Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7314 Sitting 171 2004-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Border agency

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li meta r-rappreżentant permanenti ta' Malta fl-UE għamel lobbying biex Malta tospita l-border agency tal-UE ingħata l-parir min-naħa tal-kummissjoni Ewropea li jagħmel aktar sens li kieku Malta kellha tapplika għal xi aġenzija li ġġib conference traffic estensiv aktar milli għal aġenzija fejn l-istaff ikollu għalfejn jivvjaġġa barra l-pajjiż spiss? Huwa minnu li Malta diġa' ingħatat ħjiel li din l-aġenzija aktarx tmur lejn xi pajjiż ta' l-Ewropa Ċentrali billi l-focus kien aktar fuq land borders milli fuq fruntieri bil-baħar?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'dan l-istadju ma nħossx li jkun ta' ġid li niżvela pubblikament informazzjoni jew ħjiel li setgħat ingħatat b'mod informali waqt laqgħa bejn ir-Rappreżentant Permanenti u uffiċjali tal-Kummisjoni Ewropea. Lest, iżda li ninforma privatament lill-Onorevoli Interpellant dwar din il-materja.
Leg 10 PQ #7315 Sitting 171 2004-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Esportaturi Maltin — Esportazzjoni lejn l-Eġittu u t-Tuneżija

Question

Il-ministeru huwa konxju ta' xi diffikultajiet li qed jiffaċċjaw esportaturi Maltin meta jiġu biex jesportaw xogħol lejn l-Eġittu u t-Tuneżija? Jekk iva, jikkonferma li din il-problema tqajmet ukoll fil-livell tal-kummissjoni Ewropea?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika x'diffikultajiet qed jirreferi għalihom.
Leg 10 PQ #7316 Sitting 171 2004-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant tal-missjoni permanenti ta' Malta fl-UE — Diskussjoni mal-head of Cabinet tal-European Court of Auditors

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-natura tad-diskussjoni dwar staff Malti li saret minn rappreżentant tal-missjoni permanenti ta' Malta fl-UE mal-Head of Cabinet tal-membru Malti tal-European Court of Auditors?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qiegħed fil-proċess li jiġbor database ta' ċittadini Maltin li jaħdmu ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, uffiċjal tar-Rappreżentanza Permanenti tqabbad jagħmel kuntatt ma' l-istituzzjonijiet Ewropej biex jiġbor l-informazzjoni neċessarja fejn jidħlu dawn l-istituzzjonijiet, fosthom il-European Court of Auditors.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni ta' ex-ħaddiema tal-Enemalta

Question

Tista' il-Ministru tgħarraf lill-Kamra fiex waslu l-aġġustamenti tal-pensjoni ta' l-ex ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6412 f'Seduta Nru. 147. F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid ma' dik it-Tweġiba.
Leg 10 PQ #7288 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Beijing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing hemmx aġenta partikolari li tibgħat studenti Ċiniżi Malta għat-tagħlim ta' l-Ingliż li tingħata attenzjoni preferenzjali b'paragun ma' aġenti oħrajn Ċiniżi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li l-ebda aġent partikolari li jibgħat studenti Ċiniżi biex jitgħallmu l-Ingliz f'Malta ma hu jingħata trattament preferenzjali għad-detriment ta' aġenti oħra Ċiniżi. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif għad-dispożizzjoni tiegġu li juri jew jindika l-kuntrarju nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni.

Persuni ta' nazzjonalita' Ċiniżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deportati Ċiniżi minn Malta mill-bidu tas-sena talli daħlu llegalment jew qagħdu f'pajjiżna aktar milli kellhom permess? Jista' jgħid jekk sarux protesti wkoll min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani dwar Ċiniżi li qegħdin jaħarbu minn Malta lejn l-Italja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 73 persuna ta' nazzjonalita' Ċiniża li tneħħew minn Malta wara li rriżulta, li b'xi mod kienu Malta illegalment. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellhiex tali protesti.
Leg 10 PQ #7290 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-accounts ta' l-Ambaxxati Maltin humiex kollha konformi mal-financial regulations tal-gvern, b'mod partikolari fl-Italja, Brussell, l-Irlanda u l-Ungerija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat mis-Segretarju Permanenti li ma jirriżultax li l-Ambaxxati msemmija m'humiex konformi mal-Financial Regulations.
Leg 10 PQ #7291 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Persuna li qed isservi fil-missjoni permanenti tal-UE

Question

Huwa minnu li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u li qed isservi fil-missjoni permanenti tal-UE diġa' qed tgħid li se tinħatar ambaxxatur għas-Slovenja fi żmien mhux 'il bogħod?

Response (FRENDO, MICHAEL)

M'għandix mezz biex inkun naf x'qed jgħidu persuni individwali.
Leg 10 PQ #7292 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Mediterranean Academy of Diplomatic Studies

Question

Huwa minnu li hemm xi diffikultajiet dwar il-Mediterranean Academy of Diplomatic Studies li għal xi raġuni jew oħra l-partners Svizzeri qegħdin jikkonsidraw li jirtiraw minnha? Jikkonferma li saru diversi kuntatti biex tiġi megħluba din il-problema? Jista' jgħid min għamel dawn il-kuntatti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fuq stedina ta' l-Aġenzija Żvizzera ta' l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni, delegazzjoni Maltija żaret Berna fit-2 ta' Settembru biex tiddiskuti t-tisħiħ tal- 'Mediterranean Academy for Diplomatic Studies'. Iż-żewġ naħat qablu li jġeddu l-arranġament eżistenti waqt li jiddiskutu t-tfassil ta' ftehim ġdid biex iseħħ dan it-tisħiħ. Iż-żewg naħat qablu li jġeddu l-arranġament li jeżisti bejniethom għal sena oħra, u li jiltaqgħu f'Malta fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jibdew it-taħdidiet għat-tfassil ta' ftehim ġdid biex iseħħ dan it-tisħiħ.

MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' swimming pools

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellha applikazzjonijiet il-MEPA għall-bini ta' swimming pools fl-Imdina f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew milqugħa? F'liema residenza/residenzi kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), minn 01/01/1999 sal-lum kien hemm biss applikazzjoni waħda fl-Imdina għal "swimming pool". Din l-applikazzjoni tirreferi għall-applikazzjoni PA 6336/2002.

Maltacom — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-fee structureli biha l-Gvern Malti appunta lil Lehman Bros. bħala financial advisors għall-privatizzazzjoni tal-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nittama li l-Onorevoli Membru japprezza li l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi żvelata. Primarjament minħabba li din l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali li jekk tiġi publikata tista' tagħmel ħsara lil Lehman Brothers u wkoll minħabba l-'confidentiality agreement' li jeżisti bejn l-Gvern u Lehman Brothers.
Leg 10 PQ #7284 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jindika minn kemm ilu Ministru ta' l-Affarijiet Barranin minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru għas-safar uffiċjali tiegħu sad-9 ta' Settembru, 2004?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Minn kemm ili Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-biljetti ta' l-ajru għas-safar tal-Ministeru kollu nqatgħu mill-kumpanija ta' l-ajru, Air Malta.
Leg 10 PQ #7285 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussell — Xiri ta' għamara

Question

Huwa minnu li filwaqt li l-Ministeru se jonfoq dawk il-miljuni kollha fuq Dar Malta fil-każ ta' l-ambaxxata ta' Malta f'Dublin, din ma ngħatatx permess tixtri ċertu għamara bħal imwejjed u siġġijiet u minflok ġiet ordnata tikri din l-għamara b'madwar Euro 800 fix-xahar?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li l-Ambaxxatur Malti ġewwa Dublin għamel arranġamenti temporanji għall-għamara ta' l-Ambaxxata sakemm ikun hemm l-awtoriżżazzjoni neċessarja sabiex jiġu pprovduti fondi għax-xiri ta' l-għamara għall-Ambaxxata.
Leg 10 PQ #7285 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussell — Xiri ta' għamara

Question

Huwa minnu li filwaqt li l-Ministeru se jonfoq dawk il-miljuni kollha fuq Dar Malta fil-każ ta' l-ambaxxata ta' Malta f'Dublin, din ma ngħatatx permess tixtri ċertu għamara bħal imwejjed u siġġijiet u minflok ġiet ordnata tikri din l-għamara b'madwar Euro 800 fix-xahar?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li l-Ambaxxatur Malti ġewwa Dublin għamel arranġamenti temporanji għall-għamara ta' l-Ambaxxata sakemm ikun hemm l-awtoriżżazzjoni neċessarja sabiex jiġu pprovduti fondi għax-xiri ta' l-għamara għall-Ambaxxata.
Leg 10 PQ #7286 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Awstraljana — Każ ta' sexual harassment

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li fl-Ambaxxata ta' l-Awstralja saret claim ta' sexual harassment minn ex locally engaged staff member li tkeċċiet f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva, saret allegazzjoni ġenerika f'dan is-sens. Il-Ministeru għamel l-investigazzjonijiet neċessarji tiegħu u sa issa, minkejja li ntalbet li tagħmel dan, il-persuna li allegat għada ma ġabet l-ebda informazzjoni tanġibbli dwar l-allegazzjoni ġenerika tagħha.
Leg 10 PQ #7287 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Libjana

Question

Huwa minnu li fl-ambaxxata tal-Libja ġiet posted persuna li fl-imgħoddi kitbet artikli kontra l-awtoritajiet Libjani u li se jkollha tiġi rtirata wara protesti li saru mill-Gvern Libjan? Minnu li sal-lum din il-persuna għadha lanqas biss ingħatat diplomatic status mil-Libjani?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nassumi li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-Ambaxxata Maltija fil-Libja u mhux għall- "ambaxxata tal-Libja" kif hemm indikat fil-Mistoqsija. Jiena nfurmat li l-Ministeru ma għandu l-ebda tagħrif li hemm xi persuna fl-Ambaxxata Maltija fil-Libja li kienet kitbet artikli kontra l-awtoritajiet Libjani. Jiena infurmat li ma hemm ħadd fl-Ambaxxata li m'għandux passaport diplomatiku.
Leg 10 PQ #7114 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

It-technical team u n-negotiating team responsabbli għax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels kien l-istess? Min kienu l-membri rispettivi tiegħu/tagħhom? Apparti is-sur A. Mizzi li nifhem li offra s-servizzi tiegħu bla ħlas, xi tħallsu l-membri l-oħra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7115 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

Sar studju komparattiv ma' dak li għamlu acceeding countries oħrajn fl-UE qabel ma Malta ħadet id-deċiżjoni strateġika li tixtri Dar Malta fi Brussels bil-prezz li effettivament xtratha? X'inhi r-reazzjoni tal-gvern għall-fatt li skond artiklu dettaljat ta' The Times jirriżulta li Dar Malta fi Brussels kienet l-aktar akkwist ta' proprjeta' immobbli għoli li għamel xi wieħed minn dawn il-pajjiżi membri ġodda tal-UE?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7127 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Snowflake — Low fare subsidiary

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-low fare subsidiary tal-SAS Snowflake li bdiet ittir għal Malta ftit ilu, se twaqqaf it-titjiriet tagħha mid-Danimarka minn tmiem Ottubru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Snowflake ser twaqqaf it-titjiriet tagħha fl-aħħar ta' Ottubru għad-destinazzjonijiet kollha inkluża Malta.