Jista' il-Ministru jgħid jekk jinsabx sodisfatt li l-membri ta' l-ambaxxata Maltija fiċ-Ċina sal-lum dejjem osservaw il-Kodiċi ta' l-Etika għall-uffiċjali tal-ministeru tiegħu meta jkunu barra l-pajjiż jaqdu dmirijiethom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Tweġiba għal din il-Mistoqsija tista' f'dan l-istadju tkun ta' preġudizzju għall-investigazzjonijiet kurrenti
Ġnus Magħquda — Kumitat dwar id-drittijiet tal-Palestinjani
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta irċevietx xi protesti mill-ambaxxatur ta' Israel permezz tal-missjoni permanenti ta' Malta għall-Ġnus Magħquda f'Ġinevra dwar il-presidenza ta' Malta tal-kumitat dwar id-drittijiet tal-Palestinjani fi ħdan il-Ġnus Magħquda?
Ġnus Magħquda — Special committee on peacekeeping operations
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta hijiex membru ta' l-ispecial committee on peacekeeping operations tal-Ġnus Magħquda li huwa magħruf bħala IC C34?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Kumitat Speċjali tal-Ġnus Magħquda dwar l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, magħruf bħala is-C34, għad kemm kellu s-sessjoni annwali tiegħu mill-31 ta' Jannar sal-25 ta' Frar 2005. Fis-sessjoni ta' din is-sena ipparteċipaw 115 l-istat bħala membri, kif ukoll 9 stati u 3 organiżżazzjonijiet internazzjonali bħala osservaturi.
Skond ir-riżoluzzjoni 51/136 tal-1996, il-membri ta' dan il-kumitat speċjali huma il-kontributuri passati u attwali fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tal-GM. Pajjiżi membri oħrajn tal-GM u entitajiet parteċipanti fil-proċessi tal-GM jistgħu jattendu s-sessjonijiet bħala osservaturi. Ir-riżolużżjoni msemmija qabel tipprovdi wkoll illi pajjiżi membri jistgħu isiru membri tal-Kumitat Speċjali jew meta jsiru kontributuri fl-operazzjonijiet jew meta jkunu pparteċipaw fil-Kumitat Speċjali bħala osservaturi għal 3 snin konsekuttivi.
Minħabba illi Malta għad ma tagħtix kontribuzzjoni fl-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi tal-GM, mhijiex membru tal-Kumitat Speċjali. Malta ipparteċipat bħala osservatur fil-Kumitat Speċjali, l-aktar reċenti fl-2004. Madanakollu, minħabba illi l-Unjoni Ewropea titkellem b'vuċi waħda fil-Kumitat Speċjali u minħabba illi Malta tipparteċipa fil-laqgħat ta' kordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, la ma inħassx il-bżonn illi Malta tipparteċipa bħala osservatur fil-2005 u lanqas illi tfittex illi televa il-parteċipazzjoni tagħha f'dan il-Kumitat Speċjali għal dik ta' membru.
Ta' min wieħed jinnota illi l-operat tal-Kumitat Speċjali ma jinkludix diskussjonijiet dwar l-"assessed contribution" li huma l-kontribuzzjonijiet finanzjarji illi kull pajjiż membru tal-GM huwa obbligat jagħti għal kull operazzjoni taż-żamma tal-paċi tal-GM. Dan huwa suġġett li jaqa' taħt il-kappa tal-Ħames Kumitat ta' l-Assemblea Ġenerali, fejn kull pajjiż huwa rappreżentant individwalment.
Dwar il-laqgħa l-Ambaxxatur tagħna għall-GM Victor Camilleri rrapporta lill-Ministeru fir-rapport tiegħu ta' Frar 2005.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tittieħed pożizzjoni uffiċjali ta' l-UE dwar il-high level panel report on threats, challenges and change ta' K. Annan tal-Ġnus Magħquda? X'kienet ir-reazzjoni tal-gvern Malti dwar dan id-dokument? Taħt il-parti ta' priorities, Malta ħadet xi stand dwar sexual and reproductive health rights?
Hemm il-ħsieb li jsir dibattitu parlamentari dwar dan is-suġġett - mingħajr il-ħtieġa ta' vot?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Din il-materja għandha tkun is-suġġett ta' diskussjoni fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropew aktar minn sempliċi risposta għall-Mistoqsija Parlamentari. Madankollu irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti laqa' b'sodisfazzjon dan ir-rapport tal-High Level Panel li għandu l-għan li l-Ġnus Magħquda tissaħħaħ fil-ħidma tagħha. Malta taqbel bil-mod kif ir-rapport jenfasiżża l-importanza tal-multilateraliżmu fir-relazzjonijet internazzjonali, u jinsisti fuq ir-rabta intima li hemm bejn aspetti ta' sigurta' u aspetti ta' żvilupp. Malta taqbel mal-pożizzjonijiet li ħadet l-Unjoni Ewropea dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-High Level Panel.
L-istess jingħad għar-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda K Annan fil-21 ta' Marzu 2005 taħt it-titlu In large freedom: towards development, security and human rights for all, rapport li għandu ħafna punti importanti u interessanti.
Il-pożizzjoni ta' Malta dwar sexual and reproductive health rights hija magħrufa u ma nbidlitx.
Fl-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-allegazzjoni ta' abbużi fl-ipproċessar tal-visas lil ċittadini Ċiniżi mill-ambaxxata Maltija f'Beijing, saru investigazzjonijiet on site fl-ambaxxata Maltija fiċ-Ċina?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija s'issa għadha ma għamlitx investigazzjonijiet on site fl-ambaxxata Maltija fiċ-Ċina.
Pulizija — Ċittadini Ċiniżi li jinsabu f'Malta llegalment
Question
Il-gvern Malti għandu ħjiel ta' kemm hawn Ċiniżi f"Malta illegalment? Jikkonferma dak li l-awtoritajiet Maltin allegatament qalu lill-ġurnal La Sicilia li bħalissa hemm madwar 500 Ċiniż li jinsabu f'pajjiżna illegalment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull meta l-Pulizija ssir taf li jkun hawn xi barrani, Ċiniż jew ta' kull nazzjonalita' oħra li jkun Malta illegalment, il-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitneħħa minn Malta. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-Pulizija Maltija m'għandiex din l-informazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-eżitu ta' l-investigazzjoni tal-pulizija dwar l-allegati abbużi fil-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi li jkunu jridu jżuru Malta ġie kkomunikat lill-Istampa mill-ministeru tiegħu u mhux mill-ministeru ta' l-intern li taħtu jaqgħu l-pulizija?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Għaliex it-talba sabiex issir l-investigazzjoni saret mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
F'xi stadju jew ieħor il-gvern Malti kkonsidra li jbiddel il-personnel fl-ambaxxata Maltija f'Beijing fid-dawl ta' l-allegazzjonijiet li kienu ntefgħu fuq il-każ tal-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi li riedu jżuru Malta bħala studenti ta' l-Ingliż?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Din il-materja għadha taħt konsiderazzjoni fil-kuntest ta' sitwazzjoni li qed tevolvi.
Meta jiġu ntervistati applikanti Ċiniżi għall-visas f'Malta bħala studenti prospettivi ta' l-Ingliż, minn kemm-il persuna fl-ambaxxata Maltija f'Beijing isiru l-interviews? Jekk dawn qegħdin isiru minn persuna waħda, jista' il-Ministru jikkonferma jekk din hijiex il-prattika wkoll f'ambaxxati oħrajn?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li l-prassi fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing dwar l-interviews hi li l-applikanti għall-visas f'Malta bħala studenti prospettivi ta' l-Ingliż jiġu ntervistati minn uffiċċjal wieħed.
Jiena nfurmat li din l-istess prassi tintuża mill-maġġoranza ta' l-Ambaxxati ta' pajjiżi oħra f'Beijing, li jintervistaw lill-applikanti bl-istess mod.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-language schools li ġew mitluba mill-gvern biex jgħinu fl-investigazzjonijiet dwar allegati abbużi mill-visas għal studenti Ċiniżi li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħossx li huwa opportun illi t-tagħrif mitlub għandu jkun ippublikat, stante li l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Jista' il-Ministru jara li titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-PBS accounts għas-sena 2003 u b'hekk aħna d-deputati parlamentari ma jkollniex għalfejn nirrikorru għand ir-registrar of companies?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi r-Reġistru tal-Kumpaniji huwa pubbliku u aċċessibli elettronikament, id-Deputati ta' din il-Kamra jistgħu liberament jitolbu kopja ta' l-Accounts ta' liema kumpanija jridu minn għand ir-Reġistratur tal-Kumpaniji.
Dan l-aħħar il-PBS ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' ħames senior posts ġodda, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn kenux maħsuba fil-pjani oriġinali ta' ristrutturar tal-kumpannija, jew inkella dan sarx bħala after thought kif ġara fil-każ tas-CEO designate? Dawn il-postijiet ġodda mhumiex sejirn jirrendu l-management structure tal-kumpannija top heavy?
Response (GATT, AUSTIN)
Qabel xejn nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' erba' senior posts u mhux ħamsa kif qed tgħid fil-mistoqsija tiegħek. Ta' min jiċċara li tnejn minn dawn l-applikazzjonijiet huma għal postijiet li għadhom vojta mill-complement tal-Kumpanija u t-tnejn l-oħra huma postijiet ġodda.
Żgur li l-Onor. Interpellant jifhem li huwa l-obbligu ta' kull kumpanija li kontinwament tevalwa l-operat tagħha u tieħu l-passi meħtieġa biex iżżid l-effiċjenza u ttejjeb il-performance.
F'dan il-każ, il-PBS, wara l-eżerċizzju tar-ristrutturar ħasset il-ħtieġa biex issaħħaħ dawk id-dipartimenti fejn tqis li dawn għandhom bżonn iżjed għajnuna biex iżidu l-performance tagħhom. Għalhekk għamlet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew senior posts fejn il-Kumpanija tqis li huma meħtieġa.
L-Onorevoli Interpellant għandu jiftakar li f'Jannar 2000 din l-organiżżazzjoni kellha 26 Manager, jew 7 impjegati għal kull manager. Illum din l-organiżżazzjoni li għandha 7 Managers jew 9 impjegati għal kull manager.
Jekk kif donnu qed jaghmel l-Onor. Interpellant, wieħed irid jissuġġerixxi li l-PBS illum hi top heavy żgur li llum hi anqas top heavy milli kienet sa ftit ilu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11349 u cioe' jgħid il-kuntratt tas-CEO tal-MOBC meta kellu jiskadi? Huwa minnu li dan ingħata kumpens talli ġie mġiegħel jitlaq qabel iż-żmien? Kemm kienet is-somma involuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-kuntratt tax-xogħol tac-CEO kien wieħed indefinit.
Ic-CEO ħa 'terminal benefits' skond it-termini tal-kuntratt ta' xogħol li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra meta jerġa' jiltaqa l-Parlament.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika xahar b'xahar minn Lulju 2004 sal-lum il-pulizija kemm irċeviet talbiet għall-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi mill-ambaxxata Maltija f'Beijing u kemm minnhom ġew approvati, xahar b'xahar? X'kien it-total ta' visa applications rifjutati minn dak iż-żmien 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar talbiet għall-ħruġ ta' visas lil ċittadini Ċiniżi, xahar b'xahar, hu kif jidher hawn taħt:
Sena
Xahar
Talbiet
Approvati
Rifjutati
2004
Lulju
Awissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
388
320
247
211
281
340
344
297
209
185
228
224
44
23
38
26
53
116
2005
Jannar
Frar
Marzu*
373
146
146
138
84
84
235
62
62
* Sat-30
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-allegazzjoni ta' abbużi fl-ipproċessar tal-visas lil ċittadini Ċiniżi mill-ambaxxata ta' Malta f'Beijing?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha mhux konkluża.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li l-ministeru ta' l-affarijiet barranin għadda lill-pulizija taħt il-firma ta' l-ambaxxatur ta' Malta fiċ-Ċina dwar il-proċeduri addottati meta jkun hemm talbiet għall-visas lill-Ċiniżi li jkunu jridu jżuru Malta bħala studenti ta' l-Ingliż?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħossx li huwa opportun illi dokumenti mgħoddija lill-pulizija fil-kors ta' investigazzjoni għandhom ikunu pubblikati.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11031 u 11306 u cioe' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra studji li kkummissjonat l-Enemalta dwar management restructuring f'dawn l-aħħar xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Il-membri tal-Maltese Libyan Business Council inħatru? Jekk iva, min huma r-rappreżentanti Maltin, liema ditti jirrappreżentaw u fuq liema kriterji ntagħżlu? Il-Gvern Malti jista' jgħid min huma r-rappreżentanti Libjani jekk ġie mgħarraf bl-ismijiet tagħhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Iva il-membri tal-Maltese Libyan Business Council inħatru. Il-Kumitat huwa magħmul minn dawn il-membri, li jirrapprezentaw id-ditti msemmija.
Naħa Maltija
- Mr Alfred Pisani, Chairman, Corinthia Group of Companies (Hotels and Catering);
- Mr Frank V. Farrugia, Chairman, Alpha Techs Ltd., (IT and Medical Instruments);
- Mr Alfred Mangion, Chairman, AM Mangion Ltd., (Pharmaceuticals);
- Mr Joe Mizzi, Chairman, Chef's Choice Foods (Food Industries); and
- Mr Paul Vella, Chairman, Ballut Blocks (Construction Trade & Building Materials).
Dawn il-persuni intgħażlu mill-Ministeru wara konsultazzjoni ma' Malta Enterprise, il-Kamra tal-Kummerċ u Enterapriża u l-Federazzjoni ta' l-Industrija, biex ikunu rappreżentattivi tas-settur tagħhom.
Il-ktiterju li bih intagħzlu kien biex jirraprezentaw is-setturi tagħhom.
Naħa Libjana
- Mr Jebril Karim Al-Reaiyedh, from Mizurata, owner of El-Naseem for Milk and Dairy Products, Manufacturer and Trader of Foodstuff;
- Mr Abdel Razzak Krima, from Zawia, owner of Bahr El-Samah Partnership, a trader in building materials;
- Dr Abdel Naser Muhammed Okouk, from Tripoli, owner of Akida for Household Company, a trader of household and electrical appliances;
- Mr Abdel Azeem Atteya El-Ghoul, of Benghazi, owner of El-Nasr Company for Importation of Workshop Equipment, trader of industrial equipment and workshop requirements; and
- Mr Ibrahim Ahmed El-Darrat, owner of Al-Etkan Detergents, importer of detergents.