Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #13930 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Immigrazzjoni illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta saret il-laqgħa teknika dwar l-immigrazzjoni illegali f'Malta li għaliha attendew rappreżentanti ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Libja, liema kienu dawk il-pajjiżi ta' l-Unjoni li ma attendewx?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.

MCAST — Degree course

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13380 tas-27 ta' Ġunju 2005, il-Ministru għadu jsostni l-pożizzjoni tiegħu fid-dawl ta' l-affidavit li diversi studenti għamlu, fejn ħalfu li kienu ġew imwiegħda minn nies identifikati bħala diriġenti ta' l-MCAST li l-B.Tec diploma jwassal għal degree course?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-MCAST/BTEC National Diploma in Health Studies ġiet rikonoxxuta u aċċettata minn universitajiet barranin bħala kwalifika għad-dħul fid-degree courses. L-istudenti ta' l-MCAST qatt ma ġew imwiegħda mill-MCAST li din id-Diploma hi aċċettata mill-Universita' ta' Malta bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC Degree Course. Dan għaliex l-Universita' hija awtonoma minn l-MCAST u għax m'hemmx arranġament bejn l-MCAST u l-Universita' dwar dan il-kors. L-MCAST avża l-Universita' ta' Malta li l-National Diploma in Health Studies titqies daqs tlett A Levels (3 Merits għal valur ta' 240 UCAS points jew 3 Distinctions għal valur ta' 360 UCAS points). Din il-prattika tapplika għal programmi kollha ta' l-MCAST/BTEC National Diploma f'kull qasam. Madankollu l-Universita' ta' Malta stabbilit li l-MCAST/BTEC National Diploma in Health Studies hija ekwivalenti għal A Level wieħed, bi grad B, bħala kwalifika għad-dħul kif jidher f'L.N. 299 ta' l-2005.
Leg 10 PQ #13932 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Pjan strateġiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan strateġiku tal-ministeru tiegħu? Jekk ġie approvat, jista' jagħti indikazzjoni tal-qafas tiegħu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-pjan għar-ristrutturar tal-Ministeru ġie approvat wara diversi laqgħat ma' uffiċċjali mill-Management and Personnel Office. Hu mistenni li l-proċess ikompli billi joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal 'headship posts'. L-istruttura l-ġdida tieħu in konsiderazzjoni r-realtajiet politiċi u ekonomici ta' llum.
Leg 10 PQ #13933 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Immigrazzjoni Illegali

Question

Fid-dawl tad-diversi ittri li l-Ministru bagħat lill-pajjiżi individwali ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll lil diversi organizzazzjonijiet internazzjonali dwar l-immigrazzjoni illegali, jista' il-Ministru jindika x'wieġbu u meta wieġbu? Jekk fin-negattiv, liema huma dawk il-pajjiżi u organizzazzjonijiet li naqsu li jwieġbu t-talbiet ta' Malta dwar dan is-suġġett? Kif qed tiġi kkordinata l-ħidma bejn l-uffiċċju tal-Ministru, il-Ministeru ta' l-Intern u l-uiffiċċju tal-Prim Ministru fejn jopera s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Abela li huwa responsabbli mill-Armata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nissuġġerixxi li t-tweġiba tingħata f'diskussjoni fuq Agenda Item speċifiku f'laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej. Ser nikkuntattja lill-President tal-Kumitat dwar dan. Dan biex jista jkun hemm diskussjoni aktar mifruxa dwar din il-materja.
Leg 10 PQ #13934 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Proliferation security initiative

Question

Jista' il-Ministru jgħid Malta meta bdiet taderixxi mal-proliferation security initiative li kienet ġiet promossa mill-Istati Uniti, u aktar tard minn diversi pajjiżi Ewropej fis-sena 2003? Jista' jelabora dwar dan?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li s'issa Malta m'aderixxitx mal-Proliferation Security Initiative, li ġiet promossa mill-Istati Uniti f'Mejju 2003. Inżid illi bħala Membru ta' l-Unjoni Ewropea, Malta kienet parti mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li ħareġ il-press release ta' 1 ta' Ġunju 2004, taħt it-titlu "Non-Proliferation - support of the Proliferation Security Initiative (PSI)", u li ssemmi l-pożizzjoni ta' l-Unjoni dwar il-PSI, illi: "The European Union and its Member States note that the principal purpose of the Proliferation Security initiative (PSI) complements well the objectives set out in its own Strategy against the proliferation of WMD. The European Union and its member States fully endorse and subscribe to the Statement on Interdiction Principles of 4 September 2003. It can provide an effective basis, consistent with national legal authorities and relevant international law and frameworks including the UN Security Council, on which to impede and stop trafficking in weapons of mass destruction and their means of delivery." u "The European Union and its Member States commit themselves to contribute to the PSI and will take the necessary steps in support of interdiction efforts to the extent their national and Community legal authorities permit and consistent with their obligations under international law and frameworks." Il-Gvern Malti qiegħed jeżamina l-aspetti legali w amministrattivi li jridu jiġu mplementati qabel tittieħed id-deċiżjoni sabiex Malta taderixxi mal-PSI u l-Interdiction Principles tal-PSI. Ta' min isemmi li fil-2004, Malta, permezz ta' uffiċċjali tad-Dwana u l-Forzi Armati, ipparteċipat bħala osservatur f'diversi attivitajiet u eżerċizzji ta' nterdizzjoni tal-PSI. Malta qed iżżomm nota wkoll tal-pajjiżi li adexxew għall-PSI jew qegħdin f'negozjati bħalissa.

Gżira housing estate — Siti ta' ħwienet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga lmenti li wasluli li hemm diversi siti ta' ħwienet fil-Gżira housing estate project li jinsabu fi stat ta' abbandun u li qed jintużaw bħala refuse dumps iżda li d-dipartiment konċernat ma jixtieqx joħroġ għas-sejħa għal offerti qabel ma ċ-ċwievet jiġu rritornati lilu? Kemm jirriżulta li hemm minn dawn il-ħwienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ċ-ċwievet ta' wieħed minn dawn il-ħwienet ġew irritornati lid-Dipartiment tal-Artijiet ftit ta' żmien ilu. Dan il-ħanut kif ukoll żewġ ħwienet oħra ħarġu għall-offerti fis-17 ta' Ġunju 2005 permezz ta' Avviż Nru. 125. L-offerti għalqu fis-7 ta' Lulju 2005, u bħalissa qed jiġu aġudikati.

MEPA — Żvilupp ta' bar

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jiġi żviluppat skond il-permess rilevanti tal-MEPA? Dettalji dwar il-permess qed jintbagħtu wkoll separatament.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sit in kwistjoni huwa kopert b'permess b'referenza PA1228/99 maħruġ fit-12 ta' Jannar 2001, u dan biex isir tibdil t'użu minn Mini Market (Grocery) għal Take Away outlet. Fil-preżent hemm applikazzjoni pendenti b'referenza PA 3062/03 "to include consumption of snacks and spirits on premises". Din l-applikazzjoni ġiet irrifjutata, u bħalissa qegħda fi stadju t' appell kontra l-istess rifjut. Dwar il-mistoqsija jekk il-ħanut hux qiegħed jiġi żvilupat skond il-permessi, irid jingħad li l-ispettur tal-bini nkarigat mill-area għamel żewġ spezzjonijiet u sab is-sit in kwistjoni magħluq, kif ukoll għamel diversi attentati biex jikkomunika mas-sid imma sal-lum dan ma kienx possibbli. Għaldaqstant qiegħed jiġi mitlub aktar żmien biex tkun tista’ ssir spezzjoni interna tas-sit ħalli jiġi vverifikat li x-xogħol jaqbel mal-permessi maħruġa.

Regolamenti tas-sanita' — Żvilupp ta' bar

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jiġi żviluppat skond ir-regolamenti tas-sanita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li minn investigazzjoni li saret minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dwar il-post indikat jirriżulta li fis-sena 2002 il-post kien ġie approvat mid-Dipartiment bħala Take Away u mhux Bar. Jirriżulta wkoll li l-imsemmi Take Away jinsab magħluq għal dawn l-aħħar snin. Dan ġie kkonfermat ukoll minn nies tal-lokal.

Dwejra — Kamra 21

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12909 kienx hemm xi żvilupp dwar il-finalizzazzjoni tal-pjanti konċernati sabiex Kamra 21, fid-Dwejra tiġi mikrija permezz ta' sejħa għal offerti? Jekk fl-affermattiv, meta mistennija ssir din is-sejħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-pjanti ġew finalizzati u s-sejħa għall-offerti għal kiri tal-kamra ħarġet fid-29 ta' Lulju 2005 u għalqet fit-18 ta' Awissu 2005. Bħalissa l-offerti qed jiġu aġġudikati.

ITS — Board of governors

Question

Jista' il-Ministru jindika jekk il-board of governors ta' l-ITS ġiex nominat? Jekk iva, min huma l-membri tiegħu u meta ġiet fis-seħħ il-ħatra tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Board ta' l-ITS inħatar b'effett mill-5 ta' Settembru u huwa kompost kif ġej:- Is-Sur Reginald Abela -- Chairman Is-Sur Joe Tanti - Membru Is-Sur Edwin Borg - Membru Is Sur Carmel Fsadni - Membru Is-Sur Noel Falzon - Membru Is-Sur Francis Albani - Membru Is-Sinjura Yvonne Pulis - Membru Is-Sur Justin Zammit Tabona - Membru Is-Sur Walter Cassar - Membru Is-Sur Joseph Theuma - Membru

Xwieki — Għargħur - Triq Santa Katerina

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi immedjati dwar l-inkonvenjent għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fix-Xwieki, limiti tal-Għargħur, ikkawżati mid-drenaġġ kif ukoll minħabba fit-tabella ta' traffiku li ma tippermettix lil kulħadd jgħaddi minn din it-triq bil-konsegwenza li dawn spiċċaw priġunieri tal-fossa li hemm fit-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-fossa tbattlet u ser tibqa' titbattal regolarment. Il-KSI għandha pjan biex tiġi installata pompa biex din il-fossa tingħaqad mas-sistema tad-drenaġġ. Dwar it-tabella tat-traffikku l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi l-każ lil Awtorita' Kompetenti peressli l-KSI m'hiex responsabbli għal-immaniġjar tat-traffiku.

Bank Ċentrali — Monetary policy advisory council

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-monetary policy advisory council attenda s-Sur Gordon Cordina għall-bank ċentrali minn Novembru 2001 sal-lum, billi inti għedt li huwa responsabbli għat-tbassir ekonomiku u tal-projections għal dan il-kunsill? Kien hemm xi rapporti li pprepara s-Sur Cordina li ġew ppreżentati lill-membri waqt il-laqgħat ta' l-MPAC? Il-preżentazzjoni ta' projections dwar l-ekonomija li jagħmel is-Sur Cordina kull kemm jagħmilhom, kull xahar, tliet xhur, darbtejn f'sena, jew darba fis-sena? Kif jiġu ppreżentati dawn il-projections lill-MPAC? Jagħmilhom is-Sur Cordina innifsu jew jippreżentahom permezz ta' rapport? Dawn il-projections huma differenti minn dawk li jippreżenta l-bank fil-pubblikazzjonijiet tiegħu u jekk iva, jista' iqiegħed kopja ta' dawn il-projections tas-Sur Cordina li jiġu diskussi fl-MPAC fuq il-medja tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Numru 13376, u ngħid li meta wieħed ‘jassisti u jagħti parir’ lill-Monetary Policy Advisory Council mhux bilfors ikun attenda l-laqgħat ta’ l-istess Kunsill. M’hijiex il-prattika li s-Sur Gordon Cordina, bħala konsulent tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, jattendi laqgħat tal-Monetary Policy Advisory Council.

Rapport dwar l-ekonomija lokali u globali

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti dwar l-updates li għamel is-Sur Cordina dwar l-ekonomija lokali u globali? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti tar-riċerka, jew almenu xi summary jew addirittura t-titli tar-rapporti ta' riċerka, li għamel is-Sur Cordina minn Novembru 2001 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li konsulenza ma tfissirx preparazzjoni ta’ rapporti u riċerka biss. Rapporti u konsulenza f’dan is-sens huma ntiżi biex il-bank jaqdi l-funzjoni tiegħu ta’ moneteraġġ tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż, fis-sens wiesa’, u li fl-aħħar jikkontribwixxi għall-konklużżjonijiet tal-Bank Ċentrali li mbagħad jiġi ppubblikat fl-Economic Review kull tlett xhur.

Bank Ċentrali — Konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk kors li se jagħti s-Sur Cordina lill-membri ta' l-istaff tal-bank ċentrali huwiex se jitħallas apparti mill-ħlas ta' konsulenza li qed jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-Sur Gordon Cordina ġie mitlub mill-Bank Ċentrali ta’ Malta li jagħti kors lill-membri ta’ l-istaff, intitolat “The Maltese Economy – Present State and Future Prospects”. Dan il-kors ser jingħata barra mill-ftehim tal-konsulenza.

Bank Ċentrali — Quarterly review

Question

Fl-aħħar ħarġa tal-quarterly review tal-Bank Ċentrali, ġie ppubblikat artiklu intitolat House Prices in Malta - An economic analysis mill-Prof. Joe Falzon, Wendy Zammit u l-Perit Dennis Camilleri. Dawn kemm tħallsu tas-servizzi tagħhom individwalment? Huwa minnu li l-Perit Camilleri, li ġie ppreżentat bħala co-author ta' dan l-istudju, ma kkontribwixxiex direttament għar-rapport kif indikat u ma ntuża xejn minn dak li huwa kien ippreżenta lill-bank ċentrali fis-sena 2003 dwar dan is-suġġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għar-riċerka wiesgħa fuq is-suġġet tad-djar, li saret fuq medda ta’ sitt xhur u li nkludiet kontribuzzjoni diretta fl-imsemmi artiklu, il-Professur J Falzon tħallas is-somma ta’ Lm2,368. Iż-żewġ kontributuri l-oħra ma rċevew l-ebda ħlas bħala kumpens għall-kontribuzzjoni tagħhom. Il-Perit Camilleri ilu nvolut fl-istess proġett għal dawn l-aħħar sentejn u nofs. Fil-fatt l-ewwel draft ta’ dan l-artiklu li nkiteb minnu kien parti integrali fl-iżvilupp tal-proġett u ta’ l-artiklu.
Leg 10 PQ #13636 Sitting 293 2005-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jaħseb li se tkun in-nefqa totali biex Malta tospita ċ-CHOGM u kemm minn din in-nefqa se tkun koperta minn sponsorships?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-allokazzjoni għaċ-CHOGM fil-budget ta' din is-sena hu ta' Lm1.5 miljun. Għadu kmieni biex wieħed jgħid kemm se tkun in-nefqa totali għalkemm kull sforz qiegħed isir biex kemm jista jkun din iċ-ċifra ma tinqabisx. Id-dħul ta' flus mill-isponsorships qiegħed jiġi allokat kemm jista jkun għal inizjattivi biex issir promozzjoni għal marketing ta' Malta; naturalment offerti ta' sponsorships "in kind" imorru biex jgħinu fil-preparazzjonijiet loġistiċi taċ-CHOGM, bħal per eżempju f'karozzi bix-xufier għal kull Kap ta' Stat li se jattendi.
Leg 10 PQ #13638 Sitting 293 2005-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed jipproponi l-Gvern Malti bħala issues għad-diskussjoni fuq l-aġenda taċ-CHOGM? X'inhuma jipproponu pajjiżi ewlenin tal-Commonwealth bħar-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja, l-Indja, il-Pakistan u l-Afrika t'Isfel biex jiġi diskuss waqt iċ-CHOGM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Id-diskussjoni dwar l-issues li mistennija jkunu diskussi waqt iċ-CHOGM għadha għadejja f'konsultazzjoni mas-Secretarjat tal-Commonwealth u s-Segretarjat Generali tal-Commonwealth. Il-Gvern Malti ppropona t-tema għaċ-CHOGM li hija "Networking the Commonwealth for Development"u din mistennija tkun tema centrali fic-CHOGM, Fi żmien qrib, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth għandu jikteb lill-Kapijiet ta' Gvern tal-Commonwealth dwar dan.
Leg 10 PQ #13639 Sitting 293 2005-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Wara li dan l-aħħar saret sejħa għall-offerti biex isir programm għal waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ taċ-CHOGM, jista' il-Ministru jgħidilna jekk din l-offerta tteħditx u jekk iva, min hija l-kumpannija li ħadet l-offerta, min huma d-diretturi ta' din il-kumpannija u kemm se tiġi tiswa din l-offerta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Kienu żewġ kumpanniji li tefgħu offerta għat-tender biex isir avveniment kulturali waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ taċ-CHOGM, Welcomevents and Sunrays Travel and Tourism Ltd. Twaqqaf kumitat sabiex jivvaluta l-offerti u fl- 24 ta' Gunju rrikmanda lid-Direttur General tal-Kuntratti li l-għażla tal-kumitat kienet favur l-offerta ta' Welcomevents,. Din ir-rikomandazjoni ġiet approvata mill General Contracts Committee, u jekk ma jkun hemm l-ebda oggezzjoni f'perijodu ta' 14 il-jum, din titħabbar. Dan hu previst għal-21 ta' Lulju. L-ammont indikata fl-offerta ta' Welcomevents hi ta' Lm 49,500.
Leg 10 PQ #13641 Sitting 293 2005-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid xi preparamenti qed isiru biex hu u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jieħdu l-okkażjoni taċ-CHOGM biex jagħmlu laqgħat bilaterali mal-counterparts tagħhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern ta' Malta diġa beda bil-Kuntatti biex matul il-Laqgħa għall-Kapijiet tal-Gvern tal-Pajjiżi tal-Commonwealth li sejra ssir f'Novembru li ġej, isiru taħdidiet bilaterali mal-pajjiżi membri tal-Commonwealth biex jitakttru relazzjonijiet kemm politiċi kif ukoll kummerċjali ta' Malta ma dawn il-pajjiżi, u biex nieħdu l-aqwa benefiċċju mill-fatt li ser ikun hawn daqshekk Kapijiet tal-Gvern u Ministri ta' l-Affarijiet Barranin f'Malta.
Leg 10 PQ #13641 Sitting 293 2005-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi preparamenti qed isiru biex hu u l-Prim Ministru jieħdu l-okkażjoni taċ-CHOGM biex jagħmlu laqgħat bilaterali mal-counterparts tagħhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern ta' Malta diġa beda bil-Kuntatti biex matul il-Laqgħa għall-Kapijiet tal-Gvern tal-Pajjiżi tal-Commonwealth li sejra ssir f'Novembru li ġej, isiru taħdidiet bilaterali mal-pajjiżi membri tal-Commonwealth biex jitakttru relazzjonijiet kemm politiċi kif ukoll kummerċjali ta' Malta ma dawn il-pajjiżi, u biex nieħdu l-aqwa benefiċċju mill-fatt li ser ikun hawn daqshekk Kapijiet tal-Gvern u Ministri ta' l-Affarijiet Barranin f'Malta.