Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Kont tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12944 u jgħid b'riferenza għall-kontijiet tad-dawl tal-familja ta' żewġ persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fis-sens li minkejja li ilhom li pproduċew evidenza dokumentata li ilhom miżżewġin mis-sena 1983, in-numru ta' residenti tal-kontijiet li rċevew dejjem baqgħu jidhru bħala resident wieħed, jista' il-Ministru jara li jsir l-aġġustament xieraq u nitlob illi jekk kien hemm overcharging jingħata refund adegwat lil din il-familja?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li s-sussidju tal-Gvern għad-dawl ibbażat fuq in-numru ta' persuni beda jseħħ fis-sena 1987 filwaqt li dak li jirrigwardja l-ilma, fis-sena 1994. Għaldaqstant, in-numru ta' residenti fid-dar msemmija fl-interpellanza ma kellu ebda effett fuq il-kontijiet li ħarġu qabel dawn id-dati. In-numru ta' persuni li fuqu jkun qiegħed jinħadem il-kont, jiġi ndikat fuq l-istess kont. Il-konsumatur qatt qabel it-30 ta' Mejju 2005 ma talab jew avża lill-Korporazzjoni għal xi tibdil f'dan ir-rigward. Skond ir-regolamenti taż-żewġ Korporazzjonijiet, il-konsumatur għandu dritt għal reviżjoni ta' l-aħħar kont li jkun ħareġ sa dak inhar li ressaq id-dikjarazzjoni tiegħu. Għalhekk il-kont mill-31 ta' Diċembru 2004 sat-13 ta' April 2005 ħa jiġi rivedut fuq żewġ persuni.

Użu ta' software open source

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12939 u jgħid li qabel l-elezzjoni ta' l-2003 ic-CEO tal-MITTS kienx stqarr li l-MITTS kellha d-dover li tirriċerka l-possibbilta' li s-settur pubbliku kollu jibda juża software open source minflok Microsoft? Fil-fatt kien sar xi studju dwar dan u jekk iva, tista' tippubblikah? X'inhi r-raġuni li sal-lum l-MITI donnu ma jridx jikkonsidra open source minflok is-sistemi alternattivi wżati? Kemm qed jonfoq il-gvern f'liċenzjoni tal-Microsoft?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MITTS kienet, għadha u ser tibqa' tagħmel riċerka kontinwa dwar l-użu ta' l-Open Source. Fil-fatt il-politika mħaddna mill-Ministeru hija li d-deċizjoni dwar il-platforms li għandhom jintużaw trid tkun: (a) waħda strateġika; (b) mifruxa fuq medda ta' żmien u mhux bi bdil kull sena; (c) tkun ibbażata fuq it-Total Cost of Ownership li dik il-platform tkun iġġib magħha u mhux biss fuq il-prezz (prima facie) tal-liċenzja. F'dan il-kuntest, għalkemm jiena nfurmat li l-MITTS la qatt għamlet stqarrijiet tat-tip li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant jew għamlet xi studju speċifiku b'konkluzjonijiet speċifici, il-Gvern qiegħed josserva mill-qrib dak li qed jiġri fil-qasam ta' l-Open Source biex meta jkun il-waqt jibda jieħu l-vantaggi tiegħu hu wkoll. Fil-fatt illum il-Gvern diġa beda jħaddan din il-politika. Illum il-MITTS għandha numru ta' servers li jaħdmu fuq il-Red Hat Linux - li huwa prodott Open Source - liema deċiżjonijiet saru minħabba li kienu jagħmlu sens finanzjarju. Il-Gvern qiegħed ukoll jipparteċipa f'diversi fora ewropej fejn jiġu diskussi dawn l-iżvillupi biex b'hekk il-linja politika tal-Gvern tieħu l-perspettiva ewropeja fil-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni tiegħu. Meta l-Gvern ħa d-decizjoni li jidhol fi ftehim mal-Microsoft fuq il-licenzji tad-desktop, dan sar wara li sar cost-benefit assessment mill-Ministeru u l-MITTS. Ghalkemm id-dettalji tal-kuntratt huma ta' natura kunfidenzjali, nista nikkonferma li l-mod kif gie nnegozzjat dan il-ftehim fisser ffrankar ta' miljuni ta' liri għall-Gvern, partikolarment minn mindu nbidel ir-reġim tal-liċenzjar tas-software mill-1 ta' Mejju 2004. L-ispiza diretta għal-Gvern għal-liċenzji tal-Microsoft fis-Settur Pubbliku hija mnizzla fl-estimi tas-sena 2005, taħt il-vot tal-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 10 PQ #13386 Sitting 287 2005-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU Related Business

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13312 u jgħid kemm kien hemm każi fejn ġew miksura r-regolamenti stabiliti mill-Ministeru tal-Finanzi fil-letter circular tal-5 ta' Novembru 2004 lis-segretarji permanenti, diretturi ġenerali u diretturi fir-rigward tal-ministeru tiegħu, l-aktar fejn jidħol EU relataed business? X'passi ttieħdu wara li dawn ir-regolamenti inkisru mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-direttur corporate services? Kemm kien hemm każi fejn ma sarx użu mis-servizz ta' l-Air Malta u ma' min saru dawn il-bookings?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma kien hemm l-ebda każ fejn il-proċedura stabbilita nkisret jew li sar booking mhux ma' l-Air Malta mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-Direttur tas-Servizzi Korporattivi u s-Segretarju Permanenti. Fil-kazi fejn ma ntużax is-servizz ta' l-Air Malta kien hemm raġunijiet validi. Minn fejn ħareg il-biljett Vjaġġ Data Raġuni 1. Lufthansa Malta-Frankfurt -Brussels 15/03/2005 -17/03/2005 Ma kienx hemm connection flight ma' l- Air Malta 2. Luxair Malta - Luxembourg 29/05/2005 Irħas mill-Air Malta u titjira diretta

Golf courses

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid il-gvern meta għarraf lill-MEPA dwar il-pjani tiegħu li jikkonsidra Għajn Tuffieħa bħala sit għall-golf course? Liema kienu s-siti identifikati mill-MEPA nnifisha u x'kienet il-priority order tar-rakkmandazzjoni tagħhom? X'kienu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li ġew identifikati mill-MEPA f'kull każ individwali? Kien hemm proposti għall-iżvilupp ta' golf courses li saru minn investituri u/jew promoturi privati? Jekk iva, liema kienu u min kienu l-investituri jew il-consortia koncernati? Fil-każ li kien hemm consortia involuti, min kienu l-membri tal-consortia? Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ikkonsulta mal-Malta tourism authority qabel wasal għad-deċiżjoni tiegħu dwar Għajn Tuffieħa, aktar u aktar billi l-golf course development ġie assenjat lilhom? Il-kabinett meta mistenni jieħu deċiżjoni dwar il-proposta għall-golf course f'Ta' Ċenċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern talab lill-MEPA biex tevalwa s-sit ġewwa Għajn Tuffieħa in vista ta’ possibbiltà ta’ golf course fit-2 ta’ Marzu 2005. Rigward ranking u evalwazzjoni tas-siti identifikati mill-MEPA, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-rapport dwar is-site selection exercise preparat mill-MEPA li qiegħed fuq il-website ta’ l-Awtorità – www.mepa.org.mt. Il-Gvern ma rċieva ebda proposti uffiċjali dwar żviluppi ta’ golf course matul dan l-eżerċizzju. Ma nqisx li kien hemm għalfejn l-Malta Tourism Authority kellha tkun konsultata f’dan l-istadju meta l-MEPA kellha golf course design consultant jassistiha. In vista li l-proposta għall-golf course f’Ta’ Ċenċ hija proġett privat, ma nistax nifhem il-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant dwar deċiżjoni tal-Kabinett fuq dan il-proġett.
Leg 10 PQ #13318 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Business councils

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru proposti min-naħa tal-Ministeru lil diversi pajjiżi biex jitwaqqfu business councils? Lil liema gvernijiet saru? Kemm minn dawn il-proposti ġew aċċettati? Kemm minn dawn il-business councils ġew imwaqqfa? Minn min huma komposti? Kemm minnhom iltaqgħu u kemm-il darba ltaqgħu minn mindu twaqqfu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Saru proposti minn naħa tal-Ministeru lill-Libya u lill-Tuneż biex jitwaqqfu Business Councils u t-tnejn ġew aċċettati. Il-Libyan-Maltese Business Council twaqqaf fis-26 ta' Frar 2005 wara li saret konsultazzjoni ma' korpi kostitwenti, u hu magħmul minn dawn il-membri: Naħa Maltija: - Mr Alfred Pisani, Chairman, Corinthia Group of Companies (Hotels and Catering); - Mr Frank V Farrugia, Chairman, Alpha Techs Ltd., (IT and Medical Instruments); - Mr Alfred Mangion, Chairman, AM Mangion Ltd., (Pharmaceuticals); - Mr Joe Mizzi, Chairman, Chef's Choice Foods (Food Industries); and - Mr Paul Vella, Chairman, Ballut Blocks (Constructing Trade & Building Materials). Naħa Libjana: - Mr Jebril Karim Al-Reaiyedh, from Mizurata, owner of El-Naseem for Milk and Dairy Products, Manufacturer and Trader of Foodstuff; - Mr Abdel Razzak Krima, from Zawia, owner of Bahr El-Samah Partnership, a trader in building materials; - Dr Abdel Naser Muhammed Okouk, from Tripoli, owner of Akida for Household Company, a trader of household and electrical appliances; - Mr Abdel Azeem Atteya El-Ghoul, of Benghazi, owner of El-Nasr Company for Importation of Workshop Equipment, trader of industrial equipment and workshop requirements; and - Mr Ibrahim Ahmed El-Darrat, owner of Al-Etkan Detergents, importer of detergents. Il-Libyan-Maltese Business Council għad irid jiltaqa' iżda diġa kien hemm laqgħa ta' koordinazzjoni għan-naħa Maltija. Huwa mistenni li l-ewwel laqgħa ta' dan il-Kunsill isir fi Tripli aktar tard din is-sena.. Fit-2 ta' Ġunju 2005 tħabbar li ser jitwaqqaf il-Maltese-Tunisian Business Council. Il-ftehim formali dwar dan għandu jigi ffirmat din is-sena.
Leg 10 PQ #13320 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-każi ta' laxkezza li saret riferenza għalihom fir-rapport dwar l-investigazzjonijiet dwar ħruġ ta' visas mill-Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina? Jista' jelabora dwar dan f'aktar dettal? X'qed iżomm milli jippubblika l-partijiet rilevanti tar-rapport konċernat meta dan jikkonċerna uffiċjali pubbliċi mħallsin minn fondi pubbliċi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Diġa' saru stqarrijit pubbliċi dwar din il-materja. Fl-interess tal-kredibbilta' tal-process, gie deċiz li jinbidel l-istaff kollu tal-Ambaxxata Maltija f'Beijing. Ma jidirix li rapporti ta' investigazzjonijiet tal-pulizija għandhom jiġu ppubblikati. Il-każi ta' laxkezza kienu jirrigwardjaw il-proċeduri amminstrattivi dwar dik il-parti tal-proċess tal-ħrug tal-visas li kienet tirrigwardja il-ħidma tal-Ambaxxata.

Ċittadini Ċiniżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' ċittadini Ċiniżi li ġew rapportati li ħarbu u daħlu illegalment l-Italja u/jew Sqallija minn Malta li oriġinarjament ġew Malta bil-visa ta' studenti tal-lingwa Ingliża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-Awtoritajiet Taljani irrapurtaw tlett każi ta' ċittadini Ċiniżi li daħlu f'territorju Taljan klandestinament. F'żewġ każijiet minnhom irriżulta li dawn, 41 persuna, kienu f'xi żmien studenti ta' l-Ingliż f'Malta.

Air Malta — Ġurnali lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jarax li kienet politika short sighted dik meħuda mill-kumpannija Air Malta li taqta' is-servizz tal-ġurnali lokali fl-economy class tat-titjiriet tagħha? Ma jaħsibx li eżerċizzji ta' cost cutting qatt m'għandhom isiru minn dawk li huma customer services?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-kumpanija ħadet ħafna miżuri biex tnaqqas l-ispejjeż tagħha. Fost dawn ittieħdet deċiżjoni li ma jingħatawx gażżetti fl-'economy section' u b'hekk ġew frankati eluf ta' liri fis-sena. Ovvjament il-kumpanija ma ħaditx gost li naqset is-servizz lill-klijenti tagħha iżda taħt iċ-ċirkustanzi preżenti ħasset li dan it-tnaqqis fl-ispejjeż, flimkien mal-miżuri l-oħra li ttieħdu, huma neċessarji. Il-kumpanija dejjem tirrevedi dawn il-miżuri, u tkun lesta li tibdilhom meta jinbidlu ċ-ċirkustanzi.

Bank ċentrali — Xogħol ta' konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għamlitx xi xogħol ta' konsulenza għall-bank ċentrali minn mindu irriżenjat mill-bank? Jekk iva, kemm tħallset sena b'sena u x'kien ikopri dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #13315 Sitting 285 2005-06-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Bilaterali — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara t-tluq ta' Dr Mario Costa lejn Moska, il-ministeru qed isibha diffiċli biex isib lil xi ħadd adattat biex jimla' il-post ta' direttur għall-affarijiet bilaterali?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-post vakanti ta' Direttur għall-Affarijiet Bilaterali irid jittieħed fil-kuntest tar-ri-organiżżazzjoni meħtieġa fil-Ministeru. Il-Ministeru mhuwiex "qed isibha diffiċli biex isib lil xi ħadd adattat biex jimtela l-post ta' Direttur għall-Affarijiet Bilaterali" kif qed jgħid l-Onorevoli Interpellant.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' Dar Malta fi Brussels? Il-permessi tal-bini ħarġu kollha? Jekk le, liema għadhom pendenti? Tista' tagħti indikazzjoni tat-time scales li fihom mistenni jsir ix-xogħol meħtieġ u jintlaħqu l-istadju varji tar-refurbishment tal-bini għall-iskopijiet li nxtara għalih? Kemm intnefaq s'issa fuq il-proġett, apparti mit-transazzjoni tax-xiri tal-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħolijiet f’Dar Malta fi Brussel bdew bit-twaqqiegħ ta’ partijiet interni, tneħħija ta’ debris, bini ta’ fire escape ġdid u tneħħija ta’ asbestos. Xogħolijiet oħra jiddependu ħafna minn permessi ta’ bini. L-applikazzjoni għall-permess tal-bini ġiet sottomessa. Din tirreferi għall-Permis Urbanisme 2 u din hija applikazzjoni waħda mibgħuta lill-dipartimenti varji għall-permessi relatati ma’ fire environment, city planning, urban (neighbourhood) u heritage. Il-bini se jkun lest għall-użu f’fażijiet, li jibdew bejn wieħed u ieħor minn tmien xhur sa sittax-il xahar mid-data tal-ħruġ tal-permess. Il-permess fih innifsu jirrikjedi bejn wieħed u ieħor sitt xhur ta’ proċessar u hu mistenni li joħroġ għall-Diċembru 2005. Sal-lum l-ispiża totali fuq dan il-proġett, apparti mit-transazzjoni ta’ xiri tal-proprjetà, tammonta għal Lm100,608.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12722 u jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' Dar Malta fi Brussels? Il-permessi tal-bini ħarġu kollha? Jekk le, liema għadhom pendenti? Tista' tagħti indikazzjoni tat-time scales li fihom mistenni jsir ix-xogħol meħtieġ u jintlaħqu l-istadju varji tar-refurbishment tal-bini għall-iskopijiet li nxtara għalih? Kemm intnefaq s'issa fuq il-proġett, apparti mit-transazzjoni tax-xiri tal-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12722.

Diplomatic health studies

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk sarux interventi min-naħa tal-ministeru tiegħu biex id-diplomatic in health studies tal-CAST (il-BITEC national diploma) tiġi rikonoxxuta bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC degree course fl-Universita' ta' Malta bħalma jiġri fl-universitajiet barranin? Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti ta' dan il-kors kienu ġew imwiegħda li l-BITEC national diploma kien se jiġi meqjus bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC degree course?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

EU — Pazjenti Maltin barra minn Malta

Question

Jista' il-Ministru jfisser il-pożizzjoni ta' l-awtoritajiet Maltin rigward id-drittijiet ta' mobilita' fl-Unjoni Ewropea ta' pazjenti Maltin u d-dibattitu li qed jiżviluppa bħalissa fl-UE biex pazjenti minn kull pajjiż ikunu jistgħu jfittxu kura f'pajjiż ieħor? Illum il-ġurnata x'inhi l-policy ta' l-awtoritajiet Maltin dwar pazjenti Maltin li jkunu ilhom jistennew għall-operazzjoni u jitolbu lill-awtoritajiet biex jagħmlu din l-operazzjoni f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja dwar drittijiet ta' mobilita' għadhom qed jiġu diskussi. Malta għandha l-presidenza tal-working group li qed jiddiskuti dawn l-implikazzjonijiet. Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hija li l-prijoritajiet fil-qasam tas-saħħa jiġu determinati mill-pajjiżi membri għaliex huma rifless tal-ħtiġijiet tal-pajjiż individwali u l-fondi li l-pajjiż jista' jalloka għas-servizz tas-saħħa. Il-policy hija li operazjonijiet li huma ta' natura urġenti għal raġunijiet mediċi u li ma jistgħux jistennew jingħataw prijorita fl-isptarijiet tagħna. Ta' min jgħid li għaddej dibattitu fl-Unjoni Ewropeja dwar id-definizjoni ta' kemm għandha tkun twila stennija f'każijiet ta' natura urġenti għal raġunijiet mediċi.
Leg 10 PQ #13306 Sitting 284 2005-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Economic and social cohesion fund

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-kontribuzzjoni ta' l-economic and social cohesion fund in the enlarged EU tiddiskrimina kontra pajjiżi bħal Malta li għandhom population density qawwija billi jqisu dan bħala vantaġġ flok żvantaġġ? Jikkonferma li f'taħdidiet li saru ma' l-awtoriitajiet Svizzeri, skond proposta Svizzera 18% tar-redistribution of funds tal-Greċja, Spanja u l-Portugal sejrin iwasslu biex fil-każ ta' Malta x-share jonqos għal 0.30% filwaqt li fil-każ ta' pajjiżi oħra x-share se jiżdied?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dwar 1-ewwel parti tal-mistoqsija, din il-materja kienet waħda mis-suġġetti li Malta kienet innegozjat b'suċċess fil-Financial Perspectives taħt il-Presidenza ta' Lussemburgu. Kif jaf 1-Onorevoli Interpellant, iżda, ma kienx hemm qbil finali dwar il-Financial Perspectives 2007 - 2013. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija din il-materja wkoll għadha taħt kunsiderazzjoni bejn 1-UE u 1-Isvizzera.
Leg 10 PQ #13307 Sitting 284 2005-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur Joseph Licari

Question

Jikkonferma l-Ministru li Malta qed tagħmel lobbying biex l-Ambaxxatur Joseph Licari jilħaq chairman tal-governing board tal-Council of Europe development bank? X'rispons kien hemm s'issa mill-pajjiżi konċernati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva. Malta għandha lill-Ambaxxatur Licari bħala kandidat tagħha bħala "Chairman of the Governing Board of the Council of Europe Development Bank". Saru diversi votazzjonijiet sal-lum imma 1-ebda kandidat ma laħaq in-numru meħtieġ. Se ssir votazzjoni oħra f'Settembru.
Leg 10 PQ #13309 Sitting 284 2005-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Fisheries zone

Question

Skond it-tagħrif li għandu l-Gvern Malti , il-Libja ddepożitat il-co-ordinates relattivi għad-dikjarazzjoni unilaterali dwar il-fisheries zone mad-division for ocean affairs and law of the sea ta' l-UN secretariat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Le, skond it-tagħrif li għandu 1-Gvem Malti, l-awtoritajiet Libjani għadhom ma ddepożitawx il-coordinates relattivi għaz-Zona tas-Sajd mas-Segretarjat tal-Ġnus Magħquda.