Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #13645 Sitting 293 2005-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-kunsill tas-sigurta' tal-Ġnus Magħquda hi li Malta favur żieda fin-non permanent seats ħalli jkun hemm kunsill tas-sigurta' akbar u b'aktar rotation?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li l-pożizzjoni ta' Malta dwar it-tkabbir fil-Kunsill tas-Sigurta' hi favur żieda fin-non-permanent seats. Fil-fatt, Malta hija favur il-pozizzjoni tal-grupp imsejjaħ Uniting for Consensus li jinkludi lill-Italja, Spanja u Argentina.
Leg 10 PQ #13645 Sitting 293 2005-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-kunsill tas-sigurta' tal-Ġnus Magħquda hi li Malta favur żieda fin-non permanent seats ħalli jkun hemm kunsill tas-sigurta' akbar u b'aktar rotation?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li l-pożizzjoni ta' Malta dwar it-tkabbir fil-Kunsill tas-Sigurta' hi favur żieda fin-non-permanent seats. Fil-fatt, Malta hija favur il-pozizzjoni tal-grupp imsejjaħ Uniting for Consensus li jinkludi lill-Italja, Spanja u Argentina.

Universita' — Fakulta' ta' l-edukazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, huma lecturers fid-dipartiment tal-matematika, xjenza u edukazzjoni teknika fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta? Jekk iva, dawn huma full-time, part-time jew visiting lecturers? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta bdew jgħallmu f'din il-fakulta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament huma Part-Time Visiting Lecturers mad-Dipartiment tal-Matematika, Xjenza u Edukazzjoni Teknika u bdew jgħallmu mis-sena akkademika 2003/4.

Enemalta — Distribution centre f'Pembroke

Question

B'riferenza għall-proposta tal-korporazzjoni Enemalta sabiex tibni distribution centre f'Pembroke biswit il-Pembroke athleta sports club, jista' il-Ministru jieħu nota ta' l-oġġezzjoni tal-kunsill lokali ta' dan il-lokal li huwa kontra dan l-iżvilupp minħabba diversi fatturi fosthom li s-sit indikat skond in-north harbour plan mhuwiex suppost li jsir żvilupp fih kif ukoll minħabba l-fatt li dan l-iżvilupp se jaffettwa ħażin lill-Pembroke sports club minħabba li se tittieħed parti kbira mill-parking area eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi s-sit indikat ma kienx is-sit li għażlet l-Enemalta. Dan tal-aħħar kien ġie rifjutat mill-MEPA li kienet hi stess li ndikatu lill-Enemalta u daħħlitu fin-North Harbour Local Plan.

MFSA — Independent Insurance Co. Ltd.

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitqassmu l-fondi min-naħa ta' l-MFSA lil dawk li għandhom jieħdu danni mingħand l-Independent Insurance Co. Ltd. li qiegħda in provisional liquidation?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12954.

Qrati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-pubbliku jiġi mgħarraf sa minn jiem qabel permezz tal-ġurnali meta mħallef, maġistrat jew chairperson ta' tribunal ikun iddiferixxa seduta? Japprezza li l-attendenza għal seduta tfisser għall-partijiet, xhieda u esperti, ħin u ħafna drabi tehid ta' frank u xi drabi spejjeż oħra wkoll, u għalhekk kull mezz għandu jsir biex il-pubbliku ma jmurx il-qorti għalxejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-avviżi ta' kull differiment ta' kawżi li jkun hemm kemm fil-kamp Ċivili kif ukoll f'dak Kriminali jintbagħtu mid-Deputati Reġistratur ta' l-awla rispettiva, permezz ta' email lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Dan, minn naħa tiegħu, jibgħat tali avviż lill-ġurnali lokali saibex dawn jippublikawh fl-ewwel opportunita' li jkollhom. Iżda l-amministrazzjoni ma tistax taċċerta li dawn l-avviżi jiġu ppublikati fil-ġranet ta' qabel is-seduta li tkun ġiet hekk differita peress li din hija fid-deskrizzjoni tal-ġurnal. Sfortunatament hemm numru ta' differimenti li joħorġu f'dik il-ġurnata għal diversi raġunijiet u hemm żgur li l-pubbliku jbagħti fix-xejn. Għalhekk diġa' saru u ġew implimentati numru ta' miżuri sabiex dak li ma hemmx bżonn li ssir kawża fuqu jiġi meħlus b'metodi differenti bħall-ittra uffiċċjali eżekuttiva u l-proċeduri fiċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ.

Commonwealth Action Programme for the Digital Divide

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13496 u jgħid x'inhu l-kontribut li l-MITI beħsiebu jagħti għall-Commonwealth action programme for the digital divide?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'referenza għal punti ta' Azzjoni li joħorgu mill-'Commonwealth Action Programme for the Digital Divide', il-MITI beħsiebu jikkontribwixxi billi jagħti; 1. Drittijiet fuq l-użu tal-kontenut tal-programm ta' taħrig myWeb fit-TeleCentres. Dan il-kontenut jista' jintuża biex jinxtered it-tagħlim bażiku fil-kompjuter, Internet u email fil-komunitajiet tal-pajjiżi tal-Commonwealth. 2. Kontenut ta' programmi ta' 'Train the Trainers' għall-Amministraturi ta' dawn in-'Knowledge Shops' u għall-għalliema li ser ikunu qed jgħallmu f'dawn iċ-Ċentri. 3. Drittijiet fuq l-użu tal-kontenut tal-programm ta' taħrig 'Basic ICT Awareness for Small and Micro Businesses' biex ngħinu nindirizzaw il-Punt ta' Azzjoni fuq l-iżvilupp ta' ħiliet (kemm taċ-ċittadini kif ukoll ta' l-intrapriżi) fil-qasam ta' l-ICT. 4. Drittijiet tal-proprjeta` intellettwali fuq is-sistemi ta' l-eGovernment u informazzjoni fuq il-mudelli lokali li kienu ta' suċċess fl-implimentazzjoni ta' l-eGovernment, biex jintużaw fl-'ICT Policy Resource Centres'.

Electronic Communications Framework

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13495 u jgħid x'inhu s-sehem u l-input ta' l-MITI fil-proġett 2010 - The EC review of the electronic communications framework?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ħa sehem attiv fl-iżvilupp ta' l-i2010. Il-Ministeru ilu għal dawn l-aħħar tlett snin jieħu sehem attiv fil-proċess ta' l-eEurope, li fuqu ġie ippjanat l-i2010. Bħala parti minn din il-parteċipazzjoni il-Ministeru ta l-pożizzjoni tiegħu fuq liema prioritajiet għandhom jiġu imdaħħla fl-istrateġija l-ġdida ta' l-Unjoni Ewropeja fuq it-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni - l-i2010. Fost dawn il-prioritajiet kien hemm il-bżonn li tibqa issir ħidma kontinwa biex titnaqqas il-firda diġitali, biex tibqa' tinxtered it-teknoloġija tal-'broadband', u biex jitniehdu inizzjativi li permezz tagħhom tiżdied il-kunfidenza fl-użu tat-teknoloġija. Dawn il-prioritajiet ġew kollha inklużi fl-i2010. Il-Ministeru ta wkoll kontribut fid-diskussjoni dwar jekk l-i2010 għandux ikun pjan ta' azzjoni, (u għalhekk tinkludi dettall fuq liema proġetti għandhom jiġu varati mill-pajjiżi membri), jew strateġija li tipprovdi direzzjoni u oġġettivi ċari fejn l-Unjoni Ewropeja għandha taspira. Il-Ministeru esprima l-opinjoni li din għandha tkun strateġija b'oġġetivi ċari, filwaqt li l-proġetti li l-pajjiż għandu jagħmel ikunu deċizi mill-pajjiż innifsu. Din kienet ukoll l-opinjoni tal-maġġoranza ta' pajjiżi oħra. Il-Ministeru ħa sehem attiv f'diversi studji li saru mill-Kummissjoni Ewropeja meta kien qed jithejja l-i2010. Din il-parteċipazzjoni kienet tinkludi il-mili ta' kwestjonarji fuq l-istrateġija u l-inizzjattivi tal-Gvern dwar it-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Il-Ministeru ikkontribwixxa wkoll fil-kompilazzjoni tal-pożizzjoni ta' Malta fuq diversi komunikazzjonijiet maħruga mill-Kummissjoni Ewropeja qabel it-tfassil ta' l-i2010. Din il-pożizzjoni ġiet diskussa fil-laqgħat tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Bħalissa l-Ministeru, flimkien ma' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika qed jieħu sehem fid-diskussjoni u l-kumpilazzjoni ta' l-indikaturi l-ġodda li se jibdew ikejlu l-progress tal-pajjiżi ma' l-oġġetivi ta' l-i2010.
Leg 10 PQ #13634 Sitting 292 2005-07-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Forzi tas-sigurta'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti tas-sigurta' qed isiru mill-forzi tas-sigurta' Maltin u x'għajnuna mistennija minn forzi tas-sigurta' barranin waqt iċ-CHOGM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed issiru l-arrangementi kollha necessarji dwar sigurta għall din il-Laqgħa f'pajjizina. Jien infurmat li s-servizzi Maltin huma wkoll f'kuntatt ma' forzi ta' sigurta barranin kemm għal xi pariri kif ukoll fuq training programmes u provvediment ta' tagħmir. L-Onorevoli Membru japprezza li fuq dan is-suġġett ma jkunx għaqli li tingħata nformazzjoni ddettaljata.

Bank ċentrali — Xogħol ta' konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għamlitx xi xogħol ta' konsulenza għall-bank ċentrali minn mindu irriżenjat mill-bank? Jekk iva, kemm tħallset sena b'sena u x'kien ikopri dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13450.
Leg 10 PQ #13444 Sitting 289 2005-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konferenza ministerjali 5plus5 — Fishing zone

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ma ħassx il-ħtieġa li jiddiskuti l-kwestjoni dwar il-fishing zone mal-Ministru Libjan għall-affarijiet barranin meta kien Malta għall-konferenza ministerjali 5plus5, dejjem skond kif ġie irrapportat mill-media lokali?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-laqgħa tal-5+5 hija laqgħa informali bejn il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' 10 pajjizi tal-Mediterran. Abbozzi ta' Aġenda miftehma bejn il-partijiet kollha. Kwistjoni bħalma hija l-fishing zone ddikjarata mill-Libja, ma tqumx waqt forum"multilaterali" bħal dan. Naturalment, l-Onorevoli Interpellant żgur li jifhem li, minħabba s-sensittivita' ta' ċerti materji u fl-aħjar interess nazzjonali, ma nkunx dejjem nista' nirrapporta fil-media dwar kull diskussjoni bilaterali informali li kelli ma' diversi Ministri Barranin waqt il-laqgħa tal-5+5. Fil-fatt, eżatt wara l-Konferenza Stampa tal-5+5, kelli laqgħa privata one-on-one mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Libja Abdel Rahman Salgam.

Freedom of information act

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jintroduċi freedom of information act kif irrakkmandat mill-ombudsman?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li effettivament jiena kont diġa tajt struzzjonijiet lis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex jinbeda l-proċess sabiex tiġi evalwata l-vijabilità li tiġi promulgata Freedom of Information Act u dan qabel ma’ l-Ombudsman għamel din ir-rakkomandazzjoni.

Lukanda Holiday Inn

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13319 u jgħid kienx hemm xi żviluppi li jirrigwardjaw il-lukanda Holiday Inn f'dawn l-aħħar xhur? Din għadha proprjeta' ta' l-Air Malta? X'hemm ippjanat għal-lukanda fil-ġejjieni qarib?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Air Malta għamlet ftehim mall-Gvern sabiex il-bejgħ tal-art in kwistjoni (li hi proprjeta tal-Gvern) tinbiegħ mill-Lands Department u l-bejgħ inkun jinkludi l-ishma tal-Kumpanija propjeta tal-Air Malta. L-art qatt ma' kienet propjeta tal-Air Malta peress illi t-titolu relattiv kien wieħed ta' ċens temporanju.

Bank Ċentrali — Xogħol ta' konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13376 u jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għamlitx xi xogħol ta' konsulenza għall-bank ċentrali minn mindu irriżenjat mill-bank? Jekk iva, kemm tħallset sena b'sena u x'kien ikopri dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol ta’ konsulent huwa relatat mar-responsabbilitajiet tal-Bank fil-qasam tar-riċerka ekonomika u huwa ntiż biex jassisti u jagħti pariri lill-Gvernaturi, lill-Monetary Policy Adivsory Council u lill-Bank. B’mod speċifiku l-konsulent qed jassisti u jagħti pariri f’dawn l-oqsma: · L-iżvilupp tal-mudell ekonometriku; · Tbassir ta’ l-ekonomija u projections għall-Monetary Policy Advisory Council; · Updating fuq l-ekonomija lokali u globali; · Riċerka fuq suġġetti relatati mal-politika monetarja; · Diskorsi tal-Gvernatur fuq aspetti finanzjarji u ekonomiċi; · Xogħol ieħor relatat li jista’ jiġi mitlub li jagħmel, fosthom żvilupp tar-rikors uman fid-dipartiment ta’ l-Ekonomija tal-Bank. Il-konsulenza mal-Bank Ċentrali ta’ Malta bdiet b’effett mill-15 ta’ Ottubru 2001 u l-ftehim tal-ħlas tal-konsulenza huwa dak kif spjegat hawn taħt: · 15 Ottubru 2001 sa 14 ta’ Ottubru 2002 Lm4000 (eskluż VAT) · 15 Ottubru 2002 sa 14 ta’ Ottubru 2003 Lm4126 (eskluż VAT) · 15 Ottubru 2003 sa 31 ta’ Ottubru 2004 Lm5000 (eskluż VAT) · 01 Novembru 2004 sa’ 31 ta’ Ottubru 2005 Lm5125 (eskluż VAT) Fl-2003 il-konsulent tħallas ukoll is-somma ta’ Lm1700 (eskluż VAT) għal xogħol fuq l-iżvilupp tal-mudell ekonometriku u preparazzjoni ta’ riċerka fuq l-istrateġija ta’ l-euro. Dan involva 3 xhur xogħol full-time.

Proġett EC review of the electronic communications framework

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13418 u jgħid x'inhu s-sehem u l-input ta' l-MITI fil-proġett 2010 - The EC review of the electronic communications framework?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Diplomas in health studies

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13304 u jgħarraf lill-Kamra jekk sarux interventi min-naħa tal-ministeru tiegħu biex id-diplomas in health studies tal-CAST (il-BITEC national diploma) tiġi rikonoxxuta bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC degree course fl-Universita' ta' Malta bħalma jiġri fl-universitajiet barranin? Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti ta' dan il-kors kienu ġew imwiegħda li l-BITEC national diploma kien se jiġi meqjus bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC degree course?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti konċernati qatt ma ġew imwiegħda mill-MCAST li din id-Diploma hi diġa' aċċettata mill-Universita' bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC Degree Course. L-istudenti huma informati li l-MCAST u l-Universita' qed jaħdmu flimkien biex tiġi stabbilita l-ekwivalenza ta' din id-Diploma paragun ma' kwalifiki li tirrikonoxxi l-Universita'.