Jista' il-Ministru jikkonferma jekk minor staff detailed mal-Heritage Malta jistgħux jiġu trasferiti fuq talba tagħhom stess ma' dipartimenti oħrajn tal-gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-minor staff detailed ma' Heritage Malta jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom stess bil-miktub ma' dipartimenti oħrajn tal-Gvern. Din it-talba trid tiġi mibgħuta lill-Management Personnel Office (MPO), għall-approvazzjoni, jekk ikun il-każ ta' l-istess Uffiċju.
Matul is-sena 2005, jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern dwar ftuħ u/jew għeluq ta' ambaxxati apparti mill-għeluq ta' dik ġewwa l-Ungerija?
S'issa l-kumitat bi tħejjija għas-CHOGM summit ta' Malta tal-Commonwealth li ġie maħtur mill-Gvern Malti kemm-il darba ltaqa'? Kemm saru liaison meetings ma' l-uffiċjali tal-Commonwealth?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Dan il-Kumitat iltaqa' erba' darbiet fuq livell plenarju. Saru diversi laqgħat oħra fuq livell ta' Working Groups fuq suġġetti speċifiċi.
Sa' issa saru sitt laqgħat ma' uffiċċjali tal-Commonwealth.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija titħabbar il-ħatra ta' l-ambaxxatur ġdid ta' Malta għall-Ingilterra? Min se tkun il-persuna nominata mill-Gvern Malti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Din id-deċiżjoni ser titħabbar flimkien ma' ħatriet ta' ambaxxaturi oħrajn.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9706 u cioe' jikkonfermax li nbdew proċeduri biex jintlaħaq ftehim dwar tassazzjoni doppja ma' l-Israel? Jekk iva, f'liema stadju waslu t-taħdidiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li saru kuntatti bl-iskop li jibdew negozjati għal ftehim dwar tassazzjoni doppja bejn Malta u Israel. Biss għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim meta dawn in-negozjati għandhom jinbdew.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Ċiniżi fil-foundation courses fis-snin 2002-2004 sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Ċiniżi fil-Foundation Studies Course ta' l-aħħar tlett snin huwa ta' :
Sena Numru ta' Studenti
2002/2003 31
2003/2004 68
2004/2005 68
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Ċiniżi fl-Universita' ta' Malta fis-snin 2002-2004 sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Ċiniżi fl-Universita' ta' Malta f'dawn l-aħħar tlett snin huwa :
Sena Numru ta' Ċiniżi
2002/2003 65
2003/2004 120
2004/2005 218
Pulizija — Ċiniżli li applikaw għar-residence permits
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Ċiniżi li applikaw għar-residence permits fis-snin 2002-2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates irċieva matul il-perjodu 1 ta' Jannar 2002 - 30 t'April 2004 mingħand persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża għal permess ta' residenza pemanenti, taħt l-iskema li kienet tnehdiet mill-Gvern fl-1988, hu kif jidher hawn taħt.
Numru ta' applikazzjonijiet
Numru ta' persuni nvoluti
2002
48
106
2003
171
519
2004
178
243
Mill-1 ta' Mejju 2004 ir-responsabbilita' għall-ħruġ ta' dawn il-permessi għaddiet għand id-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Għalhekk l-informazzjoni dwar il-perjodu 1 ta' Mejju 2004 - 31 ta' Diċembru 2004 għandha tintalab lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Ċiniżi li applikaw għall-work permits fis-snin 2002-2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' impjieg ġodda kif ukoll għal tiġdid (extensions) ta' liċenzji li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates irċieva matul il-perjodu 2002-2004 huwa kif jidher hawn taħt.
Numru ta' applikazzjonijiet għal
liċenzji ġodda
Numru ta' applikazzjonijiet għal tiġdid ta' liċenzji (
extensions
)*
2002
68
152
2003
141
143
2004
166
183
* Uħud minn dawn l-applikazzjonijiet huma talbiet biex jiġġeddu l-istess liċenzji li jidhru fl-ewwel kolonna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Ċiniżi li ġeddew ir-residence permits tagħhom fis-snin 2002-2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li residence permits (permessi ta' residenza), maħruġa taħt l-iskemi relattivi mnehdija mill-Gvern matul is-snin, jinħarġu għal żmien indefinit. Għalhekk mhux il-każ li dawn il-permessi jiġu mġedda. Jistgħu jaqgħu biss jekk il-persuna konċernata titlob hi stess li tirtira l-permess jew ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet marbuta mal-permess.
X'inhi r-raġuni li Malta għandha għadd kbir ta' protokolli u konvenzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa x'tirratifika? Meta beħsiebha tagħmel dan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qabel tiġi ratifikata Konvenzjoni, għandhom jittieħdu dawn il-miżuri, fosthom:
1. Studju ta' l-obbligi li jinsabu taħt il-Konvenzjonijiet jew Protokolli;
2. Dan l-istudju jinkludi fih eżami tal-liġijiet nazzjonali li huma neċessarji sabiex jiġu implimentati u infurzati l-obbligi msemmija hawn fuq;
3. Dan l-eżerċizzju isir mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, flimkien mal-Ministeri, b'mod partikolari ma' l-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-obbligi li jinsabu taħt il-Konvenzjonijiet u l-Protokolli;
4. Iridu jiġu studjati wkoll l-obbligi finanzjarji li jidħlu fis-seħħ għal Malta meta tirratifika Konvenzjonijiet u Protokolli.
Għaldqastant jidher ċar illi il-proċess sabiex Malta tirratifika u ssir Membru ta' dawn il-Konvenzjonijiet u Protokolli huwa wieħed intensiv u li għalih hemm bżonn ċertu żmien.
Barra min hekk bħalissa diversi Ministeri kkonċernati qegħdin jadottaw il-proċess hawn fuq imsemmi fuq ħdax-il Konvenzjoni u Protokolli.
Malta irratifikat 72 protokoll u/jew konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa mill-Indipendenza l'hawn. Fis-snin bejn l-1998 u l-2003, Malta ratifikat 16-il konvenzjoni u/jew protokoll. Fis-snin bejn 1996 u 1998, Malta ratifikat protokoll/konvenzjoni waħda.
Jista' i-Ministru jikkonferma li l-Ministeru waqqaf working group on the Israeli/Palestinian conflict? Jekk iva min huma l-membri tiegħu u min huwa c-chairman tal-grupp? Dawn il-laqgħat ġieli jinkludu teleconferencing?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Ministeru tiegħi dan l-aħħar waqqaf diversi working groups u fosthom hemm working group on the Israeli/Palestinian Conflict. Iċ-Chairman ta’ dan il- working group huwa s-Sur Victor Camilleri, Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti għall-Gnus Magħquda filwaqt li l-membri huma l-Professur Henry Frendo, Dr Abraham Borg, is-Sur John Inguanez u s-Sur Pierre Mallia.
Iċ-Chairman u l-membri kollha tal-Working Group qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom bla ebda remunerazzjoni. Dan japplika partikolarment għal Professur Henry Frendo billi ċ-Chairman u l-membri l-oħra huma ngaġġati fulltime mal-Ministeru. Dan il-Working Group twaqqaf fl-20 ta' Settembru 2004.
Twaqqaf ukoll WTO working group u working group on International Candidatures.
Il-Working Group dwar WTO twaqqaf fl-1 ta' Ottubru 2004 u qed jitmexxa miċ-Chairman u Ambaxxatur Saviour Borg. Bħala membri u rapprezentanti tal- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin hemm Charles Galea u Vannessa Camilleri, mill-Ministeru tal-Finanzi, is-Sur Joe Rapa, mill-MFSA, Dr David Fabri, mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u l-Komunikazzjoni, is-Sur Godwin Warr, u mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Affarijiet Rurali, is-Sur Martin Bugelli.
Il-Working Group on International Candidatures twaqqaf fit-28 ta' Settembru 2004 u għandu bħala Chairman lill- Ambaxxatur Walter Balzan. Il-membri huma, id-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Affarijiet Multilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew Rapprezentant tiegħu, id-Direttur ta' Relazzjonijiet Bilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew Rapprezentant tiegħu, l-Ambaxxatur Salvinu Busuttil, l-Ambaxxatur John Lowell, l-Ambaxxatur Victor Camilleri, u lis-Sur Paul Radmilli bħala segretarju.
It-terms of reference tad-WTO Working Group huma:
i. discuss and resolve WTO issues, particularly those impinging on Maltese interests;
ii. assume responsibility for inter-Ministerial coordination;
iii. prepare briefs and working documents for policy decisions required for,
inter alia
, COREPER and GAERC meetings (policy decisions would obviously still require endorsement at a political level);
iv. report on matters that require line-Ministry technical expertise;
v. liaise with other officials in other Ministries and arrive at one consolidated decision.
vi. monitor all proceedings and decisions taken within WTO and the EU, and highlight those issues of direct relevance to Malta
It-terms of reference tal-working group on International Candidatures huma:
i. identify which posts are available in each organisation (other than European Union), including those that are to become available twelve months in the future
ii. liaise with MFA officials and in particular the MFA secretariat with a view to identifying Maltese individuals who are suitable for, and interested in these positions
iii. co-ordinate its work systematically, regularly and effectively with other parties interested in candidatures for the international organisations while keeping a central role in managing this important sector
iv. lobby effectively, in conjunction with Malta’s missions abroad, the states, organisations, individuals and/or other entities who have influence and/or voting rights in connection with each position as and when it becomes available
v. recommend to the Minister which of those candidates promoted by other states Malta should support both as a quid pro quo or for other unrelated reasons
vi. maintain an up-to-date and user friendly database that monitors and tracks accurately and comprehensively both the progress of each individual Maltese candidate and which foreign candidates Malta has supported in return
vii. establish a computerised catalogue of the vacancy notices issued by the main International Organisations that records some of the mains eligibility requirements for each vacancy notice, profession, previous experience, languages, academic qualifications etc
viii. suggest and, where necessary, implement new and innovative strategies designed to increase Malta’s effectiveness in promoting our candidates in International Organisations other than the European Union
Dawn il-Working Groups jintegraw aktar uffiċjali li qed iservu barra minn Malta fix-xogħol tal-Ministeru u wkoll jieħdu benefiċċju minn expertise ta’ persuni li ma jiffurmawx parti mill-Ministeru.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-fatt saret laqgħa li inkludiet teleconferencing
Il-Gvern ħa sehem fl-Israel Telecom 2004 Conference li nżamment f'Tel Aviv fl-ewwel nofs ta' Novembru? Jekk iva minn min kien irrappreżentat u x'sehem kellu l-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni fil-Fiera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
General Fisheries Commission for the Mediterranean
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-lobbying tagħha biex toffri lil Malta bħala sit għas-segretarjat tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean Malta hix qed toffri bħala premises alternattivi jew it-torri ta' San Tumas jew il-Palazz Ta' Spinola? X'feedback kellu i-Gvern Malti s'issa għal din il-bidmeta wieħed iqis li l-Italja u Spanja wkoll huma nteressati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nikkonferma li t-Torri ta’ San Tumas qed jiġi offrut bħala s-sit għall-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd tal-Mediterran.
X'kienet ir-rejazzjoni tal-Gvern Malti għall-proposti ta' riformi tal-Ġnus Magħquda li tħejjew dan l-aħħar mill-working group maħtur minn Kannan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ir-Rapport tal-working group li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, fih 101 rakkomandazzjonijiet dwar proposti ta' riformi li jolqtu diversi aspetti fis-sistema tal-Ġnus Magħquda, fosthom sigurta', d-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp, s-saħħa u għajnuna umanitarja. Ir-rapport jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet għal tibdil f'organi prinċipali tal-Ġnus Magħquda, inkluż riformi fil-Kunsill tas-Sigurta'.
Is-Segretarju Ġenerali Annan bi ħsiebu juża r-rakkomandazzjonijiet li hemm, kemm f'dan ir-rapport, kif ukoll f'rapporti oħra li ħerġin dalwaqt, biex f'Marzu tal-2005 iressaq proposti għall-aġenda għas-Summit li ser isir f'Settembru 2005, f'għeluq il-ħames sena mill-adozzjoni tal-Millenium Declaration tal-Ġnus Magħquda.
Il-Gvern Malti jilqa b'sodisfazzjon din l-inizjattiva tas-Segretarju Ġenerali li għandha l-għan li l-Ġnus Magħquda tissaħħaħ fil-ħidma tagħha. Fil-prinċipju il-Gvern jaqbel ħafna mal-mod kif ir-rapport tal-High Level Panel jemfasizza l-importanza tal-multilateraliżmu fir-relazzjonijiet internazzjonali, u jinsisti fuq ir-rabta intima li hemm bejn aspetti ta' sigurta' u aspetti ta' żvilupp.
Fl-istess ħin il-Gvern iħoss li għadu kmieni sabiex jirreaġixxi b'mod speċifiku għad-diversi rakkomandazzjonijiet importanti u interessanti magħmula f'dan ir-Rapport. Għaldaqstant il-Gvern Malti qed jeżamina dawn ir-rakkomandazzjonijiet u qed isegwi mill-qrib u jieħu sehem fil-laqgħat u diskussjonijiet li qegħdin jinżammu fl-ibliet kapitali fejn hemm preżenti l-Ġnus Magħquda fosthom fi New York, f'Ġinevra u Vjenna. Tajjeb li jingħad ukoll li r-Rappreżentanti Maltin qegħdin wkoll jieħdu sehem fid-diskussjonijiet li qegħdin isiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nies li jieħdu l-pilloli Anafranil ġew informati li dawn il-mediċini ilhom out of stock mill-isptar San Luqa minn Lulju li għadda? Dan minnu, u jekk iva għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-pilloli Clomipramine 25mg (Anafranil) mhumiex out of stock mill-Isptar San Luqa. Id-dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern xtara 283,976 pilloli Clomipramine 25mg li jiġu ekwivalenti għal ħażna ta' ħames xhur.
Konvenzjonijiet u protokolli tal-Kunsill ta' l-Ewropa
Question
Kemm hemm u liema huma dawk il-konvenzjonijiet u protokolli tal-Kunsill ta' -Ewropa li għadhom ma ġewx ratifikati mill-Parlament Malti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B'referenza għall-mistoqsija numru 9549, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 123 Trattat tal-Kunsill ta' l-Ewropa li ma ġiex irratifikat minn Malta.
Kopja tal-lista ta' dawn il-123 Trattat hija hawnhekk mehmuża.
Jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea bħal Spanja, il-Ġermanja u l-Italja, jixtru kwantitajiet kbar ta' żejt mil-Libja filwaqt li Malta ma tagħmilx dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat li pajjiżi oħra bħall- Spanja, l-Italja u l-Ġermanja qegħdin jixtru żejt mhux raffinat u qegħdin jirrafinawħ f'raffineriji tagħhom stess li għandhom il-kapacita jnaqqsu ħafna sulphur content fil-prodott finali .
Malta m għadhiex dawn ir-raffineriji.