Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS — Financial Statements & Reports

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10657 u cioe' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies? Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-financial statements and reports ta' PBS Ltd għas-sena 2003 mistennija jkunu reġistrati għand ir-Registrar of Companies fi żmien gimgħatejn oħra. L-Accounts għas-sena 2004 għadhom m'humiex auditied.
Leg 10 PQ #10722 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU UNSG

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10539 u cioe' jgħid x'reazzjoni kien hemm fi ħdan l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż l-ambaxxaturi akkreditati għall-Unjoni, dwar il-UNSG report of the high level panel on UN Reform? Kien hemm xi riżervi dwar xi setturi jew opsma speċifiċi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-report of the UN High Level Panel on UN reform s’issa kien diskuss f’livell ta’ working groups u għadu ma ġiex eżaminat f’livell ta’ ambaxxaturi. Madankollu, fil-laqgħa tal-Kapijiet tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea tas-16 u 17 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew ħa nota tar-rapport u esprima opinjoni pożittiva fuq l-istess rapport. Il-kapijiet Ewropej faħħru partikolarment il-mod komprensiv kif dan ir-rapport jeżamina s-suġġett ta’ sigurta` kollettiva. F’intervent li l-Ambaxxatur tal-Lussemburgu għamel fil-Ġnus Magħquda fi New York fis-27 ta’ Jannar 2005 f’isem l-Unjoni Ewropea, dan saħaq fuq l-importanza li l-Unjoni tagħti lid-dimensjoni multilaterali u faħħar il-mod kif il-High Level Panel Report jagħraf li l-isfida fir-relazzjonijiet internazzjonali għandha diversi dimensjonijiet li ma jirrispettawx fruntieri u li l-aspetti kollha ta’ żvilupp u ta’ sigurta` huma marbuta intimament flimkien. F’dan l-ispirtu, wieħed jista’ jgħid li l-UE laqgħet mingħajr riservi dan ir-rapport fil-linji ġenerali tiegħu. Fl-istess ħin ġie osservat li xi aspetti ta’ dan ir-rapport ma ġewx indirizzati fl-istess dettal daqs oħrajn. L-UE se tkompli l-eżami tar-rakkomandazzjonijiet li fih ir-rapport fil-ġimgħat li ġejjin.

Pensjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10535 u cioe' billi l-anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ilu żmien rikoverat f'St. Vincent de Paule u billi m'għadx hemm familjari joqogħdu f'dak l-indirizz, x'inhi r-raġuni li minkejja li l-persuna l-oħra - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha żmien twil titlob biex il-pensjoni tintbagħat fl-indirizz ta' dan ta' l-aħħar billi għandha prokura fuq iċ-cheque tal-pensjoni ta' l-anzjan, it-Teżor xorta waħda qed jibqgħu jibagħtu ċ-cheques fl-indirizz antik ta' l-istess anzjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

PBS — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamnetari 10462 u cioe' jgħid kemm hemm ħaddiema bħalissa fil-PBS skond ir-rank u d-dipartiment tagħhom? Kemm ġie jiswa lill-gvern u lill-PBS il-proċess ta' ristrutturar tal-kumpannija? Kemm hemm kontributuri u part-timers mal-PBS bħalissa? Kemm qed tlaħħaq l-ispiża totali tal-kontributuri bħalissa kif ukoll tal-programmi li qed jiġu farmed out, possibbilment skond il-qasam rispettiv tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #10726 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konferenza nazzjonali dwar l-immigrazzjoni rregolari

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma kienx hemm uffiċjali għolja tal-ministeru preżenti għall-konferenza nazzjonali dwar l-immigrazzjoni rregolari?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-ebda uffiċjal għoli mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma kien mistieden. Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kien mistieden iżda kien imsiefer fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern. Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l- Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, dejjem iżommu kuntatt kontinwu, kemm bejniethom, kif ukoll bejn il-Ministeri rispettivi tagħhom, biex jikkordinaw l-azzjoni tagħhom f'din il-materja.
Leg 10 PQ #10540 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Unctad Reform

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-EU non paper on Unctad reform?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'Diċembru tal-2004, il-Presidenza Olandiża, ippreżentat lid-Delegazzjonijiet Permanenti ġewwa Ġinevra, Non-Paper, intitolata 'Non-Paper on forward-oriented prospectives for UNCTAD'. F'dan id-dokument il-Presidenza enfasizzat il-bżonn li jkun hemm diskussjoni dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-konfront tax-xogħol tal-UNCTAD. Il-Presidenza talbet lid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex jikkunsidraw iż-żewġ għażliet hekk kif proponuti fl-imsemmija Non-Paper. Fi kliem ieħor, id-delegazzjonijiet ġew mitluba jagħżlu jekk l-Unjoni għandhiex tħalli l-istatus quo jew inkella tagħmel sforzi ġenwini sabiex jiġu introdotti ideat ġodda, kemm mil-lat sostantiv kif ukoll minn aspett proċedurali. Id-Delegazzjoni Maltija ġewwa Ġinevra, fir-risposta li tat lill-Presidenza Olandiża, indikat li l-Gvern Malti jaqbel li l-Unjoni għandha tagħmel sforz biex jiġu introdotti ideat fl-ambitu tal-UNCTAD, il-budget li jmiss, l-iżviluppi fid-Doha Development Round, kif ukoll ir-Riforma tal-Ġnus Magħquda. Id-Delegazzjoni Maltija enfasizzat ir-rwol importanti li l-UNCTAD għandha fl-ambitu tal-Millenium Development Goals u r-Riforma tal-Ġnus Magħquda. Filwaqt li qablet mal-Presidenza li għandu jkun hemm lista ta' prioritajiet, id-Delegazzjoni Maltija ssuġġeriet li pajjiżi li ma jaqgħux fil-kategorija ta' Pajjiżi l-Inqas }viluppati (LDCs) u li lanqas m'huma fil-kontinent Afrikan, xorta għandhom bżonn l-assistenza speċjalizzata tal-UNCTAD. Dan il-punt ġie msemmi għaliex il-Presidenza fin-Non-Paper tagħha, għamlet riferenza biss għall-pajjiżi l-inqas żviluppati u għall-Afrika u b'hekk eliminat pajjiżi oħra li ma jikkwalifikawx taħt dawn il-kategoriji. Id-Delegazzjoni Maltija sostniet ukoll li ladarba jitfasslu l-prioritajiet, għandha tinbena kampanja koordinata bejn il-pajjiżi li huma ta' l-istess fehma, sabiex il-proċess ta' tibdil fl-UNCTAD jimmaterjalizza ruħu.
Leg 10 PQ #10541 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ex-Kummissarju Ewropew Pascal Lamy

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux se jagħti l-appoġġ tiegħu għal kandidatura ta' l-ex-kummissarju Ewropew Pascal Lamy għal direttur ġenerali tad-WTO?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti qed jagħti appoġġ lill-kandidatura ta' Pascal Lamy għall-pożizzjoni ta' direttur ġenerali tad-WTO.
Leg 10 PQ #10542 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Prof. L Briguglio

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-Prof. L Briguglio ġiex nominat mill-Gvern Malti bħala lead author għall-rapport mill-inter-governmental panel on climate change? X'funding arrangements se jsiru għal dan l-eżerċizzju?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li l-Gvern Malti nnomina lill-Professur Lino Briguglio bħala Lead Author għar-raba' rapport ta' l-Inter-Governmental Panel on Climate Change. L-ispejjeż qed jitħallsu parti mill-IPCC u parti mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Leg 10 PQ #10543 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ungerija — Ambaxxatur Malti

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hija l-posting termination date ta' l-ambaxxatur Malti akkreditat għall-Ungerija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-posting termination date ta' l-ambaxxatur Malti akkreditat għall-Ungerija hi l-31 ta' Lulju, 2005.

Manoel Island — proġett

Question

Billi f'laqgħa li d-diriġenti tal-MIDI kellhom mal-Gżira United FC għarrfuhom li l-proġett ta' Manoel Island għandu jibda tard din is-sena, jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra: a) jekk il-Gżira United FCjistgħux ikunu jafu meta se jibda x-xogħol tal-ground il-ġdid fil-proġett ta' Manoel Island, liema ground għandu jkun l-ewwel xogħol tal-proġett? b) Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hemmx ftehim bejn il-gvern u l-MIDI dwar it-titlu tal-ground? c) Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hix l-intenzjoni tal-gvern li jsir ftehim mal-Gżira United FC fuq tmexxija u titlu legali tal-ground? d) Jekk il-Gżira United FCjistgħux ikunu jafu li jekk mhix l-intenzjoni li jsir ftehim bejn il-partijiet konċernati, x'inhi l-intenzjoni tal-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

PBS — Financial Statements & Reports

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10423 u cioe' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies? Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile phones

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nefaq il-ministeru tagħha fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-nefqa totali fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004 għal sejħiet fuq mobile phones minn uffiċjali tal-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet ta' Lm3,579.14.

Djar — Reviżjoni tal-kera

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir reviżjoni tal-kera ta' l-inkwilini ta' l-appartamenti - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - billi dawn preżentement qed iħallsu madwar Lm272 u Lm227 kera fis-sena rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-sussidji fuq il-postijiet indikati mill-Onor Interpellant inħadmu sew skond il-kuntratti ffirmati mill-inkwilini meta ngħataw il-postijiet.

Pensjoni

Question

Billi l-anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ilu żmien rikoverat f'St. Vincent de Paule u billi m'għadx hemm familjari joqogħdu f'dak l-indirizz, x'inhi r-raġuni li minkejja li l-persuna l-oħra - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha żmien twil titlob biex il-pensjoni tintbagħat fl-indirizz ta' dan ta' l-aħħar billi għandha prokura fuq iċ-cheque tal-pensjoni ta' l-anzjan, it-Teżor xorta waħda qed jibqgħu jibagħtu ċ-cheques fl-indirizz antik ta' l-istess anzjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Impjiegi — Sewwieq tal-buses

Question

Persuna li jaħdem ġimgħa normali ta' 66 siegħa bħala sewwieq tal-buses ma' kumpannija privata - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jista' il-Ministru jgħid kemm huwa ntitolat għall-sick leave fis-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, irrispettivament minn kemm jaħdem siegħat, impjegat xufier ma' kumpanija privata ta' Buses, huwa intitolat għal 12-il jum sick leave b'paga sħiħa kull sena kalendarja, nieqes il-benefiċċju li l-impjegat jista' jkun intitolat skond il-liġijiet tas-Sigurta' Soċjali. L-impjegat ikun intitolat għall-leave tal-mard wara perjodu ta' sitt xhur kontinwi f'dak l-impjieg.
Leg 10 PQ #10539 Sitting 235 2005-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — UNSG

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'reazzjoni kien hemm fi ħdan l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż l-ambaxxaturi akkreditati għall-Unjoni, dwar il-UNSG report of the high level panel on UN Reform? Kien hemm xi riżervi dwar xi setturi jew opsma speċifiċi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-Risposta tingħata f'seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004, in-nefqa fuq mobile phones u mobile callsmill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kienet Lm1,699.67ċ.