Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #10441 Sitting 234 2005-02-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile phones

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nefaq il-ministeru tagħha fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija hawn taħt: Novembru 2004 Lm504.46 Diċembru 2004 Lm409.57

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi nefaq fuq mobile phones Lm339.38 fix-xahar ta' Novembru 2004. Dan jinkludi wkoll telefonati internazzjonali waqt xogħol uffiċjali barra mil-pajjiż. Il-figura għax-xahar ta' Diċembru 2004 għadha qed tinħadem.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004, ntefqu LM235.57 u LM280.91 rispettivament fuq servizzi ta' mobile phones.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq mobile phones fix-xahar ta' Novembru 2004 kienet ta' Lm 2655.15. Peress li l-kontijiet ta' Diċembru għadhom ma waslux, ma tistax tingħata risposta dwar l-ispiża għal dan ix-xahar.

Żvilupp Urban u Toroq — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi n-nefqa tal-Ministeru tiegħi fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru ta' l-2004 kienet :- - Novembru 2004 Lm 955.78 - Diċembru 2004 Lm 930.05 Total Lm1885.83

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul ix-xahar ta' Novembru, il-Ministeru nefaq is-somma ta' Lm548.04 fi ħlas ta' mobile phones. Il-kontijiet għax-xahar ta' Diċembru għadhom ma waslux u għaldaqstant mhux possibli illi f'dan l-istadju jingħata rendikont tagħhom.
Leg 10 PQ #10436 Sitting 233 2005-02-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'Novembru u Diċembru 2004 il-Ministeru ħallas LM9,439.35 f'kontijiet ta' mobile phones.
Leg 10 PQ #10437 Sitting 233 2005-02-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura nefaq Lm 1,104.31 għax-xahar ta' Novembru 2004 fuq mobile phones. Il-kontijiet għax-xahar ta' Diċembru għadhom ma waslux.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kunsilli lokali — Allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' l-ammonti li tnaqqsu mill-allokazzjoni finanzjarja ta' kull kunsill lokali wara l-miżura li kien ħa l-gvern f'Lulju 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’konsegwenza għall-miżura ta’ reviżjoni ta’ l-Estimi Finanzjarji tal-Gvern għas-sena 2004, l-ammont ta’ Lm 536,000 ġie imnaqqas mill-Ministeru tal-Finanzi għar-rigward tal-fondi allokati lill-Kunsilli Lokali. Peress li kien hemm ammont ta’ allokazzjoni finanzjarja miżmuma għal skop ta’ eGovernment, liema ammont ma kienx allokat fl-ewwel tranche lill-Kunsilli Lokali, dan l-ammont (Lm 286,000) ġie mnaqqas awtomatikament mill-Ministeru tal-Finanzi biex jagħmel tajjeb għall-parti mit-tnaqqis skond l-Estimi riveduti. B’riżultat ta’ dan l-ammont attwalment imnaqqas Kunsill Kunsill hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta' min jgħid li matul l-2003-2004, il-Kunsilli Lokali ingħataw Lm912,239 minn sorsi oħra (eż. devoluzzjonijiet); kif ukoll li 142 ħaddiema mill-ex-tarznari (IPSC) tqassmu bejn il-kunsilli, mingħajr ma' l-Kunsilli ħallsu għas-salarji tagħhom.
Leg 10 PQ #10394 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għalqu lukandi sena b'sena mill-1999 sas-sena 2004? Liema kienu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-settur tal-lukandi f’pajjiżna għaddej minn perijodu ta’ ristrutturazzjoni li qed iwassal biex jitjieb sostanzjalment il-prodott turistiku tagħna. B’hekk, wieħed jara li bejn l-1999 u l-2005 is-sodod fil-lukandi 5 star prattikament irduppjaw u dawk fil-lukandi 4 star żdiedu b’iżjed minn 3,000 sodda. Fl-istess perijodu naqsu s-sodod fil-lukandi 3 star u 2 star. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

WSC — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru b'kollox u kemm saru f'kull gazzetta riklami li dehru fl-aħħar ġimgħat dwar il-miżura mħabbra fil-budget dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u kemm kienet l-ispiża totali fuq dawn ir-riklami? Jista' jaqsam ukoll din l-ispiża għal kull gazzetta li fuqhom dehru r-riklami?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħasset li għandha tinforma aktar lill-pubbliku dwar il-miżura imsemmija billi tagħmel serje ta' riklami fil-gazzetti kollha. Għaldaqstant, il-KSI għamlet 30 riklam b'kollox. L-ispiża totali (inkluz il-VAT) mistenni jammonta għal LM3,842.62. Riklami saru kif jidher fit-Tabella li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

PBS — Financial Statements and Reports

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9995 u 10051 u cioe' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies? Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Delegazzjoni Presidenzjali Fir-Repubblika Ċeka

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10156 u cioe' jikkonfermax li d-delegazzjoni Presidenzjali li żaret ir-Repubblika Ċeka dan l-aħħar marret b'titjira charter ta' l-Air Malta? Apparti mid-delegazzjoni Presidenzjali u membri ta' l-istampa, kemm kien hemm preżenti passiġġieri fuq it-titjira?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li d-delegazzjoni Presidenzjali li żaret ir-Repubblika Ċeka marret b'titjira charter ta' l-Air Malta. Fuq din it-titjira , barra mid-delegazzjoni Presidenzjali u l-membri ta' l-istampa kien hemm ukoll passiġġieri oħra.

Delegazzjoni Presidenzjali fir-Repubblika Ċeka

Question

Jikkonferma l-Ministru li d-delegazzjoni Presidenzjali li żaret ir-Repubblika Ċeka dan l-aħħar marret b'titjira charter ta' l-Air Malta? Apparti mid-delegazzjoni Presidenzjali u membri ta' l-istampa, kemm kien hemm preżenti passiġġieri fuq it-titjira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #10157 Sitting 226 2005-01-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjara Presidenzjali fir-Repubblika Ċeka

Question

Tista' titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja bl-Ingliż tad-diskorsi li saru mill-President Malti u dak tar-Repubblika Ċeka waqt l-ikla jew l-ikliet statali li saru?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja bl-Ingliż tad-diskorsi li saru mill-President Malti u dak tar-Repubblika Ċeka waqt l-ikla statali.

Immigranti Illegali — Grupp Terroristiku Al Qaeda

Question

Fid-dawl tar-rapporti li kien hemm dan l-aħħar fl-istampa internazzjonali, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi kuntatti ma' l-awtoritajiet Taljani dwar il-possibbilta' li xi immigranti llegali li marru l-Italja minn Malta seta kellhom xi rbit jew konnessjonijiet mal-grupp terroristiku Al Qaeda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda talba għall-assistenza lill-Pulizija Maltija mill-Awtoritajiet Taljani dwar is-suġġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.