Legislature:
Category:
Reset
Active:

ICT centre

Question

Jikkonferma l-Ministru li hemm koppja miżżewġa fl-ICT centre li mhux talli jaħdmu flimkien, talli qegħdin ukoll fuq l-istess mejda? Jikkonferma li l-mara żammet kunjomha ta' xebba? Veru li fil-preżent hi qiegħda fuq parental leave għal sena u peress li qiegħda fuq parental leave u suppost li ma tistax taħdem, imma ir-raġel qed jaħdem courses fil-għaxija għal martu u din ta' l-aħħar kemm tiffirma għalihom? Jista' jgħid dawn kif qegħdin jaħdmu flimkien meta mhux suppost li membri ta' l-istess familja jagħmlu dan? Jista' jgħid ukoll kif ir-raġel qed jaħdem courses għal martu u hi tiffirmahom? Jista' jgħid jekk hux minnu jew le li r-raġel qed jagħti lectures l-Universita' lill-istudenti tal-B.Educ.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn stħarriġ fid-Dipartiment konċernat ma jirriżultax korrett it-tagħrif fil-Mistoqsija.

Enemalta — Management Restructuring

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11031 u 11306 u cioe' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra studji li kkummissjonat l-Enemalta dwar management restructuring f'dawn l-aħħar xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma jidhirlix li studju bħal dan għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra billi għandu sensittivita' kummerċjali.

GFCM

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-talba ta' Malta biex tkun iċ-ċentru tal-GFCM bħala segretarjat ta' din l-organizzazzjoni internazzjonali reġjonali tas-sajd?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt il-Laqgħa Plenarja li saret f'Ruma fi Frar ta' 2005 bejn il-membri kollha tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM), ntaghzlet Ruma bhala s-sede tas-Segretarjat Permanenti tal-GFCM mit-tliet applikanti li kienu jinkludu lil Malta u lil Malaga. Din l-ghazla saret b'votazzjoni sigrieta.
Leg 10 PQ #11741 Sitting 256 2005-04-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

President/Ministri — Airport ta' Zurich

Question

Il-Gvern Malti kif beħsiebu jirrisolvi l-problema li qed jiffaċċjaw il-President u diversi ministri meta jiġu biex jgħaddu transit minn Zurich billi Malta m'għandhiex rappreżentanza diplomatika f'Zurich u l-awtoritajiet Svizzeri qegħdin jinsistu li career diplomats biss huma permessi li jidħlu fit-transit areas ta' l-airports Svizzeri?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti ġa ħa passi u irrisolva din il-kwistjoni. L-Ambaxxata ta' Malta għall-Isvizzera qajmet il-każ ma' l-Awtoritajiet Svizzeri. Dawn infurmaw illi ser jingħata permess speċjali lill-Konslu Onorarju għad-dħul fl-ajruport kull meta ikun hemm bżonn.
Leg 10 PQ #11742 Sitting 256 2005-04-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Long term political objective — Albanija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta tappoġġjax il-long term political objective ta' l-Albanija li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Is-sħubija ta' l-Albanija fl-Unjoni Ewropea ġiet stabbilita bħala objettiv fil-Kunsill Ewropew ta' Feira. Malta taqbel ma' din id-deċiżjoni. M'għandu jkun hemm l-ebda ostakulu għal sħubija eventwali ladarba l-pajjiż ikun wettaq ir-riformi politiċi u ekonomiċi mistennija minn kull pajjiż applikant.
Leg 10 PQ #11743 Sitting 256 2005-04-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjara f'Iżrael

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux ser jiġi ffirmat xi ftehim waqt iż-żjara prospettiva uffiċjali tiegħu f'Iżrael?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul iż-żjara uffiċċjali li l-Onorevoli Ministru ta' l-Affarijiet Barranin se jagħmel fl-Iżrael bejn is-17 u d-19 ta' April, 2005 ser jiġi ffirmat ftehim dwar Koperazzjoni fis-Saħħa u Servizzi Mediċi bejn Malta u l-Iżrael.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija by naturalisation Ref: CEA/NAT325/2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant wasal fl-aħħar stadju u malli tittieħed deċiżjoni, l-applikant jiġi nfurmat minnufih.

Msida — Appartamenti tal-gvern ġodda

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtorita' tad-djar milli tagħti ċ-ċwievet ta' l-appartamenti l-ġodda fil-qasam tad-djar ta' l-Imsida? Meta mistenni jsir dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata s'issa ngħataw iċ-ċwievet tat-8 appartamenti ta' Blokk III A li jagħtu fuq Triq il-Kunċizzjoni. Ninsab infurmata wkoll li ċ-ċwievet ta' l-appartamenti li jagħtu fuq Triq il-Wied jingħataw kif jiġu stallati s-servizzi tad-drenaġġ, dawl u ilma wara li titlesta s-service road quddiem il-blokki. It-tender biex issir din is-service road mistennija tingħata fil-futur immedjat.

San Ġwann — Taż-Żwejt - Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma

Question

Tista' il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tinvestiga l-qtugħ fil-provvista ta' l-ilma li spiss isofru minnha r-residenti ta' Binja Msieraħ, Entrance F, Triq Salvu Gatt, Taż-Żwejt, San Ġwann, l-aktar ta' dawk li joqogħdu fil-għoli? Billi din il-problema ilha pendenti mill-leġislatura l-oħra, tista' tingħata priorita' lil din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi r-residenti li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalihom jkollhom problema ta' nuqqas fil-provvista tal-ilma biss meta jkun hemm xi problemi fl-R.O. ta' Pembroke. Meta dan l-impjant ikun jopera normali ma jkun hemm l-ebda problema ta' dan it-tip. Sabiex din il-problema tispiċċa għal kollox, jinħtieġ li jinbena ġibjun kbir fl-inħawi tax-Xwieki. Dan ikun iservi ta' riżerva għal inħawi tal-lvant ta' Malta (tas-Sliema, San Ġiljan, San Gwan, eċċ). Iżda l-ispiża biex jinbena dan il-ġibjun hija ferm kbira. Sadanittant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħda tagħmel xi tibdiliet fis-sistema tad-distribuzzsjoni tal-ilma tal-akwata biex tnaqqas l-inkonvenjenza tal-konsumaturi meta jkun hemm problemi fl-impjant ta' Pembroke. Din is-sistema mistennija li titlesta sal-aħħar ta' din is-sena.

ADT — Xemxija - Speed cameras

Question

Jista' il-Ministru jgħid l-ispeed cameras iridx ikollhom l-approvazzjoni tal-Malta transport authority qabel jiġu introdotti? Jekk iva, dik tax-Xemxija meta ġiet awtorizzata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Kunsilli Lokali għandhom il-poter li jinfurzaw ir-regolamenti tat-traffiku fuq toroq arterjali u distributorji. Il-Liġi tippermetti l-użu ta' makkinarju biex tikkalkula il-veloċita’.

Ta' Xbiex H/E

Question

Wara li ċedew l-istrutturi perikolużi f'uħud mill-gallariji ta' block D4, Ta' Xbiex housing estate, tista' il-Ministru tgħid jekk il-gallariji ta' l-appartamenti fil-qrib, li ġew mibnija fl-istess żmien, ġewx ivverifikati mill-awtoritajiet konċernati ħalli wieħed jistabilixxi s-sigurta' u n-nuqqas ta' periklu tagħhom, aktar u aktar jekk jirriżulta li l-inċidenti li ġraw fi block D4 kienu ġejjin minn bad workmanship fejn l-istrutturi setgħu kienu ilhom difettużi miż-żmien tal-kostruzzjoni tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tliet gallarijiet li ġarbu ħsarat fl-inċident fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant bdew jinbidlu l-ġimgħa l-oħra. Ninsab infurmata wkoll li perit mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu jispezzjona l-gallarijiet l-oħra ta' l-istess blokk biex jiġi stabbilit jekk dawn għandhomx periklu.
Leg 10 PQ #11728 Sitting 255 2005-04-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Commonwealth heads of government conference

Question

Huwa minnu li l-gvern diġa' irriżultalu li l-flus ivvotati fil-budget 2005 mhux sejrin ikunu adegwati biex ilaħħqu ma' l-ispiża taż-żamma tal-Commonwealth heads of government conference li se tinżamm f'Malta aktar tard din is-sena?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Peress li għad baqa' xi spejjeż li għad iridu jiġu stabbiliti, mhux possibbli f'dan l-istadju li nagħti tweġiba preċiża għal din il-Mistoqsija.

Produzzjoni tal-majjal/poultry

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li meta s-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-ministeru tiegħu dan l-aħħar iltaqa' mal-ministru ta' l-ikel, biedja u sajd tad-Danimarka ta' l-ewwel stqarr miegħu li Malta bħalissa qed tiffaċċja problemi fil-produzzjoni tal-majjal u tal-poultry minħabba l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti kif ukoll minħabba l-proċess tar-ristrutturar u l-waste management ta' l-industrija tal-majjal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Is-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħi jiċħad li ddiskuta l-produzzjoni tal-majjal u tal-poultry f’Malta waqt laqgħa li kellu mal-Ministru Daniż ta’ l-Ikel, Biedja u Sajd.
Leg 10 PQ #11566 Sitting 254 2005-04-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ġnus Magħquda — Procurement opportunities

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talba pendenti minn Malta biex tospita l-IAPWG li jmiss dwar procurement opportunities fi ħdan il-Ġnus Magħquda?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti m'għamel l-ebda talba sabiex jospita l-IAPWG (Inter-Agency Procurement Working Group) dwar procurement opportunities fi ħdan il-Ġnus Magħquda.
Leg 10 PQ #11567 Sitting 254 2005-04-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE Summit — Anti secession law

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni ta' Malta fis-summit riċenti tal-UE dwar l-anti secession law li għaddew l-awtoritajiet Ċiniżi dan l-aħħar?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul is-Summit riċenti tal-UE ma kienx hemm diskussjoni formali dwar l-anti secession law. Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hija li filwaqt li tappoġġja l-"One China Policy", tħeġġeg il-partijiet konċernati biex ifittxu soluzzjonijiet paċifiċi għal kwalunkwe tilwim dwar din il-materja.
Leg 10 PQ #11569 Sitting 254 2005-04-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi non-residenti Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-ambaxxaturi non-residenti Maltin bħalissa? Jista' jagħti dettalji taż-żjarat li għamlu f'dawn aħħar sentejn fil-pajjiżi li jirrappreżentaw?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Ambaxaturi non-residenti Maltin hħalissa huma: Name Country Agius Cesareo Alex Bosnia and Herzegovina, Slovenia Borg Olivier de Puget Albert Mexico, Brazil Busuttil George Peru, Uruguay Buttigieg George SMOM Cachia Francis Slovakia Cilia Maria Algeria Degabriele Henry Bulgaria, Croatia Ganado Antonio Vatican City Gerada Azzopardi Eric Argentina, Chile Inguanez Carmel Ghana, Nigeria Refalo Michael Pakistan, Bangladesh Rossignaud Norman Bolivia, Venezuela Stellini Saviour Portugal Toledo Peter Lebanon, Syria Vella Albert Turkey Miceli Farrugia Mark Estonia, Latvia, Lituania Muscat Inglott Albert Liechtenstein, Norway Rizzo Naudi John Malaysia, Singapore Psaila Savona Joe South Africa Id-dettalji taż-żjarat li għamlu f'dawn l-aħħar sentejn fil-pajjiżi li jirrappreżentaw huma kif ġej: Ambaxxatur Alex Agius Cesareo Bosnia and Herzegovina: L-ebda żjara Slovenia: 16-19 ta' Frar 2004 għall-okkażżjoni ta' Xewqat ta' l-ewwel tas-sena lill-President. Waqt iż-żjara kellu laqgħat mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tas-Slovenja, l-Ambaxxatur Irlandiż u uffiċċjali oħra. 06-09 ta' Ġunju 2004 ma' l-Onorevoli John Dalli, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin waqt żjara uffiċċjali fis-Slovenja. Ambaxxatur Albert Borg Olviier de Puget Messiku u Brażil: L-ebda żjara. Ambaxxatur George Busuttil Peru u Urugway: L-ebda żjara. Ambaxxatur George Buttigieg SMOM: L-ebda żjara. Ambaxxatur Dr Francis Cachia Slovakkja: L-ebda żjara. Ambaxxatur Maria Cilia Algeria: L-ebda żjara. Ambaxxatur Henry De Gabriele Kroazja: L-ebda żjara Bulgaria: 16-19 ta' Frar 2004 fejn ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President Parvanov. L-Ambaxxatur għamel żjara ta' kortesija lill-Kap tal-Korp Diplomatiku Ambaxxatur Antonio Ganado Il-Belt tal-Vatikan: L-ebda żjara. Ambaxxatur Eric Gerada Azzopardi Argentina u Chile: L-ebda żjara. Ambaxxatur Carmel Inguanez Ghana u Nigeria: L-ebda żjara. Ambaxxatur Michael Refalo Pakistan u Bangladesh: L-ebda żjara. Ambaxxatur Norman Rossignaud Bolivia u Venezwela: L-ebda żjara. Ambaxxatur Saviour Stellini Portugal: L-ebda żjara. Ambaxxatur Peter Toledo Lebanon u Syria: L-ebda żjara. Ambaxxatur Albert Vella Turkija: 09-15 Ġunju 2003 - L-Ambaxxatur iltaqa' ma' Mr Abdullah Gul, Ministru ta' l-Affarijiet; Mr Kemal Fahir Gence, Deputy Under Secretary, Ministeru tal-Kultura u Turiżmu; ma' Mr Mehmet Shrin, Deputy Under Secretary tal-Ministeru tal-Finanzi; Mr Banguoglu, Direttur Relazzjonijiet Bilaterali, Mr Selim Yenel, Direttur Relazzjonijiet ta' l-Ewropa, mal-Konsli Onorarji, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Governatur ta' l-Iżmir u laqgħat oħra. Ambaxxatur Mark Miceli Farrugia Estonja: 15 ta' Mejju 2003 - Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Arnol Ruutel, President tar-Repubblika ta' l-Estonja, ġewwa il-belt ta' Tallinn. 20-26 ta Settembru 2003 - Mexxa żjara ta' taħriġ ġewwa l-Estonja, bi skop preparatorju għall-iżjara Statali ta' l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Arnold Ruutel, President tar-Repubblika ta' l-Estonja. L-għan ta' din iż-żjara kien biex jiġu stabbiliti kuntatti kummerċjali u kulturali ma' l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' l-Estonja. L-Ambaxxatur inawgura esibizzjoni pittoreska bl-isem ta' "7000 Years of Maltese Maritime History" fl-okkażżjoni ta' Jum l-Indipendenza ta' Malta. Latvja: 11 ta' Marzu 2003 - Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha s-Sinjura Vike Freiberga, President tar-Repubblika tal-Latvja, ġewwa il-belt ta' Riga. 4 ta' Mejju 2004 - l-Ambaxxatur ħa sehem fil-proċess ta' l-intervisti u fir-rakkomandazzjoni tal-kandidati għall-għażla tal-Konslu Onorarju ta' Malta ġewwa il-Latvja. Litwanja: 12 ta' Mejju 2003 - Ħa sehem fil-proċess ta' l-intervistar u fir-rakkomandazzjjoni tal-kandidati għall-għażla tal-Konslu Onorarju ta' Malta ġewwa l-Litwanja. Ambaxxatur Albert Muscat Inglott Norveġja: 11-18 ta' Mejju 2003 - Żjara għall-kredenzjali u Consitution Day 16-20 ta' Mejju 2004 - Żjara għall-Constitution Day 08-11 ta' Ġunju 2004 - Akkumpanja delegazzjoni magħmula mill-Malta Enterprise u Malta Tourism Authority. Liechtenstein: 29 ta' Ottubru-03 ta' Novembru 2004 - Fl-okkażjoni tal-Preżentazzjoni tal-Kredenzjali 15 ta' Awissu 2004 - Fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali u laqgħat oħra. Ambaxxatur John Rizzo Naudi Singapore u Malaysia: Ebda żjara. Ambaxxatur Joe Psaila Savona South Africa: Ebda żjara.
Leg 10 PQ #11570 Sitting 254 2005-04-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li għadhom jistennew biex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom? Min huma u liema huma l-pajjiżi/gvernijiet konċernati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Qed issir reviżjoni ta' din il-lista fid-dawl ta' prijoritajiet in linea mall-meżżi finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Ministeru partikolarment għar-rigward ta' pajjiżi mbegħda u li magħhom m'hemmx kuntatti politiċi jew ekonomiċi jew soċjali li jistgħu ma jesiġux relazzjonijiet fuq dan il-livell. Hija wkoll politika addottata mill-Ministeru li persuna għandha tiffoka fuq pajjiz wieħed. Il-politika hija wkoll li Ambaxxaturi mhux residenti ma jkunux b'remunerazzjoni. Li Ambaxxatur ma jkunx ippreżenta l-kredenzjali ma jfissirx neċessarjament li m'hemmx agreementu/jew li ma ġewx depożitati l-copie d'usage.
Leg 10 PQ #11571 Sitting 254 2005-04-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Safar Ministerjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk meta jsiefer fuq xogħol tal-gvern l-arranġamenti tas-safar tiegħu jsirux, kif dejjem kienet il-prassi, permezz tal-protocol department tal-ministeru jew permezz tas-segretarjat tiegħu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba pressjoni kbira ta' xogħol fuq l-imsemmi dipartiment u minħabba nuqqas ta' staff, ġie deċiż li din il-funzjoni tinqeda mill-istaff tas-Segretarjat tiegħi. L-istess sar għar-rigward tas-safar tal-Ministeru li issa m'għadux jiġi amministrat mill-Protokoll imma mid-Directorate Corporate Services.

San Ġwann — Triq Agostino Matrenza - problemi tad-drenaġġ

Question

Jistgħu jiġu rrimedjati l-problemi tad-drenaġġ li hemm f'Agostino Matrenza Str, San Ġwann li allegatament qegħdin iżommu lill-kunsill lokali lura milli jagħtu t-tarmac lil din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-kuntratt biex isir ix-xogħol meħtieġ diġa ingħata u misteni li jitlesta sa' l-aħħar t'April 2005.