Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15082, 15317 u 15445 u jgħid meta u minn min ġie stabilit li l-Enemalta għandha "ħofra" ta' Lm50 miljun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Prim Ministru kif jispjega l-fatt li filwaqt li fl-ewwel sitt xhur il-konsum waqa' biss b'0.7%, skond iċ-ċifri ppubblikati f'Settembru li għadda kien hemm waqa' ta' 4.7% għall-istess perijodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ċ-ċifri li huma kkwotati fil-mistoqsija huma fi prezzijiet reali. Iżda qabel xejn irridu nanaliżżaw iċ-ċifri fi prezzijiet kur
renti. Dan għaliex jekk tiġi riveduta l-figura fi prezzijiet kurrenti, awtomatikament tinbidel dik fi prezzijiet reali, peress li d-
deflator
huwa bbażat fuq il-
Harmonised Index of Consumer Prices
(HICP),
u għalhekk huwa kostanti.
Il-konsum fi prezzijiet kurrenti żdied minn -1.9% għal 2.4% u dan għaliex is-sorsi tad-data li ntużaw ġew riveduti ‘l fuq, speċjalment minn-naħa ta’ l-importazzjoni. Fost dawn kien hemm żidiet fl-ikel u x-xorb u fid-durable goods. Barra minn hekk, saret reviżjoni fis-sistema ta’ kif issir l-istima fuq il-konsum biex tiġi iktar in line mal-European System of Accounts. Dan huwa proċess kontinwu u figura trid titqies proviżorja u tista’ tibqa’ tiġi riveduta sa massimu ta’ tliet snin wara.
Tneħħi l-banek u l-kostruzzjoni , liema kienu dawk is-setturi li l-aktar ikkontribwew għaż-żieda fil-valur miżjud fl-ewwel disa' xhur tas-sena? X'inhi r-raġiuni li l-gvern ma ppubblikax għall-ewwel disa' xhur tas-sena kemm minn dawn iż-żidiet fil-valur miżjud hu dovut għal żieda fil-qliegħ jew fil-pagi, settur b'settur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-uniċi setturi li raw tnaqqis fil-kontribuzzjoni għall-valur miżjud kienu s-setturi tal-manifattura u dak ta’ l-elettriku u ta’ l-ilma. Is-setturi l-oħra kollha żdiedu. Minbarra s-setturi tas-servizzi ta’ intermedjarji finanzjarji u l-kostruzzjoni, issib li s-setturi li l-iktar ikkontribwew (f’’termini ta’ zieda perċentwali) kienu dawk tas-sajd, tal-quarrying, u tar-real estate, renting and business activities.
Dawn id-dettalji jinstabu fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Importanti li wieħed jinnota li l-figuri għat-tielet kwart huma preliminari u suġġett għal reviżjoni.
Id-dettalji għat-tielet kwart tas-sena se jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika f’Diċembru.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jikkalkola li naqas il-purchasing power medju fis-sena li għaddiet u kemm se jkompli jonqos is-sena d-dieħla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant biex jagħmel referenza għat-tabella 2.7 fuq paġna 41 tal-Economic Survey għall-perjodu Jannar sa Settembru 2005. Il-purchasing power is-sena d-dieħla jiddependi fuq ħafna fatturi inkluż it-tkabbir ekonomikuu mill-iżvilupp tal-inflazzjoni fil-pajjiż.
Kunsill Kon Katidral ta' San Ġwann — Rappreżentanti tal-Gvern Malti
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15424 u jgħid min kienu r-rappreżentanti tal-Gvern Malti fuq il-kunsill tas-St. Johns Co Cathedral Foundation bejn Awissu 2004 u Awissu 2005, kemm saru laqgħat u kemm attendew minn dawn il-laqgħat?
Jista' jispjega għaliex ġie magħżul Awstraljan biex jagħmilha ta' Project Manager fil-Kon Katidral ta' San Gwann? Xi kwalifiki għandu fir-restawr jew fi project management? Min kien il-bord ta' l-għażla? Għaliex mhux qed jintużaw is-sistemi normali tal-gvern biex isir reklutaġġ ta' persuna fil-Kon Katidral?
Jista' jispjega kif ġiet magħżula l-kuratur ġdid tal-Kon Katidral ta' San Gwann? Xi kwalifiki għandha bħala restawratur? Jista' jgħid għaliex ma ntgħażlux persuni li kellhom aktar kwalifiki minnha?
Jista' jispjega kif inhuma kontrollati u awditjati l-finanzi tas-St. Johns Co Cathedral Foundation? Kif jispjega li dawn m'humiex qed joħorġu tenders bis-sistema normali tal-gvern imma billi jġibu avviż fil-gazzetti? Jaħseb li hu tajjeb li f'dawn l-avviżi l-applikant jiġi mitlub jikkuntattja direttament lil min għamel id-disinn?
Kif ġie magħżul id-disinjatur Taljan għas-sistema ta' dawl dekorattiv tal-Kon Kattidral ta' San Gwann? Saret tender jew saret b'direct order? Kemm tħallas dan it-Taljan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-ditti Maltin fil-consortium li rebah it-tender ta' Pender Place?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-ditti li jiffurmaw il-konsorzju, li huma kollha ditti maltin, huma s-segwenti:
United Group Limited
Silverline Investments Ltd
Vellsix Ltd
Kreativ Developments Ltd
BS&C Investments Ltd
MICJON Company Ltd.
Tista' il-Ministru tagħti indikazzjoni ta' kemm passiġġieri wżaw is-servizz ġdid tal-helicopter bejn Malta u Għawdex, xahar xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li s-servizz tal-helicopter bejn il-gżejjer Maltin qiegħed jopera fuq bażi kummerċjali ma nħossx li huwa xieraq li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-ftehim kollettiv tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li hu diffiċli li wieħed jagħmel stimi preċiżi tal-Ftehim Kollettiv b’mod realistiku fuq perjodu ta’ 6 snin minħabba l-policy tal-Gvern li ma jissostitwix il-ħaddiema li jispiċċaw minn-numru ta’ gradi fis-Servizz Pubbliku. Dan kien evidenti din is-sena, tant li waqt li ż-żieda skond il-Ftehim Kollettiv, u li tinkludi l-kumpens għall-għoli tal-ħajja, ser tkun ta’ Lm 4,070,000, iż-żieda tas-salarji tas-Servizz Pubbliku mill-2004 ser tkun biss ta’ Lm2,506,000.
Il-Pjan tal-Gvern hu li jkompli jikkontrolla t-tkabbir fin-nefqa tiegħu fil-pagi fuq il-perjodu msemmi u għalhekk parti sostanzjali miż-żidiet mogħtija ser ikunu assorbiti kif ġara din is-sena.
Għas-sena 2006, iż-żieda skond il-ftehim kollettiv ser tkun ta’ Lm3,501,000, li tinkludi iż-żieda għall-għoli tal-ħajja u l-increments. Għar-raġunijiet diġa’ msemmija, in-nefqa f’salarji fl-2006 ser tiżdied biss b’Lm1,846,000 mill-2005.
Għas-sena 2007 iż-żieda skond il-Ftehim Kollettiv ser tkun ta’ Lm 4,499,000, li tinkludi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja u l-increments. Għar-raġunijiet diġa’ msemmija, in-nefqa f’salarji fl-2007 hi mistennija li tiżdied biss b’Lm 3,657,000 mill-2006.
Huwa premature li wieħed jagħmel stimi għas-snin sussegwenti billi dawn jinbnew fuq l-iżviluppi u ċaqlieq li jistgħu jiġru fis-sentejn li ġejjin.
Filwaqt li l-impjegati fis-Servizz Pubbliku ngħataw żidied xierqa, fl-istess waqt il-Gvern ħa ħsieb li jara li n-nefqa globali f’salarji tibqa waħda li tirrifletti dak li jippermettu l-finanzi tal-pajjiż.
Jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Prim Ministru kif jispjega l-fatt li l-gvern waqa' lura mid-dħul ipproġettat f'dik li hi bolla, dħul minn dazji u sisa kif ukoll minn liċenzji, taxxi u multi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-istimi oriġinali għal din is-sena kienu saru abbażi ta’ l-istimi reveduti għas-sena 2004. Il-varjazzjoni li rriżulta fid-dħul attwali fis-sena li għaddiet hi riflessa fil-varjazzjoni bejn l-istimi oriġinali u dawk riveduti għal din is-sena.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar id-diskussjonijiet li jinsabu għaddejjin fil-Kummissjoni Ewropea biex mill-figuri tad-deficit jiġu esklużi miżuri eċċezzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li Malta taqbel li d-diskussjoni dwar dawk il-miżuri li għandhom jitqiesu bħala “miżuri eċċezzjonali’ fil-kuntest tal-proċess ta’ sorveljanza fiskali għanha ssir fuq il-mertu ta’ kull każ partikolari. Dan għaliex l-ekonomiji ta’ l-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom karatteristiċi uniċi li kultant ikunu jirrikjedu kunsiderazzjonijiet differenzjati.
Fl-istess waqt, Malta ssostni li din id-diskussjoni għandha ssir f’parametri li jirrispettaw il-ħtieġa ta’ trattament ugwali għall-istati membri kollha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081 u 15318 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15079 u 15314 u jgħid x'inhi s-salary structure tat-top management ta' l-Enemalta miċ-chairman 'l isfel? Kemm qed jitħallsu l-membri tal-fuel procurement board tal-korporazzjoni, inkluż nies tekniċi barranin li jistgħu qed iservu fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar it-tinġis ikkawżat għar-residenti ta' Tal-Pieta', l-Imsida u Ta' Xbiex miċ-ċumnija ta' l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif intqal ħafna drabi t-tneħħija tal-inċineratur tal-Isptar San Luqa u ċ-ċumnija tiegħu hija prijorita assoluta tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Madankollu dan il-pass ma jistax isir qabel ma jiġi stallat impjant ekwivalenti sabiex jiddisponi minn skart kliniku.
Impjant ta' dan it-tip kien diga ġiet aċċettat fl-2003 iżda ma ġiex stallat minħabba nuqqasijiet tat-tenderer. Kien għalhekk li kellu joħroġ tender li diġa għaddiet l-ewwel fażi tiegħu ta' pre-qualification liema fażi ġiet mtawwla minħabba oġġezzjonijiet minn xi tenderers. Il-proċeduri għat-tieni fażi bdew u huwa ttamat li dawn jieħdu l-anqas żmien possibbli. Malli jiġi stallat l-impjant il-ġdid l-inċineratur tal-Isptar San Luqa jingħalaq darba għal dejjem.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-policy li jiġu aċċettati secondments ta' PE teachers ma' sports associations għadhiex tgħodd u jekk le meta u għaliex twaqqfet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan l-aħħar kienet saret reviżjoni tal-policy dwar ir-rilaxx ta' uffiċjali pubbliċi li jingħataw leave bi ħlas biex jagħtu servizz lill-organizzazzjonijiet mhux Governattivi fosthom organizzazzjonijiet sportivi.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari OPM 28/2005 li ġġib id-data tal-21 ta' Ġunju 2005, fejn hemm spjegazzjoni sħiħa dwar il-kriterji li jistabilixxu l-eliġibilita' u l-metodu ta' selezzjoni flimkien mat-termini tar-rilaxx.
Tista' il-Ministru tgħid xi prospetti hemm li l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi offruta fond alternattiv minħabba fil-problemi serji li għandha fis-soqfa ta' l-appartament tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.