Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7093 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid meta ġie ffirmat kemm il-konvenju kif ukoll il-kuntratt innifsu dwar ix-xiri ta' Dar Malta? Min kienu n-nutara involuti? Kemm tħallsu tas-servizzi tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7096 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jagħti lista tal-proprjetajiet kollha li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lista ta’ proprjetajiet li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta’ Dar Malta fi Brussels kienet inkluża fir-rapport li ppreżentajt lill-Public Accounts Committee.

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7097 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku li ħejja dan it-technical team in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? X'data jġib dan ir-rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Dar Malta fi Brussels — Bini ta' penthouse fl-istess bini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7098 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li f'xi stadju jew ieħor kien qed jiġi kkontemplat li jinbena pent house għar-rappreżentant permanenti Malti fl-istess bini ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7099 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid b'mod speċifiku jekk l-Avukat Ġenerali ġiex ikkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels u jekk iva, meta? Id-dipartiment ta' l-artijiet jew il-ministeru konċernat ġew ikkonsultati wkoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7100 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Contracts Committee tal-gvern ġiex ikkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Rural Development Plan

Question

Jista' il-Ministru jgħid huwiex minnu li qed tiġi esplorata l-possibbilta' ta' tripartite collaboration ma' l-Olanda u l-Israel fit-tħejjija tar-Rural Development Plan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li l-Gvern Malti ma jeskludi l-ebda kollaborazzjoni fil-qasam agrikolu ma' entitajiet oħra, wieħed irid jeżamina jekk din il-kollaborazzjoni tistgħax tiġi mplimentata fil-qafas tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #7407 Sitting 173 2004-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Double taxation agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-Ministru Dalli kien iltaqa' mas-segretarju ta' l-Istat Amerikan Colin Powell kien tqajjem il-każ tad-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti? Jekk iva, xi żviluppi kien hemm minn dak iż-żmien 'il hawn dwar din il-materja?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Malta għandha fis-seħħ 44 ftehim ta' Double Taxation filwaqt li hemm 16-il ftehim ieħor li qegħdin jiġu negozjati bħalissa. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan is-suġġett kien tqajjem mill-Ministru John Dalli waqt il-laqgħa li kellu mas-Segretarju ta' l-Istat Amerikan Colin Powell fl-Amerka. Jien infurmat li fil-każ ta' l-Amerka, id-diskussjonijiet dwar Double Taxation Agreement għadhom għaddejjin. L-aħħar Double Taxation Agreement li ġie ffirmat kien ma' l-Islanda f'Settembru ta' din is-sena u ninsab infurmat li dan il-ftehim se jħalli impatt pożittiv fuq kumpanniji mill-Islanda li għandhom investiment f'pajjiżna.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex għat-twaqqigħ? Jekk iva, tista' tikkonferma li l-inkwilin li jinsab separat mill-qorti minn martu sejjer jiġi offrut fond alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv. Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ilu li alloka akkomodazzjoni alternattiva lill-inkwilini tal-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #7409 Sitting 173 2004-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Rappreżentant permanenti Malti

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li r-rappreżentant permanenti Malti fl-UE għandu miegħu nies u karozza tas-sigurta' apparti mill-karozza tiegħu - kif kienet id-drawwa li jagħmel f'Malta? Jekk fl-affermattiv, kemm qed jiġi jiswa lill-kaxxa ta' Malta dan is-servizz?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Din l-informazzjoni ma tistax tingħata fil-pubbliku minħabba raġunijiet ta' sigurta'.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7095 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe'jista' il-Prim Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li parti minn Dar Malta tiġi utilizzata minn aġenziji tal-gvern? Meta ttieħdet id-deċiżjoni li parti minn Dar Malta tiġi mikrija kummerċjalment lill-persuni/aġenziji/azjendi terzi? Kemm mill-bini kollu se jiġi utilizzat minn aġenziji parastatali? Kemm mill-bini kollu se jiġi mikri lill-privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infakkar lil Onorevoli Membru li din il-materja kienet diskussa fil-Public Accounts Committee. Madanakollu nista’ nikkonferma illi l-potenzjal li jinkera l-ispazju kien wieħed mill-kriterji li wasslu biex tittieħed id-deċiżjoni biex tinxtara Dar Malta. Din il-kunsiderazzjoni ġiet ikkunsidrata wkoll meta ttieħdet id-deċiżjoni fil-laqgħa tal-Kabinett li saret fis-17 ta’ Mejju 2004.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussells — Konsulenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7094 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu għas-servizzi tagħhom il-konsulenti, tekniċi u esperti l-oħra u l-avukati Belġjani u Maltin li kienu nvoluti fit-transazzjoni tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Accounts Committee.
Leg 10 PQ #7398 Sitting 172 2004-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Libja — Ħruġ ta' visas

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-Libja il-ħruġ tal-visas huwiex qed isir mill-ambaxxata jew mill-Konsulat? Meta nfetaħ il-konsulat u jekk għadu ma nfetaħx, x'qed iżommu milli jinfetaħ u meta mistenni li jibda jopera?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Konsolat Malti fi Tripli nfetaħ mill-Prim Ministru waqt iż-żjara tiegħu fil-Libja fil-5 ta' Ottubru. Il-ħruġ tal-Visas issa qed isir mill-Konsolat. Il-Gvern Malti ħass li għandu jinvesti f'dan il-Konsolat biex ċittadini Libjani li jkollhom bżonn Visa għal Malta jkunu jistgħu jinqdew aħjar.
Leg 10 PQ #7399 Sitting 172 2004-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjara tar-rappreżentant tal-UNHCR f'Malta

Question

Il-gvern għandu f'idejh kopja tar-rapport taż-żjara tar-rappreżentant tal-UNHCR li kien għamel f'Malta u jekk iva, dan jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li l-Ministeru ma wasallux ir-rapport indikat mill-Onorevoli Interpellant.

World Economic Forum — Networked readiness index markings 2003

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li skond global information technology report maħruġ mill-World Economic Forum f'dak li huwa networked readiness index markings 2003 Malta tinsab fis-27 post filwaqt li tinsab fit-13-il post fost l-Istati Membri tal-UE? Kif tipparaguna ma' acceding countries oħrajn tal-UE?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li Malta tinsab fis-27 post minn 102 pajjiżi fir-rapport "The Networked Readiness Index Rankings 2003" maħruġ mill-World Economic Forum, u tinsab fit-13-il post fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Malta tinsab fit-tieni post (wara l-Estonja), meta ikkomparata mal-pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea ma' Malta f'Mejju 2004. Malta tinsab ferm qabel il-pajjiżi applikanti ġodda tal-UE.
Leg 10 PQ #7401 Sitting 172 2004-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ġinevra — Ambaxxata Maltija

Question

Jikkonferma l-Ministru li minkejja li kienet ilha tinġibed l-attenzjoni tal-gvern minn Marzu ta' din is-sena biex isaħħaħ is-sigurta' ta' l-ambaxxata Maltija f'Ġinevra skond il-kriterji ta' Schengen, sa ftit ġimgħat ilu kien għadu ma sar xejn? Meta beħsiebu jaġixxi f'dan ir-rigward u jekk aġixxa diġa', meta ttieħdu l-passi meħtieġa?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti għaddej bi tħejjijiet biex is-sigurta' fl-Ambaxxati Maltin kollha tkun tilħaq il-livelli stabbiliti skond il-kriterji ta' Schengen bi preparazzjoni għal meta fis-snin li ġejjin jibdew jinħarġu "Schengen Visas", u cioe fl-2007/2008.
Leg 10 PQ #7402 Sitting 172 2004-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kumitat tad-drittijiet tal-bniedem

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-appoġġ ta' Israel għall-kandidatura ta' l-imħallef Franco Depasquale għall-kumitat tad-drittijiet tal-bniedem kien ikkondizzjonat minn appoġġ reċiproku Malti għall-Prof. Michael Turner għall-World Heritage Committee tal-UNESCO?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Hija proċedura normali li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jagħmel lobbying fejn ikun hemm ċittadini Maltin li ser jikkontestaw għal xi karigi f'organizzazzjonijiet internazzjonali.

Israel — Enerġija solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kuntatti saru f'Israel dwar l-enerġija solari?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-programm taż-żjara tal-Ministru f' Israel li tħejja mill-Gvern Israeljan. kien jinkludi wkoll żjara lil kumpannija li tiddisinja, timmanifattura u tinstalla apparat ta' l-enerġija solari kemm kummerċjali kif ukoll domestiku.
Leg 10 PQ #7312 Sitting 171 2004-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Anti-contraband agreement

Question

Jikkonferma l-Ministru li fid-dawl ta' l-anti-contraband agreement tal-UE li ġie konkluż fid-9 ta' Lulju, 2004 il-missjoni permanenti ta' Malta għall-UE talbet lill-Ministeru tal-Finanzi jeżamina dan il-ftehim b'ċertu reqqa u sabiex jiddeċiedi dwar is-sehem prospettiv ta' Malta l-aktar fid-dawl ta' allegazzjonijiet fl-istampa internazzjonali li Malta kienet waħda minn dawk il-pajjiżi li kienu qed jiġu oversupplied mill-kumpanniji tat-tabakk għaliex kienu jafu li ħafna minn dawk is-sigaretti kienu se jkunu soġġetti għall-kuntrabandu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li l-Ministeru tal-Finanzi ntalab jeżamina dan il-ftehim kif inhi l-proċedura normali f'istanzi bħal dawn.
Leg 10 PQ #7313 Sitting 171 2004-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant permanenti Malti fl-UE — Laqgħa mas-segretarju ġenerali tal-kummissjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma informazzjoni li għandi jien f'laqgħa li kellu r-rappreżentant permanenti Malti fl-UE mas-segretarju ġenerali tal-kummissjoni Ewropea David O' Sullivan wara li r-rappreżentant permanenti Malti talbu lista tal-Maltin li applikaw għal postijiet ewlenin fil-kummissjoni, ingħata t-tweġiba li ma kienx f'pożizzjoni li jiżvela l-ismijiet ta' l-applikanti Maltin li kienu qed jiġu kkonsidrati? Peress li billi hemm tmien postijiet biss għall-karigi ta' A1 posts, żewġ stati membri ġodda se jiġu diżappuntati, il-Ministeru qiegħed f'qagħda li jikkonferma jekk xi kandidat Malti huwiex se jiġi magħżul għal wieħed minn dawn il-postijiet vakanti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea ġiet infurmata diversi drabi mill-Kummissjoni Ewropea li se jkun hemm għaxar postijiet għal skala A1 u mhux tmienja kif jasserixxi l-Onorevoli Interpellant. Ir-Rappreżentanza Permanenti talbet għal informazzjoni dwar l-istat ta' l-applikazzjonijiet u mhux għal-lista ta' ċittadini Maltin li applikaw għal dawn il-postijiet kif allega l-Onorevoli Brincat. Huwa diffiċli ħafna biex jingħad lil min sa tirrekluta l-Kummissjoni Ewropea peress illi fl-aħħar mill-aħħar din hija deċiżjoni ta' l-istess Kummissjoni.