Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8890 u 9254 u cioe jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8889 u 9255 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru.8889 u 9255 hija kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi tal-Kiri
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarji huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru, u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjat tal-Ministri huma wkoll intitoli għal numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm tliet (3) karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm6,871.11
Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tagħha bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tagħha? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta’ mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f’dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta’ karozza uffiċjali li, f’ċertu ċirkostanzi, tista wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu ‘transport allowance’ minflok ma jiġu pprovduti b’karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta’ karozzi, li f’ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa hemm 3 karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b’liema rata qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta’ karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm5,715.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Guidelines dwar l-inġaġġ ta' impjegati fis-Segretarjati tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolati għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu 'transport allowance' minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm karozza waħda (1) mikrija li qed tintuża fis-Segretarjat tiegħi. Hija mikrija mingħand TOP-CAR Ltd, Qormi, bir-rata ta' Lm5 kuljum.
L-ammont totali min fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm1612.91.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjat tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkosanzi, tista ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa hemm disa' karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm 11,144.
Minn fejn jinkrew
Rata
ACE Car Hire Limited
Lm 6
ACE Car Hire Limited
Lm 5
ACE Car Hire Limited
Lm 5
ACE Car Hire Limited
Lm 4
ACE Car Hire Limited
Lm 4
ACE Car Hire Limited
Lm 4
ACE Car Hire Limited
Lm 4
ACE Car Hire Limited
Lm 4
Ma jaħsibx il-Ministru li l-gvern għandu jikkonsidra li jintroduċi legalizzazzjoni biex tirristrinġi r-reklami tal-junk food kif għamlu pajjiżi oħrajn ħalli jiżgura saħħa aħjar għat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
DG SANCO, dan l-aħħar organiżża Obesity Roundtable (29 October 2004) sabiex tiġi diskussa r-rata allarmanti ta' obeżita' fost il-popli tal-pajjiżi Ewropej, speċjalment fost it-tfal. Waħda mill-affarijiet diskussi kienet l-effett tar-riklamar ta' l-ikel fuq it-tfal. Malta beħsiebha timxi mar-rakkommandazzjonijiet li jistgħu joħorġu mill-ħidma ta' DG Sanco u timplimenta programmi u liġijiet skond il-konklużżjonijiet ta' l-esperti fi ħdan DG Sanco.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi mill-pulizija dwar garage li hemm f'Watar Street, Ta' Xbieb li fih regolarment isiru abbużi ta' sess u droga, b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant qed ikun investigat.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8854 u 9039 u cioe' jista' il-Ministru jikkonferma li l-ġbir ta' l-arretrati tal-Korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa? Jikkonferma li l-uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar? X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas ta' dawn il-kontijiet pendenti? Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa intitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali, li f'ċertu ċirkostanzi, tista' ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawk intitolati għall-użu ta’ karozza uffiċjali jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm 3 karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi u 1 fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd. L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jammonta għal Lm 2,645.74. Minn-naħa tas-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd l-ispiża li saret għall-kiri ta' karozzi kienet ta' Lm 1,098.44.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozzi tal-Kiri
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-karozzi jinkrew wara proċess ta' tender pubbliku minn Sundrive Rentals. Nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi għall-Mistoqsija numru 8355, f'Seduta 188 għall-kumplament tal-Mistoqsija.
Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tagħha bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tagħha? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta’ mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f’dawn is-Segretarjati huwa ntitolati għall-użu ta’ karozza uffiċjali li, f’ċertu ċirkostanzi, tista ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistant Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b’karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta’ karozzi, li f’ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa mhemmx karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi.
Ma kien hemm l-ebda spiża ta’ kiri ta’ karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħzlu li jieħdu 'transport allowance' minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa hemm 4 karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informażżjoni dwar minn fejn u b'liema rata dawn qed jinkrew hi kif ser nigħd:
Kuntrattur Nru ta' Vetturi Rata p.d.
Joe's Garage 2 Lm4.03
Fremond Ltd 2 Lm7.61
Tnejn min dawn qed qed jintużaw għall-użu ġenerali tas-Segretarjat.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm7640.
Kompetittiivita' u Komunikazzjoni — Karozzi tal-Kiri
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministeri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm tlett karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi, tnejn minn għand John's Garage bir-rata ta' Lm4.45 kuljum u oħra minn għand Wembley Garage bir-rata ta' Lm135 kull xahar.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm3,698.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm erba' (4) karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. Dawn inkrew mingħand Auto Rentals Co. Ltd. u huma ta' żewġ tipi:-
3 karozzi ta' Tip A: Lm3.89ċ kuljum
1 karozza ta' Tip B: Lm4.92ċ kuljum
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm2815.48ċ.
Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9238.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8881 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li qed tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari 9238.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8968 u 9235 jista' il-Ministru jgħid jgħid jekk il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent? Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS? Jekk fl-affermattiv kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni?
Fid-dawl tat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija? Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances, u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
F'Marzu 2003, il-persuna msemmija flimkien mac-Chairman tal-Public Broadcasting Services Limited, kienu mistiedna tal-British Council biex iżuru diversi stazzjonijiet tal-BBC fl-Ingilterra. Parti mill-ispejjeż konnessi ma din iż-żjara kienu mħallsa mill-PBS, kif jidher fil-lista mehmuza.
Għat tieni parti tal-mistoqsija nikkonferma li dan ifisser li minn Settembru 2004 il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpanija.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew nies boarded-out sena b'sena mill-1998 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Ewwel Parti tat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 7150 f'Seduta Numru 185. Ninsab infurmata li n-numru ta' talbiet ġodda milqugħa fis-snin indikati għall-Pensjoni għall-Invalidita', mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.