Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Ilma tax-xita

Question

B'riferenza għat-talba tal-kunsill lokali Pembroke, fid-dawl ta' l-istudji li għamlu dwar l-impatt li l-ilma tax-xita qed ikollu fuq numru ta' toroq fil-lokal fosthom parti minn Triq Kurunell Cocks u parti minn Triq Dun Amabile Sisner, x'kunsiderazzjoni ngħatat lis-suġġerimenti prattiċi tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Ministeru ma għandu l-ebda talba jew studji li ġew minn għand il-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar din il-kwistjoni. Infakkar lill-Onor. Membru, li t-toroq imsemmija huma responsabilta' tal-Kunsill Lokali u mhux ta' dan il-Ministeru.

Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga fiex wasal il-każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li nifhem li l-fond fejn qed toqgħod bħalissa ġie spezzjonat mill-housing department?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment konċernat flimkien ma' oħrajn simili.

Sptar San Luqa

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li wasluli dwar telqa u nuqqas ta' indafa fl-isptar San Luqa? X'inhi r-raġuni li l-lifts spiss ikunu out of order? M'hemmx xi maintenance agreement dwar dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti parti tal-Mistoqsija, nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq dawn l-ilmenti sabiex tkun tista' ssir l-ssir l-investigażżjoni meħtieġa. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, hemm maintenance agreement fuq kull lift li hemm fl-isptar u issir manutenzjoni il-ħin kollu fuqhom. Pero dan ma jeskludix il-fatt li jinqalgħu problemi tekniċi fuq il-lifts. Tajjeb insemmu li ħafna mill-lifts f'St. Luke's ilhom installati għal żmien mhux ħażin u d-domanda fuqhom hi kbira. Għalhekk dan l-użu frekwenti jikkawża ħafna ħsarat. Ta' min isemmi li l-aktar punt debboli tal-lifts huwa l-bibien u dawn ta' spiss jiġu milqutin mill-ammont kbir ta' trolleys użati fl-isptar. Ta' min jinnota li minħabba din il-possibilita' ta' ħsarat fil-lifts, hemm iktar minn lift wieħed biex ikopri s-servizz f'dik l-area partikolari. Minkejja dawn il-problemi, il-lifts għadhom jagħtu servizz tajjeb fl-isptar. Bħalissa hemm ippjanat diversi xogħol ta' upgrades u wieħed mill-lifts ta' l-Outpatients Department ser jinbidel kompletament sa l-aħħar tas-sena. Ninforma wkoll li ġew installati żewġ lifts ġodda ġewwa l-Isptar Karen Grech u ieħor fl-Isptar Boffa.
Leg 10 PQ #14426 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija fi Vjenna

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tas-sur Chris Grima fl-ambaxxata Maltija fi Vjenna u x'rapporti ntbagħtu dwar il-ħidma tiegħu minn kemm ilu li ħa l-postinghemmhekk?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma jidhirliex li pubblikament għandi noqgħod niddiskuti uffiċċjali individwali fil-ħidma tagħhom regolari għall-Ministeru. L-uffiċċjali in kwistjoni ngħata "assignments" partikolari f'dik l-Ambaxxata.

Donaturi ta' organi

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux qed tinżamm database aġġornata tad-donaturi ta' l-organi mill-awtoritajiet? Jekk iva, min qed jagħmel dan ix-xogħol u kemm huma d-donaturi reġistrati? Jekk le, għaliex mhux qed tinżamm din id-database li kienet inbdiet fis-snin li għaddew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għalkemm jinżammu il-formoli ta' l-applikazjoni tad-donaturi kollha, database eletronika komuni ma tinżamx ta' dawn id-donaturi.

Immigrazzjoni llegali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13930 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu, jisa' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta saret il-laqgħa teknika dwar l-immigrazzjoni illegali f'Malta li għaliha attendew rappreżentanti ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Libja, liema kienu dawk il-pajjiżi ta' l-Unjoni li ma attendewx? Send To: Notify: View: MFA PQ Section

Response (BORG, TONIO)

Fl-20 ta' Lulju 2005 saret laqgħa teknika f'Malta dwar l-immigrazzjoni illegali bit-tema speċifika kif jiġu salvati persuni mill-għarqa fil-Mediterran. Minkejja li din il-laqgħa ġiet imsejħa f'ħin qasir ħafna, mill-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea m'attendewx biss 10 li huma: Awstrija, Estonia, Ungerija, Lussemburgu, Slovenja, Finlandja, Polonja, Latvja, Portugal u Slovakkja.

Airline blacklist

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13970, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx il-ħsieb li jippubblikaw airline blacklist għal raġunijiet ta' air safety kif għamlu t-Taljani u pajjiżi oħra, jew jekk humiex sejrin jistennew lill-Unjoni Ewropea tippubblika l-lista uffiċjali tagħha lejn tmiem is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtoritajiet Maltin ilhom aktar minn tliet snin li bdew jagħmlu spezzjonijiet fuq ajruplani barranin fl-ajruport ta' Malta skond il-proċeduri nternazzjonali ta' l-European Civil Aviation Conference (ECAC) li tagħha Malta hi membru. Għalkemm kien hemm xi okkazjoni jew tnejn fejn ajruplani tħallew jitilqu minn Malta wara li sarilhom xogħol ta' manutenzjoni fuq insistenza ta' l-Awtoritajiet Maltin, s'issa qatt ma nħasset ħtieġa li tiġi ppublikata black list. L-Awtoritajiet Maltin pero` jieħdu l-passi neċessarji li jippublikaw black list meta jkun hemm bżonn. Irrid ngħid ukoll illi kull applikazzjoni li tasal għand l-Awtoritajiet Maltin biex issir xi titjira minn linja ta' l-ajru barranija, waħda mill-affarijiet li tiġi kkontrollata hija jekk din il-linja għandhiex xi problemi partikolari skond id-data base tal-Joint Aviation Authorities of Europe.
Leg 10 PQ #14412 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Laqgħa tar-rappreżentanti permanenti ta' l-UE fi Brussels

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma r-rapport li għandi li waqt laqgħa tar-rappreżentanti permanenti ta' l-UE (il-COREPER) fi Brussels, ir-rappreżentant Malti s-sur Cachia Caruana għajjar lil waħda mill-assistenti tiegħu b'mod li ġie mwiddeb dwar dan mill-ambaxxatur ta' Sweden? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid jekk is-sur Cachia Caruana apoloġizzax mas-sinjura konċernata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Assolutament mhux minnu. La r-Rappreżentant Permanenti Malti u lanqas dak Svediż ma jafu bl-inċident allegat fil-Mistoqsija Parlamentari jew ta' xi inċident ieħor simili. Min għamel ir-rapport lill-Onorevoli Interpellant wera ruħu sors ta' diżinformazzjoni.
Leg 10 PQ #14415 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra

Question

Billi f'interview li ta lil "The Sunday Times of Malta" nhar is-27/02/05 il-High Commissioner ta' Malta f'Londra qal li: "His top priority will be to channel more foreign direct investment towards Malta", jista' il-Ministru jgħid x'ħidma saret lill-Kummissarju Għoli f'dan ir-rigward f'dawn l-aħħar seba' xhur kif ukoll x'riżultati nkisbu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #14416 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Parigi

Question

Billi f'The Sunday Times of Malta" tal-5/07/05 ġie rrappurtat li l-Ambaxxatriċi ta' Malta f'Parigi ħabbret it-twaqqif mill-ambaxxata Maltija ta' "Database of all Maltese nationals and persons of Maltese descent living in France", jista' il-Ministru jgħid jekk id-database huwiex lest u għal min se jkun aċċessibbli, i.e. NGOs, etc?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-għan ta' din l-inizjattiva huwa li jinġabar reġistru komplet ta' ċittadini Maltin ġewwa Franza kif ukoll ċittadini Franċiżi ta' oriġini Maltija. Din id-'database' ser iservi wkoll bħala mezz ta' komunikazzjoni bejn l-Ambaxxata u l-Komunita Maltija ġewwa Franza. Ġew iċċirkulati formuli li ntbagħtu lill-Konsli Onorarji ta' Malta f'diversi bliet madwar Franza kif ukoll lil nies ta' ċittadinanza jew oriġini Maltija li jgħixu ġewwa Pariġi. Id-'database' għadu qed jiġi kkumpilat. S'issa inġabru madwar 130 formula. L-informazzjoni, f'din id-'database', ser tkun aċċessibbli għal kulħadd skond il-parametri tad-'Data Protection Act'.

NSO — Każ dwar statistika importanti

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-NSO weħlet multa min-naħa tal-Eurostat talli kienet tard biex issottomettiet ċerta statistika importanti? Jekk iva, x'kienet il-multa u x'passi ttieħdu biex tiġi rrimedjata l-problema? Kemm inħadem overtime sabiex sar dan ix-xogħol b'lura u kemm ġie jiswa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-NSO ma weħlet l-ebda multa mill-Eurostat u għaldaqstant ma sar l-ebda xogħol ta’ overtime.

Ċensiment

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern fuq iċ-ċensiment aħħari li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-gvern fuq iċ-ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar li ttieħed fl-1995 hi stmata għal Lm525,482.
Leg 10 PQ #14423 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħatra ta' ambaxxatur Malti għal Berlin

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li wara li ħabbar il-ħatra ta' l-ambaxxatur Malti l-ġdid għal Berlin, saru rappreżentazzjonijiet ta' protesta minn ex uffiċjal għoli taċ-ċivil, mal-President, mal-Prim Ministru u ma' diversi ministri kontra din il-ħatra għaliex ippretenda li kellu jsir ibnu? Jista' jgħid jekk huwiex minnu li bħala kompromess ġie deċiż li din il-persuna issa ġiet imwiegħda li binha se jiġi maħtur ambaxxatur fl-ewwel vacancy li tinħoloq?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dwar l-ewwel mistoqsija ma għandi l-ebda informazzjoni li xi ħadd għamel xi rappreżentazzjonijiet ta' protesta minħabba l-ħatra ta' l-Ambaxxatur Malti l-ġdid għal Berlin. Żgur mhux fil-Ministeru li għalih jiena responsabbli. Dwar it-tieni mistoqsija, din tirrigwarda lili direttament u nista' nserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li lili ma pprotesta miegħi ħadd dwar il-ħatra ta' l-Ambaxxatur Malti l-ġdid f'Berlin. L-għażla ta' Ambaxxaturi ma ssirx a bażi ta' "kompromess"! Din id-"deċiżjoni" li suppost li ttieħdet li xi ħadd isir "ambaxxatur" fl-ewwel vacancy li tinħoloq, dejjem skond l-Onorevoli Interpellant, hija "pure fiction". .

Airline blacklist

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx il-ħsieb li jippubblikaw airline blacklist għal raġunijiet ta' air safety kif għamlu t-Taljani u pajjiżi oħra, jew jekk humiex sejrin jistennew lill-Unjoni Ewropea tippubblika l-lista uffiċjali tagħha lejn tmiem is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li nqabdu jaħdmu mingħajr ma ġiet informata l-ETC matul din is-sena? F'liema setturi rispettivi kienu qed jaħdmu u kemm kienu settur settur? Tista' tagħti figuri għal Malta u Għawdex separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq part 1 ta' l-ETC huma kkunsidrati illitterati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm ma 1,000 persuna li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel Parti tar-Reġistru li għandhom bżonn taħriġ fil-litteriżmu li jvarja minn bżonn akut għal wieħed ta' aġġornament fil-ħiliet ta' litteriżmu, numeriżmu u kommunikazzjoni.

Pulizija — Logħba bejn Malta u l-Kroazja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħassitx il-ħtieġa li tagħmel investigazzjoni interna dwar id-deployment tal-pulizija fil-logħba football bejn Malta u l-Kroazja, fejn inqalgħu inċidenti deplorevoli aktar u aktar fid-dawl tat-track record ħażin li għandhom is-supporters Kroati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-deployment tal-pulizija għall-logħba football bejn Malta u l-Kroazja li ntlagħbet nhar is-7 ta' Settembru 2005, kien dak kif maħsub li kellu jkun għal dik il-partita. Għaldaqstant ma hemmx il-ħtieġa li ssir xi inkjesta ad hoc. Infurmat ukoll illi bl-inċidenti li seħħew fi tmien din il-logħba, kien ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa. Dawn l-inċidenti nqalgħu meta ħadd ma basar, u kienu dovuti esklussivament għal aġir irresponsabbli ta' xi wħud mill-partitarji Kroati. Il-Pulizija ħadu ħsieb il-partitarji l-oħra Kroati li ma kenux involuti fil-ġlied, u ħadu ħsiebhom sa l-Ajruport. Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Pulizija għax-xogħol siewi li wettqu dakinhar.

Euro conversion

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti update aġġornat dwar ix-xogħol li sar s'issa għal euro conversion?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fit-13 ta’ Ġunju 2005 il-Gvern waqqaf Steering Committee for the Euro Adoption, li ser jitmexxa mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onorevoli Tonio Fenech. Kumitat ieħor li ser jirraporta l-iSteering Committee huwa n-National Euro Changeover Committee li hu mmexxi mis-Sur Joseph F X Zahra. In-National Euro Changeover Committee qed jikkordina l-aspetti nazzjonali kollha ħalli l-implimentazzjoni tal-Euro tkun suċċess. Fil-fatt, qed jiġi fformulat pjan strateġiku għall-addozzjoni tal-Euro billi numru ta’ sotto kumitati ġew iffurmati ħalli l-konsultazzjoni tkun wiesgħa u tinkludi kull settur. Il-kumitat nazzjonali qiegħed jiltaqa’ regolarment. Wara din il-konsultazzjoni, il-pjan strateġiku jiġi mħabbar fix-xhur li ġejjin.

Prezzijiet f'euro

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u qed jittieħdu kontra dawk il-ħwienet li qed jikkwotaw prezzijiet tal- prodotti/servizzi tagħhom f'euro f'mod sproporzjonat ma' l-ekwivalenti tagħhom f'liri Maltin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Lira Maltija hija l-valuta legali f'Malta. B'hekk il-prezzijiet ta' l-oġġetti huma biss dawk indikati fil-lira Maltija. Referenza għal xi prezzijiet f'munita oħra barra dik Maltija huma biss bħala indikazzjoni u l-konsumatur mhux obligat li jħallas b'muniti barranin.

Xwieki — Għargħur - Triq Santa Katerina

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi riveduta d-deċiżjoni li titwaħħal tabella fi Triq Santa Katerina fix-Xwieki, limiti tal-Għargħur, li minħabba fiha r-residenti tal-lokal mhux qed ikunu jistgħu jinqdew minn ċerti servizzi bażiċi billi din in-"No go" sign tgħodd ukoll għal dawk li jipprovdu servizzi essenzjali lilhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiiku irriżulta li tali Direttorat kien mgħoti struzzjonijiet, b’ittra datata 26 ta’ April 2001, illi jitwaħħlu tabelli “no entry” b’eċċezzjoni tar-residenti u individwi li jaħdmu l-għelieqi u fil-kmamar tan-nar fi Triq Santa Katerina fix-Xwieki. Skond l-ittra, tali struzzjonijiet kienu b’approvazzjoni li nħarġet mill-Kabinett tal-Ministri. Skond ittra li ntbagħtet lid-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku bid-data 12 ta’ Ġunju, 2002 il-każ ta’ dawn ir-restrizzjonijiet fi Triq Santa Katerina kien ukoll mressaq għand l-Ombudsman li kkonferma d-deċiżjoni tal-Kabinett.