Road, San Ġiljan minħabba l-kondizzjoni ħażina li tinsab fiha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi Triq San Ġorġ hija triq asfaltata u tinsab f'kondizzjoni tajba, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jivverifika l-isem tat-triq li għaliha qed jagħmel il-mistoqsija parlamentari.

Sigurta' Soċjali — Allowance ta' l-għoli tal-ħajja

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga għaliex il-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadhom ma rċevewx l-allowance supplimentari għall-għoli tal-ħajja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għaddej bil-proċess biex jirrevedi 'l-fuq minn 29,000 applikazzjoni għall-Allowance Supplimentari u sa l-10 ta' Lulju tħallsu madwar 17,000 benefiċjarju. Hu maħsub li dan l-eżerċizzju jkun lest sa l-aħħar ta' dan ix-xahar u l-applikazzjoni tal-koppja ndikata mill-Onor. Interpellant tkun ġiet ipproċessata u tirċievi l-pagament jekk ikun dovut.

Dwana — Kuntrabandu tad-diesel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tad-dwana flimkien mal-pulizija dwar allegat kuntrabandu tad-diesel? Meta mistenni li Malta jkollha l-apparat meħtieġ sabiex tinduna b'dan id-diesel illegali fil-pront?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin minħabba l-komplessità tal-kwistjoni. Għat-tieni parti tad-domanda għandi informazzjoni li dan l-apparat huwa mistenni li jasal Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 10 PQ #6536 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant permanenti ta' Malta għall-UE — Working time directive

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi lobbying min-naħa tar-rappreżentant permanenti ta' Malta ta' l-Unjoni Ewropea kontra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea sabiex titneħħa il-flessibbilta' dwar l-implimentazzjoni tal-working time directive?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nista' nikkonferma li din il-kwistjoni hija ta' mportanza għal Malta u li kemm il-Ministru kkonċernat kif ukoll ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea qegħdin isegwu din il-kwistjoni mill-viċin. Nista' ukoll nassigura lill-Onorevoli Membru li qed isir kull sforz f'kull livell, mhux biss fil-livell tar-Rappreżentanza Permanenti imma wkoll f'livell Ministerjali, sabiex nassiguraw li l-flessibilita' dwar l-implimentazzjoni tal-"working time directive" ma tintneħħiex.

Satellite dishes licences

Question

Il-Gvern Malti meta mistenni jieħu deċiżjoni formali dwar il-liċenzji fuq id-dishes tas-satelliti? Il-Gvern Malti jikkonsidra attivament li jagħti refunds fejn applikabbli? Ma jħossx il-Ministru illi l-Gvern Malti għandu jaġixxi unilateralment flok joqgħod jistenna l-UE tiċċensurah dwar dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Din il-kwistjoni qegħda tiġi kkunsidrata, u nista nassigura lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li l-Gvern qed jistenna xi ċensura. Madankollu qabel jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn iridu jiġu kkunsidrati diversi fatturi.

Qasam ta' l-Informatika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' ko-operazzjoni ma' Iżrael fil-qasam ta' l-informatika fid-dawl ta' l-avvanzi kbar li għamel dan il-pajjiż f'dan is-settur partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Ministeru qiegħed jiddiskuti programm ta' kooperazzjoni teknika f'dan il-qasam mal-Gvern Iżraeljan. Id-diskussjonijiet qegħdin isiru permezz ta' l-Ambaxxata Maltija għall-Iżrael.
Leg 10 PQ #6539 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop taż-żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech li saru mill-Ministru ta' qablu ġewwa Beijing u Shanghai? Kien hemm xi follow-up għal-laqgħa li saret mill-istess Ministru maċ-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aħħar fil-Consortium li mistenni jmexxi l-Freeport Terminal?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministru predeċessur tiegħi kien responsabbli wkoll għall-Promozzjoni ta' l-Investiment. Għar-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirrivolġi d-domanda lill-Ministru kompetenti.
Leg 10 PQ #6540 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ġurnal Ġermaniż 'STERN' — Artiklu offensiv dwar Malta

Question

Il-Gvern Malti irreaġixxa għall-artiklu offensiv dwar Malta li deher fil-ġurnal influwenti Ġermaniż 'STERN' tas-6.5.04? Jekk iva, jista' jippubblika it-tweġiba uffiċjali ta' l-ambaxxata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma illi l-Ambaxxata Maltija f'Berlin irreaġixxiet għall-artiklu dwar Malta li kien ġie ppubblikat fil-ġurnal Ġermaniż billi kitbet lura lil dan l-istess ġurnal ittra ta' protesta, liema ittra hija hawnhekk annessa u li ġiet ippubblikata fil-ħarġa ta' Ġunju 2004.

Minsiteru tal-Familja — Biljetti ta' l-ajru

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda dipartiment jew entita' oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija ndikata mill-Onor. Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpanniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.

Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizzi tal-kumpanija msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari sar użu minnhom f'okkażżjoni waħda mill-Malta Maritime Authority u l-ammont kien ta' Lm143.70. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpaniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-Awtorita' dwar it-trasport għamlet użu mis-ervizzi tal-kumpanija imsemmija kif indikat. Sena finanzjarja 2002/2003 - nefqa totali Lm2,469 li jkopru l-ispejjeż tal-biljetti. L-ammonti totali ta' spejjeż konnessi kien ta' Lm28,180. Sena finanzjarja 2003/2004 - nefqa totali Lm11,957 li jkopru l-ispejjeż tal-biljetti. L-ammonti totali ta' spejjeż konnessi kien ta' Lm38,486. Sena finanzjarja tagħlaq f'Settembru, 2004. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpaniji li minn għandhom jintalbu kwotazjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ħames snin kien hemm okkażjoni waħda meta sar użu mis-servizzi ta' l-aġenzija msemmija sabiex żewġ uffiċċjali, wieħed mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u l-ieħor mid-Dipartiment għall-Politika u Ippjanar, ipparteċipaw f' Konferenza tat-World Trade Organisation (WTO) f 'Settembru, 2003, li saret f' Cancun, il-Messiku. L-ammont kien ta' Lm 1,080.60. Din kienet l-iktar waħda vantaġġjuża minn fost kwotazzjonijiet li nġabru.
Leg 10 PQ #6534 Sitting 153 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Gvern Malti kien talab lill-ODIHR tal-OSCE-Organisation for Security and Co-operation in Europe) sabiex jibagħtu osservaturi għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, liema talba kienet ġiet irrifjutata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li l-Gvern Malti kien talab lill-ODIHR ta' l-OSCE (Organisation for Security and Co-operation in Eujrope) sabiex jibagħtu osservaturi għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Invit simili sar minn numru ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. L-ODIHR ddeċidiet li fiċ-ċirkustanzi jkun aktar utili li ssegwi l-proċess fuq perspettiva aktar wiesgħa ta' l-Unjoni flok fuq bażi nazzjonali. In vista ta' dan l-ODIHR iddeċidiet li ma tilqax l-inviti li sarulha mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tweġiba hi fin-Negattiv. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-agenziji/kumpaniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.

Minsiteru tas-Saħħa — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar ħames snin ma sarx użu mis-servizzi tal-kumpannija ndikata mill-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpaniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm użu mis-servizzi tal-kumpanija ndikata.