Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #11345 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Musical 1565

Question

Jista' il-Ministru jgħid l-MTA b'kemm issussidjat il-musical 1565?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 11102.
Leg 10 PQ #11346 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Taqsima tal-Kultura — Musical 1565

Question

Jista' il-Ministru jgħid id-dipartiment/taqsima tal-kultura b'kemm issussidjat il-musical 1565?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti ġhall-Kultura u l-Arti ma ta ebda sussidju lill-Musical 1565.
Leg 10 PQ #11347 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Kroazia

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-applikazzjoni pendenti tal-Kroazia għal sħubija fl-Unjoni Ewropea issa li hemm possibbilta' ta' xi posponiment fil-ftuħ tan-negozjati ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti jibqa' tal-fehma li n-negozjati mal-Kroazja għandhom jinfetħu fis-17 ta' Marzu 2005, u dan bħala sinjal pożittiv għar-reġjun Balkaniku. Madankollu l-Kroazja għandha tagħmel minn kollox biex iġġib lil kull persuna akkużata minn krimini internazzjonali partikolari quddiem l-ICTY u l-Gvern Malti jibqa' fi qbil ma' din it-talba mill-UE. L-ebda negozjati, anke jekk jinfetħu, ma jistgħu jipproċedu mingħajr dan.
Leg 10 PQ #11348 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Turkija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni formali ta' Malta dwar l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea tat-Turkija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti jaqbel li n-negozjati mat-Turkija għandhom jibdew fil-qafas ta' l-oppinjoni tal-Kummissjoni (fosthom l-ebda tolleranza għall-ebda ksur tad-drittijiet tal-bniedem) kemm il-darba jiġu rispettati ukoll il-kundizzjonijiet miftehma fil-Kunsill Ewropew tas-16 u 17 ta' Diċembru 2004.

Enemalta — Fuel Consultant

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien twil it-terminu tal-konsulenza tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - bħala fuel consultant ta' l-Enemalta? Jista' jqiegħed kopja ta' l-ittra tal-ħatra jew tal-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra? Meta skada dan l-appointment?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kuntratt ta' l- ingaġġ li għalih qed jirreferil-Onor. Interpellant kien għal-perjodu ta' sena b'effett minn Awwissu 2003. Dan il-kuntratt ġie terminat fil-31 ta' Lulju 2004. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar San Luqa — Testijiet tad-demm

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex għadd ta' pazjenti li b'mod regolari jieħdu t-test tad-demm fl-isptar San Luqa in konnessjoni ma dożi ta' Warfarina li huma meħtieħa li jieħdu, m'għadhomx qed jirċievu bil-posta kif kienu jagħmlu qabel ir-rapport li jindika d-doża li għandha tittieħed? Peress li dan qed joħloq diffikultajiet kbar fost dawn il-pazjenti għaliex mhumiex f'qagħda li jkunu jafu l-ammont ta' doża preskritta lilhom, jista' il-Minsitru jgħid x'se jagħmel il-ministeru biex isolvi din il-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-proċedura.
Leg 10 PQ #11326 Sitting 246 2005-03-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Immigrazzjoni rregolari

Question

Fit-tħejjija għall-joint paper mal-Libja dwar l-immigrazzjoni rregolari, jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm input tal-Ministeru ta' l-Intern fid-dawl tal-konferenza nazzjonali li ġiet imlaqqgħa dan l-aħħar? Hemm il-ħsieb li jkun hemm konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni dwar dan?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin naturalment jikkonsulta mal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern li huwa l-lead ministry f'din il-materja kif ukoll jieħu in konsiderazzjoni r-riżultati u l-konsultazzjonijiet tal-konferenza nazzjonali li saret dan l-aħħar fuq l-immigrazzjoni llegali. Mhuwiex eskluż li jsiru konsultazzjonijiet oħrajn.

Sussidju fuq Telephone

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11023 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni għas-sussidju fuq is-servizz tat-telefon tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha tiġi pproċessata minn Settembru li għadda?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija numru 1130.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva tas-single mother - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għandha żewġt itfal ta' ħames u sitt snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

MOBC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li tneħħa s-CEO ta' l-MOBC? Dan għadu konsulent ewlieni ta' l-Enemalta dwar il-fuels? Jekk le, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pożizzjoni ta' Chief Executive Officer fil-Mediterranean Offshore Bunkering Company Ltd ġiet imneħħija. Dan seħħ għaliex l-imsemmija kumpanija m'għadhiex tinnegozja fiż-żjut, u qiegħdha biss tikri t-tankijiet tagħha għall-ħażna. Għaldaqstant ix-xogħol li jwettaq iċ-Chief Executive Officer m'għadx hemm il-ħtieġa tiegħu. Is-Sur Sammut m'għadhux konsulent dwar iż-żjut l-Enemalta għaliex intemm il-perjodu ta' żmien li kien marbut bih.

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' il-Minsitru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10919 u cioe' billi f'laqgħa li d-diriġenti tal-MIDI kellhom mal-Gżira United FC għarrfuhom li l-proġett ta' Manoel Island għandu jibda tard din is-sena, jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra: a) jekk il-Gżira United FCjistgħux ikunu jafu meta se jibda x-xogħol tal-ground il-ġdid fil-proġett ta' Manoel Island, liema ground għandu jkun l-ewwel xogħol tal-proġett? b) Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hemmx ftehim bejn il-gvern u l-MIDI dwar it-titlu tal-ground? c) Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hix l-intenzjoni tal-gvern li jsir ftehim mal-Gżira United FC fuq tmexxija u titlu legali tal-ground? d) Jekk il-Gżira United FCjistgħux ikunu jafu li jekk mhix l-intenzjoni li jsir ftehim bejn il-partijiet konċernati, x'inhi l-intenzjoni tal-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix xogħol fuq il-ground imsemmi għandu jibda fl-ewwel tlett xhur ta’ l-2006, jiġifieri bejn Jannar u Marzu tas-2006. MIDI tgħaddi il–ground lill-Gvern meta dan jkun lest skond il-ftehim iffirmat bejn iż-żewġ partijiet kif ġie approvat mill-Parlament. B’referenza għall-ewwel parti tad-domanda ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-intenzjoni tal-Gvern mhijiex li l-ground jibqa’ f’idejn il-MIDI iżda li jirritorna lura għand il-Gvern bit-titjib li jkun sar fih u li dan jintuża għal skopijiet sportivi, primarjament futbol. Meta l-ground ikun mgħoddi lill-Gvern, il-Kunsill Malti għall-Isport ikun mgħarraf u mistoqsi jikkonsidra sabiex jgħaddih b'riżoluzzjoni parlamentari skond proċeduri stabbiliti.

Ambaxxaturi — Użu ta' VIP Lounge

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10921 u cioe' jista' jgħid jekk meta persuna tispiċċa minn ambaxxatur iżżommx id-dritt li tuża l-VIP Lounge ta' l-ajruport u li tiġi upgraded fuq il-vjaġġi ta' l-Air Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ngħid lill-Onorevoli Membru li l-ewwel parti tal-mistoqsija għandu jirreferiha lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Jiena nfurmat li l-Air Malta ma tagħtix 'upgrade' fuq l-vjaġġi tagħha lill-ex Ambaxxaturi.

San Ġiljan — Triq San Ġorġ - xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq St. George's Road, St. Julians? Hemm xi penali jekk it-target date ma tinżammx mill-kuntrattur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ toroq u servizzi kif ippjant hu mistenni li jkun lest fi żmien disa' ġimgħat kif ġie avżat fil-gazzetti lokali . Rigward il-penali jekk it-target date ma tinżammx mill–kuntrattur, hawn anessa parti mill-kuntratt f’dawn ir-rigward. “The contractor shall become liable to a penalty of two hundred Malta liri(Lm200) per day for failure to complete works in each section within the allotted time, measured in working days. The Roads Directorate shall reserve the right to appoint another contractor to finish any particular section at the expense of the contractor who was initially awarded the tender, in the event that the work in such section is more than two weeks late (this including Saturdays, Sundays and any public holiday).”

Fabbrika fir-Rikasoli — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li l-fabbrika - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tinsab fir-Rikasoli qed timpjega nies bla ktieb?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ħadet passi immedjatament u għamlet spezzjoni fil-25 ta' Frar. Informat ukoll li l-Korporazzjoni qed tieħu l-passi skond il-liġi.

Negozjati Ġodda ma' l-Istati Uniti

Question

Billi l-Prim Ministru ġie rapportat mill-gazzetta "The Times" li qal li bħalissa l-Gvern Malti kien qed jipprova jiftaħ in-negozjati mill-ġdid ma' l-Istati Uniti dwar il-bżonn li jkollna ftehim ġdid ta' tassazzjoni doppja, jista' il-Prim Ministru jelabora dwar dan, speċjalment billi hu wkoll il-Ministru tal-Finanzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja jkun jipprovdi biex tiġi evitata taxxa doppja fejn persuna residenti f’wieħed mill-Istati Kontraenti tkun suġġetta għat-taxxa fiż-żewġ Stati fuq l-istess dħul. Barra minn hekk dan it-tip ta’ ftehim jgħin biex jattira l-investiment minn pajjiż għall-ieħor. Għalhekk ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja ma’ l-Istati Uniti jista’ jkun utli biex inħajru investiment mill-Istati Uniti lejn Malta u jkun jipprovdi biex tiġi evitata taxxa doppja fejn l-istess dħul ikun taxxabbli kemm fl-Istati Uniti u Malta.

Pensjoni

Question

Billi l-anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ilu żmien rikoverat f'St. Vincent de Paule u billi m'għadx hemm familjari joqogħdu f'dak l-indirizz, x'inhi r-raġuni li minkejja li l-persuna l-oħra - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha żmien twil titlob biex il-pensjoni tintbagħat fl-indirizz ta' dan ta' l-aħħar billi għandha prokura fuq iċ-cheque tal-pensjoni ta' l-anzjan, it-Teżor xorta waħda qed jibqgħu jibagħtu ċ-cheques fl-indirizz antik ta' l-istess anzjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10842.

Pensjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10535 u cioe' billi l-anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ilu żmien rikoverat f'St. Vincent de Paule u billi m'għadx hemm familjari joqogħdu f'dak l-indirizz, x'inhi r-raġuni li minkejja li l-persuna l-oħra - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha żmien twil titlob biex il-pensjoni tintbagħat fl-indirizz ta' dan ta' l-aħħar billi għandha prokura fuq iċ-cheque tal-pensjoni ta' l-anzjan, it-Teżor xorta waħda qed jibqgħu jibagħtu ċ-cheques fl-indirizz antik ta' l-istess anzjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10842.

Djar ta' l-Anzjani Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sodod/kmamar available għal ministeru tas-saħħa fid-djar ta' l-anzjani privati? Jista' jagħti breakdown tagħhom dar b'dar? Fuq liema kriterju jiġu allokati dawn is-sodod/kmamar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m'għandux numru fiss ta' sodod għad-disposizzjoni tiegħu imma biss numru minimu li l-kuntrattur intrabat li jipprovdi u li l-Ministeru intrabat li jutiliżża. Dan il-minimu huwa kif ġej: Care Services Ltd. (Casa Serena)- 17 Care Malta Ltd. (Villa Messina/Casa Arkati)- 30 Il-Kriterju ta' kif jiġu allokati dawn is-sodod hu l-istess bħal tad-Djar Residenzjali tal-Gvern.