Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Petrol u Diesel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15084 u 15315 u jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal-korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi implimentata d-deċiżjoni li l-petrol u d-diesel jibda jiġi mportat minn sorsi oħra barra l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra .

CHOGM

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14997 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jgħid x'agenda items sejra tissuġġerixxi Malta għad-diskussjonijiet taċ-CHOGM, apparti mit-temi prinċipali li diġa' ġew imħabbra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ ittra li jien bgħatt lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, l-Eċċellenza tiegħu Don Mc Kinnon, bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Gżira — Triq Luqa Briffa

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata Triq Luqa Briffa, il-Gżira peress li tinsab fi stat diżastruż u li sar impossibbli li tgħaddi minnha b'karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġiet spezzjonata u tlestew l-istejjem neċessarji biex jitlesta t-tender għall-bini ta’din it-triq. Id-Direttorat qed ihejji programm għall-bini ta’ toroq ġodda u b’hekk din it-triq ġiet imdaħla f’dan il-program u t-tender ser jinħareġ skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Pembroke — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15286 u jgħid: b'riferenza għat-talba li saret lill-fondazzzjoni għall-iskejjel ta' għada għall-canopy fl-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo f'Pembroke, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet din it-talba u dan fid-dawl li t-tfal huma ta' kuljum esposti għall-elementi kull darba li jkollhom bżonn imorru jaqdu l-ħteġijiet iġeniċi tagħhom? Saret talba lill-MEPA sabiex isir dan ix-xogħol, dejjem jekk hemm ħtieġa ta' permess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qiegħed jinħadem xogħol biex titpoġġa tinda temporanja. Hu maħsub li dan ix-xogħol jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.

Kunsill Kon Katidral ta' San Gwann — Rappreżentanti tal-Gvern Malti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min kienu r-rappreżentanti tal-Gvern Malti fuq il-kunsill tas-St. Johns Co Cathedral Foundation bejn Awissu 2004 u Awissu 2005, kemm saru laqgħat u kemm attendew minn dawn il-laqgħat? Jista' jispjega għaliex ġie magħżul Awstraljan biex jagħmilha ta' Project Manager fil-Kon Katidral ta' San Gwann? Xi kwalifiki għandu fir-restawr jew fi project management? Min kien il-bord ta' l-għażla? Għaliex mhux qed jintużaw is-sistemi normali tal-gvern biex isir reklutaġġ ta' persuna fil-Kon Katidral? Jista' jispjega kif ġiet magħżula l-kuratur ġdid tal-Kon Katidral ta' San Gwann? Xi kwalifiki għandha bħala restawratur? Jista' jgħid għaliex ma ntgħażlux persuni li kellhom aktar kwalifiki minnha? Jista' jispjega kif inhuma kontrollati u awditjati l-finanzi tas-St. Johns Co Cathedral Foundation? Kif jispjega li dawn m'humiex qed joħorġu tenders bis-sistema normali tal-gvern imma billi jġibu avviż fil-gazzetti? Jaħseb li hu tajjeb li f'dawn l-avviżi l-applikant jiġi mitlub jikkuntattja direttament lil min għamel id-disinn? Kif ġie magħżul id-disinjatur Taljan għas-sistema ta' dawl dekorattiv tal-Kon Kattidral ta' San Gwann? Saret tender jew saret b'direct order? Kemm tħallas dan it-Taljan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u r-risposta ser tinghata f’xi seduta ohra.

Mediċina ZAMTEC

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilment ta' kostitwenta li l-mediċina ZAMTEC ilha żmien out of stock mill-berġa tal-Għargħur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern waqgħu out of stock mill-pilloli Ranitidine 150mg minħabba li l-aġent lokali li miegħu d-dipartiment għandu kuntratt ġabhom tard. Pero ta min jgħid li issa s-sitwazzjoni ġiet għan-normal għax l-aġent onora l-ordnijiet kollha u dawn qegħdin jiġu mqassmin lill-Ispiżeriji tal- Gvern.

Għoti ta' sensji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji matul Settembru u Ottubru din is-sena? Minn liema settur kienu ġejjin? Jista' jgħid kemm ġew maqtugħa nies mill-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tax-xogħol matul Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru ta' din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riklami dwar il-kriżi ta' l-enerġija

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15061 u jgħid kemm nefaq il-ministeru f'riklami dwar il-kriżi ta' l-enerġija fil-ġurnali lokali? Liema ġurnali tħallew barra minn dan ir-riklamar? Ma jħossx il-Ministru li kienu żejda l-kummenti partiġġjani kontra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'riklami mħallsin minn fondi pubbliċi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma globali li ntefqet kienet ta' Lm7136. Irid jingħad li jien infurmat li saru reklami għax il-ġurnal ta' kulljum li statistikament jinbiegħ l-aktar informa lill-Ministeru li ma setax jippubblika li inkiteb bħala artikolu minħabba nuqqas ta' spazju. Tħallew barra s-segwenti ġurnali, Il-Ġens, il-Kulħadd u l-Malta Today peress li dawn il-ġurnali ma jkunux ippubblikati kemm is-Sibt kif ukoll l-Ħadd. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija , jidhirli li le.

Enemalta — Top Management

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15079 u jgħid x'inhi s-salary structure tat-top management ta' l-Enemalta miċ-chairman 'l isfel? Kemm qed jitħallsu l-membri tal-fuel procurement board tal-korporazzjoni, inkluż nies tekniċi barranin li jistgħu qed iservu fuqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Petrol u Diesel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15084 u jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal-korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi mplimentata d-deċiżjoni li l-petrol u d-diesel jibda jiġi mpurtat minn sorsi oħra barra l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15083 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar xhur biex l-Enemalta tinvesti f'sorsi alternattivi ta' enerġija?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku f'Malta m'hux monopolju ta' l-Enemalta. Fl-istess waqt l-Enemalta hi obbligata tħalli lil min jiġġenera l-elettriku juża 'grid' tad-distribuzzjoni tagħha. Fil-fatt illum fis-sistema tad-distribuzzjoni qed jiddaħħal ftit elettriku ġġenerat mill-enerġija tax-xemx minn operatur prviat. Intant il-Korporazzjoni Enemalta bdiet programm taħt id-direzzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent maħruġin mill-Ministeru tiegħi biex l-entitajiet kollha fid-dekasteru tiegħi jibdew jużaw enerġija ġġenerata minn sorsi alternattiva. Skond dawn il-linji gwida l-enemalta għandha tlesti sa tmiem din is-sena studju dwar il-viabilita' t'inizjattiva biex sa tmiem l-2008, 8% ta' l-enerġija wżata minn dawn l-entitajiet tkun ġejja minn sorsi alternattivi. Il-Korporazzjoni Enemalta qed tgħin lill-entitajiet pubbliċi wkoll fi programm biex jiġu installi kull fejn jagħmel sens finanzjarju, sistemi biex jissaħħan l-ilma u biex jiġi ġġenerat l-elettriku bl-enerġija mix-xemx. Intant il-Korproazzjoni qed toffri wkoll servizzi ta' konsulenza lill-entitajiet pubbliċi li jkunu qed jiżviluppaw jew jimmodifikaw bini biex idaħħlu miżuri ta' konservazzjoni t'enerġija u miżuri li jagħmluha eħfef li anke aktar tard jintużaw sorsi alternattivi t'enerġija. Fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15203 qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida li ħareġ il-Ministeru tiegħi lill-Korporazzjoni Enemalta u lill-entitajiet l-oħra fl-istess dekasteru fejn jingħataw dettalji dwar dawn l-inizjattivi. Ninsab infurmat li qed jiġi kkunsidrat li jiġi attwat programm simili fis-servizz pubbliku kollu li għandu jinbeda matul l-2006.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15081 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pembroke — Skola Primarja

Question

B'riferenza għat-talba li saret lill-fondazzzjon għall-iskejjel ta' għada għall-canopy fl-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo f'Pembroke, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet din it-talba u dan fid-dawl li t-tfal huma ta' kuljum esposti għall-elementi kull darba li jkollhom bżonn imorru jaqdu l-ħteġijiet iġeniċi tagħhom? Saret talba lill-MEPA sabiex isir dan ix-xogħol, dejjem jekk hemm ħtieġa ta' permess?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ilma togħma ta' chlorine

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat l-ilma togħma tal- chlorine li għandhom fil-fond indikat separtament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-analiżi ta' chlorine li saret fil-fond indikat, il-livell ta' chlorine kien 0.4 mg/L. Skond il-'Guidelines for Drinking Water Quality' Second Edition Volume 1, maħruġa mill-World Health Organization (WHO), il-livell 'threshold' tat-togħma hu 5 mg/L. Jista' jagħti l-każ, pero' li xi nies itogħmu l-chlorine mill-livell ta' 0.3 mg/L 'l fuq. Ma danakollu, huma l-livelli ta' bejn 0.6mg/L u 1.0 mg/L li jibdew normalment jikkawżaw problemi ta' aċċettabilta'.

Impjegati tal-Holiday Inn

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġi offrut xogħol alternattiv lill-ħaddiema tal-Holiday Inn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 8311 u 9585 u ninfurmah illi l-kumpanija ser tinbiegħ bħala "going concern".

Każ dwar applikazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-applikazzjoni indikatata separatament li dwarha ġiet sottomessa d-dokumentazzjoni rilevanti, li qed tintbagħat separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar f’Awissu 2005. Ninsab infurmata wkoll li saret spezzjoni fil-blokk indikat u qed jiġi kkunsidrat kif jista’ jiġi akkomodat lift f’dan il-blokk.