Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta’ impjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f’dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta’ karozza uffiċjali li, f’ċertu ċirkostanzi, tista’ ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b’karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta’ karozzi, li f’ċertu każijiet ikunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm żewġ karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b’liema rati dawn qed jinkrew tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta’ karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm2,447.89.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (BORG, TONIO)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' impjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarjat Privat tal-Ministru u l-Assistant Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu 'transport allowance' minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għal numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa hemm 7 karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' korozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm17,140.58.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju/a Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju/a Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minnflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, m'hemmx karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 jammonta għal Lm697.25 u dawn intefqu fil-perjodu bejn Jannar u Marzu 2004.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 8888 u cioe' tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn April 2003 sal-lum? Tista' wkoll tindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fil-lista annessa.
Sezzjoni
Taxxi ġodda
Minn April 2003 sal-lum
Tariffi ġodda
Minn April 2003 sal-lum
Kemm kien il-valur tal-miżata qabel April 2003
Kemm hu l-valur tal-miżata wara April 2003
Sports Complex
Novembru 2003
Annual membership for pupils to use the sports complex facilities on Saturdays
Lm 7
Lm 10
Culture Section
Kiri ta’ armar
Arbli tal-Ħadid Lm1.00 il-waħda
Platforms Lm1.00 il-waħda
Palk (13ft x 13ft) Lm20
Palk (20ft x 40ft) Lm50
Tined (Gazeebos) Lm25.00 il-waħda
Exhibition Boards Lm5.00 il-waħda
Taraġ tal-Kor Lm20
Twapet Ħomor Lm5.00 il-wieħed
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8886 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8891 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti minn April 2003 sal-lum mid-Diviżjonijiet / Dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru huma hekk kif ġej:
Minn Ġunju 2004 fid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja beda jitħaddem ‘mobile incinerator’ u ġiet applikat miżata ta’ bejn Lm15 u Lm25 għal kull żiemel li jiġi maħruq – (skond id-daqs taż-żiemel).
Saru xi bidliet fil-ħlas ta' reġsitrazzjoni ta' bastimenti tas-sajd. ara Avviż Legali 407 ta’ l-2004. Il-kumpanija Wasteserv Malta Limited, fl-ewwel ta’ Jannar 2004, introduċiet it-tariffa fuq l-iskart solidu (Municipal Solid Waste), meta dan l-iskart ikun imħallat, ta' Lm1 (ex VAT) kull tunnellata.
Fil-każ ta’ rimi ta’ l-iskart mil-industrija tal-bini, fil- 29 ta’ Marzu 2004 it-tariffi għolew min 33ċ (ex VAT) għal 62c (ex VAT) kull tunnellata. Dawn it-tariffi reggħu għolew fl- 1 ta’ Novembru fejn telgħu għal 92c (ex VAT) kull tunnellata.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8890 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8889 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra malli tkun lesta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8968 u cioe' jgħid jekk il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent? Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS? Jekk fl-affermattiv kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni?
Fid-dawl tat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija? Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances, u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8802 u 8933 u cioe' jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji dwar l-obbligi kuntrattwali li għandu l-gvern mal-Perit Richard England dwar il-proġett tat-Teatru Rjal u l-madwar? Kemm tħallas s'issa, meta tħallas, ta' xiex tħallas u taħt liema kundizzjonijiet u meta mistennija jsiru pagamenti oħrajn lilu?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8892 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8881 u 9044 u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8854 u 9039 u cioe' jista' il-Ministru jikkonferma li l-ġbir ta' l-arretrati tal-Korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa? Jikkonferma li l-uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar? X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas ta' dawn il-kontijiet pendenti? Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8854 u cioe' jikkonferma li l-ġbir ta' l-arretrati tal-Korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa? Jikkonferma li l-uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar? X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas ta' dawn il-kontijiet pendenti? Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8883 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-miżati li daħħal l-MCAST huma dawk mill-istudenti barranin u mill-korsijiet part-time. Il-miżata għall-istudenti barranin hija ta' Lm1,200 kull sena. Il-Kuleġġ iċċarġja Lm1,100 fis-sena 2003 (bir-rata tas-sena 2002).
Informat wkoll li fl-Universita' ddaħlu dawn il-korsijiet ġodda u b'hekk miżati ġodda :
Master of Psychology Lm1500
Ba fil-Kriminoloġija Lm 250
Microsoft Certified Systems Engineer Lm 300
Developer Ca.Net Lm 250
VB.Net Lm 300
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8885 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8881 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 18/11/2004PM)
(Seduta Numru: 190)
Tista' il-Ministru jekk jogħġobha tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn April 2003 sal-lum? Tista' wkoll tindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, mid-data ndikata.