Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dwana — Kuntrabandu tad-diesel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt qabel ir-recess tas-sajf, jista' il-Prim Ministru jgħid xi żvuiluppi kien hemm dwar il-każ ta' l-allegat kuntrabandu tad-diesel u fiex waslu l-investigazzjonijiet tad-dwana flimkien mal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet dwar l-allegat kuntrabandu tad-diesel għadhom għaddejjin kemm minn naħa tal-Pulizija kif ukoll minn naħa tad-Dwana. (Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM) (Seduta Numru: 178)

Taxxi Interni — Income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa ta' income tax li nġabret mill-gvern u li hija definittivament dovuta bħala refund lit-taxpayers imma li l-gvern għadu ma rrifondiex - skond is-sena ta' stima li nġabret din it-taxxa? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' taxpayers intitolati għal dawn ir-refunds? Peress li bosta taxpayers qed jilmentaw li ilhom żmien twil jistennew dawn ir-refunds, jista' jagħti l-ammonti li ġew refunded kull xahar matul din is-sena u jindika meta beħsiebu jirrifondi dawn l-arretrati dovuti lill-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #7890 Sitting 177 2004-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Tripli — Diplomatiku Malti

Question

B'riferenza għall-każ ta' diplomatiku Malti fi Tripli, fejn jien ma għedtx li hu ma ngħatax diplomatic passport - għax dak ingħata mill-awtoritajiet Maltin - iżda li ma ngħatax għarfien mill-awtoritajiet Libjani, jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġi recalled Malta x-xahar id-dieħel?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva, dan id-diplomatiku għandu jirritorna Malta f'Novembru.
Leg 10 PQ #7906 Sitting 177 2004-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Libja

Question

Fid-dawl tat-tibdiliet li għaddejjin fil-Libja, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux qed jikkonsidra li għandu jagħmel rethinking ta' l-istrateġija tagħna lejn dan il-pajjiż permezz ta' re-positioning xieraq? Jekk iva, jikkonferma li dan għandu jsir b'konsultazzjoni ma' l-istakeholders kollha konċernati, inkluż is-settur privat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti, permezz tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, qed jifformola l-miri strateġiċi tal-politika barranija ta' Malta fis-settur politiku, ekonomiku u soċjali. Il-politika barranija li tirrigwarda l-Libja hija inkwadrata f'dan il-kuntest ġenerali imma wkoll, b'mod partikolari, tieħu in konsiderazzjoni t-tibdiliet li qed iseħħu f'dak il-pajjiż f'diversi oqsma. F'laqgħat riċenti tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tajt relazzjoni ta' kif il-Gvern qed jaħdem biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' Malta mal-Libja, u kif ir-rilevanza ta' din ir-relazzjoni għandha tkompli tikber fil-kuntesti l-ġodda kemm ta' Malta kif ukoll tal-Libja. Konsultazzjoni ma' l-istakeholders inkluż is-settur privat diġa bdiet issir permezz ta' laqgħat mal-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll mal-Kmamar tal-Kummerċ Maltija-Libjana u Għarbija-Libjana. Dan huwa proċess 'on going' u laqgħat oħrajn isiru skond il-bżonn.

Pipeline taż-żejt

Question

Billi fl-imgħoddi l-Gvern Malti kien qed jikkonsidra li jakkwista feed mill-pipeline taż-żejt ta' 540 kilometru li ġie inawgurat dan l-aħħar bejn il-Libja u l-Italja f'Mellitah, jista' il-Ministru jgħid x'follow-up action ittieħdet mill-awtoritajiet konċernati u jekk iva, fiex waslu dawn il-pjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-gvern ingħata l-parir li hu iktar teknikament u ekonikament ta' vantaġġ li jsir pipeline tal-gass (mhux taż-żejt) bejn Sqallija u Malta milli tittieħed fergħa mil-pipeline bejn il-Libja u Sqallija. Il-gvern innegozja ma' l-ENI, il-propjetarji tal-pipeline, biex dawn jagħmlu studju dwar il-possibilta' ta' pipeline bejn Gela, fejn jispiċċa l-pipeline mil-Libya, u Malta. Ir-rapport ta' dan il-feasibility study ingħata lil-Enemalta iktar kmieni dis-sena. Il-gvern qed jikkunsidra x'azzjoni jieħu dwar dan il-proġett.
Leg 10 PQ #8150 Sitting 177 2004-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Rappreżentant Permanenti Malti - Mobile Phone

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tar-rappreżentant permanenti Malti fl-Unjoni Ewropea fuq il-mobile phone/s li juża personalment, mill-ħatra tiegħu sal-lum?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa mħallsa mill-Ministeru kienet ta' LM75.98.
Leg 10 PQ #8190 Sitting 177 2004-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Double taxation agreement

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7407 dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti, jista' il-Ministru jikkonferma x'kienet ir-reazzjoni tal-gvern Amerikan permezz tas-segretarju ta' l-Istat Colin Powell meta l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin qajjem dan is-suġġett waqt il-laqgħa li kellu miegħu? Fuq liema livell qed ikomplu d-diskussjonijiet dwar dan il-ftehim? Kemm saru laqgħat, meta saru u ma' min saru mil-laqgħa tal-Ministru ma' Mr Powell 'il hawn? X'kien is-sehem ta' l-Ambaxxatur Malti f'Washingon dwar dan kollu? Huwa minnu li l-gvern Amerikan huwa tal-fehma li sta għall-gvern Malti u għall-kumpanniji Amerikani interessati li jinvestu Malta biex jagħmlu l-lobbying meħtieġ f'dan ir-rigward?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Is-suġġett tad-Double Taxation Agreement tqajjem mill-Ministru John Dalli fiż-żjara li għamel fl-Istati Uniti fejn iltaqgħa, fost oħrajn, mas-Segretarju ta' l-Istat Amerikan Colin Powell fl-Amerka. Id-diskussjonijiet dwar Double Taxation Agreement għadhom għaddejjin. Dawn id-diskussjonijiet qed jitkomplew fuq livell diplomatiku bejn iż-żewġ pajjiżi, ma' l-Istate Department Amerikan. Minn meta ltaqa' il-Ministru Dalli mas-Segretarju ta' l-Istat Amerikan Powell, il-kwistjoni tad-Double Taxation Agreement ġiet diskussa waqt laqgħa li nżammet fl-Ambaxxata f'Washington fid-19 t'Awwissu 2004 bejn l-Ambaxxatur John Lowell u s-Sur Glyn T Davies, Deputat Assistant Segretarju għall-Affarijiet Ewropej fl-Istate Department Amerikan. L-istess kwistjoni ġiet diskussa wkoll f'laqgħa li l-Ambaxxatur kellu fl-Ambaxxata nhar it-13 ta' Settembru 2004 ma' Ms Kathleen Allegrone, Direttur għall-Affarijiet Ewropej u Reġjonali fl-Istate Department Amerikan u Ms Jane Zimmerman, id-Deputat Direttur. Fis-6 t'Ottubru 2004 kelli laqgħa ma' l-ex Senatur Amerikan Birch Bayh. Għal din il-laqgħa attendew uffiċċjali mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Ambaxxatur ta' Malta f'Washington. L-Ambaxxatur Malti f'Washington ikkoordina din il-laqgħa. Matul is-sena 2003 l-Ambaxxatur John Lowell żamm żewġ laqgħat fuq din il-kwistjoni mat-Teżor Amerikan.

Triq Reġjonali — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-traffic lights li hemm mar-roundabout ta' Regional Road (qrib fejn kien hemm it-tankijiet tal-gass) ilhom ma jaħdmu għal aktar minn ħamest ijiem bil-konsegwenza li qed joħolqu konġestjoni u periklu ta' traffiku speċjalment fir-rush hours?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Gejna nfurmati mill-Parlament li l-Mistoqsija Parlamentari numru 8191 giet irtirata mill-istess Onorevoli Interpellant.

Kordin Grain Terminal — CEO/Managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'allowances u perks oħra għandhom is-CEO u ż-żewġ managers rispettivament tal-Kordin Grain Terminal u jista' jgħid xi profitti jew telf għamlet il-kumpannija Kordin Grain Terminal f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid ukoll f'dawn l-aħħar sentejn min kienu l-persuni li siefru f'isem it-terminal, fejn marru f'kull każ, x'kien l-iskop ta' kull żjara u x'kienet in-nefqa għal kull żjara?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorita' tat-Trasport — Impjegata

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta kienet impjegata ma' l-awtorita' tat-trasport il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u b'liema proċedura kienet impjegata? Kemm-il promotion ħadet minn dak iż-żmien 'il hawn, f'liema karigi u kemm żdiedet fis-salarju?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-persuna imsemmija kienet impjegata f'Lulju 2002 wara li saret sejħa ma' l-ETC. Ħadet promotion waħda dik ta' Training & Development Officer b'żieda f'salarju ta' Lm1515.

Universita' — Kors fil-Communications Studies

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li f'dawn l-aħħar tliet snin kienet tattendi kors fil-Communications Studies fl-Universita' kenitx qed issegwi dan il-kors bħala full time student u jekk tħallsitx f'kull sena l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li din l-istudenta attendiet l-kors B.Communications (Hons) full-time għal dawn l-aħħar erba' snin u ser tigradwa f'Novembru li jmiss. Informat ukoll li din l-istudenta ħadet stipendju għall-ewwel sentejn tal-kors imma ma ħaditx fl-aħħar sentejn, għax ma applikatx għalih. Informazzjoni oħra ta' natura personali ma' tistax tingħata minħabba l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. L-istudenta konċernata tista' tivverifika l-pożizzjoni tagħha mal-Bord dwar l-għotjiet ta' manteniment.
Leg 10 PQ #7888 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija fl-Awstralja — Każ ta' Sexual Harassment

Question

Billi l-Ministru għarrafna li fil-każ ta' l-allegat każ ta' sexual harassment konness ma' staff member ta' l-Ambaxxata Maltija fl-Awstralja l-akkuża kienet ġenerika u mhux ipprovata, jista' jikkonferma li l-persuna li allegatament kienet sexually harassed ġiet offruta severence pay minn uffiċjal għoli ta' l-ambaxxata biex titlaq bil-kwiet u l-każ imut fuq ommu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-persuna li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaliha ingħatat, jew ġiet offerta, xi severence pay.

Għajuna Soċjali

Question

Tista' il-Minisru tara li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jirrevedi l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament billi hi qed tikkontesta li tħallset żejjed is-somma ta" Lm582.30 għall-mard, peress li d-dipartiment qed jgħid li l-mezzi ta' din il-persuna kienu jeċċedu l-iskala?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7101 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-Awditur Ġenerali jew ir-rappreżentanti tiegħu kienux konsultati fit-transazzjonijiet li saru in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv.

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7106 li oriġinarjament saret lill-Minisru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli għall-valwazzjoni tal-proprjeta' ta' Dar Malta fi Brussels? Kemm tħallsu dawn id-ditti/aġenziji/individwi barranin u/jew Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee
Leg 10 PQ #7545 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels — Hi-Tech Security Systems

Question

Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 7104 u cioe' jgħid mill-estimi li għamel il-gvern kemm hu mistenni jonfoq fuq l-ambaxxata Maltija għall-UE f'Dar Malta fi Brussels in konnessjoni ma' l-istallar ta' hi-tech security systems, IT, telecommunications infrastructure u furniture and fittings - separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru għadu qiegħed jiġbor l-informazzjoni meħtieġa, pero' kif diġa' ddikjara l-Gvern, l-ispiża totali tar-refurbishment tal-bini kollu (li ma jinkludiex biss l-Ambaxxata tal-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti Maltija għall-Unjoni Ewropea) mhux se taqbeż iż-żewġ miljuni u nofs Maltin

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7102 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid mir-riċerki li għamlu n-nutara tal-Gvern Malti, meta nxtrat Dar Malta mill-bejjiegħa li biegħu il-proprjeta' lill-Gvern Malti u b'kemm inxtrat dakinhar? Jista' jgħid jekk skond rapporti li dehru fl-istampa, il-Gvern Malti kienx soġġett għal każ ta' spekulazzjoni fil-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Dar Malta fi Brussels — Refurbishing costs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7105 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra estimi dettaljati tar-refurbishing costs li mistennija jsiru fuq Dar Malta fi Brussels qabel ma din tkun tista' issir operational?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

San Ġwann — Skola primarja Santa Bernardetta - studenti

Question

Billi ħafna tfal ji jmorru St. Bernardette Primary School f'San Ġwann jitwasslu bil-privates u bil-mini vans għal ħabta tat-8.00 a.m. u l-gate ta' l-iskola mhix tinfetaħ qabel it-8.20 a.m., jistgħu jsiru arranġamenti biex il-gate tinfetaħ qabel ħalli dawn it-tfal ma jibqgħux jistennew mit-8.00 a.m. 'il quddiem fuq il-bankina bil-perikli kollha li wieħed jista' jimmaġina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bl-għajnuna tal-Puluzija ta' San Ġiljan u tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann, qed tingħalaq parti minn Triq l-Iskola permezz ta' barriers li nxtraw mill-Kunsill Lokali. Dawn il-barriers jinżammu fl-iskola u jitpoġġew fil-għodu u wara nofs in-nhar meta t-tfal ikunu se jidħlu l-iskola jew joħorġu mill-iskola. Barra minn hekk fit-tarf ta' Triq it-Talipan ma' Triq l-Iskola se jsiru bollards tal-ktajjen . B'hekk karozzi privati li jwasslu lit-tfal minn Triq it-Tulipan ma jkollhomx aċċess għal Triq l-Iskola. Is-sinjal tat-traffiku li jinsabu fit-tarf ta' Triq it-Tulipan kantuniera ma' Triq l-Iskola li jindikaw li ma jistgħux jgħaddu karozzi waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal se jinqalgħu u jitwaħħlu aktar l-isfel fi Triq it-Tulipan. Qed ikun hemm ukoll puluzija preżenti waqt id-dħul l-ħruġ tat-tfal. Informat ukoll li l-bieb ta' l-iskola qed jinfetaħ kif inhu stipulat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jiġifieri fit-8.20a.m.