Legislature:
Category:
Reset
Active:

NSO — Household groups

Question

Jista' il-Prim Ministru jippubblika l-household groups by income għas-snin 2001-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub ma jeżistix għax dan joħroġ mill-Household Budgetary Survey li kien sar l-aħħar fis-sena 2000/1. Iżda mis-sena d-dieħla d-data mitluba tkun tista’ tingħata fuq bażi ta’ sena permezz tas-Survey on Income and Living Conditions (SILC).

Seminar ta' l-ECML fi Graz

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ġiex magħżul biex jattendi seminar tal-ECML fi Graz f'Marzu tas-sena d-dieħla, meta jien informat li hi kienet l-aktar bniedem ikkwalifikat akkademikament u professjonalment kif ukoll l-aktar wieħed bl-esperjenza fost it-tliet persuni li ġew intervistati mill-interviewing board ta' l-Education Division? Xi kwalifiki kellha biex tagħmel din l-għażla l-persuna responsabbli mis-selection board? Dawn kienu superjuri għal dawk ta' l-applikant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna imsemmija diġa attendiet workshops oħra ta' dan it-tip u l-policy tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tinkludi l-element li toffri opportunitajiet simili lil min ma jkunx attenda korsijiet oħra.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318, 15482, 15608 u 15718 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

VAT — EU

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15505 u 15612 u jgħid it-tibdil fis-sistema tal-VAT wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm ġiet tiswa lill-Kaxxa ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li wara s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-ispiża nvoluta minħabba t-tibdil fis-sistema tal-VAT kienet tammonta għas-somma ta’ Lm 29,850 li minnha Lm 4,553 kien VAT.

RPI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15503 u 15611 u jgħid ż-żieda fis-surcharge kemm se tikkontribwixxi għal żieda fl-RPI?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-surcharge ta’ 55 fil-mija fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ser tħalli impatt ta’ 0.72 punti fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut.

Fuel/gas oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15502 u 15610 u jgħid jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318, 15482 u 15608 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies ma' l-Enemalta fis-snin 2003-2005 rispettivament u f'liema kategorija ġew ingaġġati? Kemm kien hemm nies li rtiraw jew li ġew boarded out fl-istess medda ta' żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Għall-ewwel parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda Nru. 14948. Rigward it-tieni parti tad-domandi jiena nfurmat li fl-istess perjodu kien hemm mija u għoxrin (120) irtirar mix-xogħol bl-eta' u tnax (12) minħabba saħħa (medically boarded out).

Fuel/Gas oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15502 u jgħid jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

RPI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15503 u jgħid ż-żieda fis-surcharge kemm se tikkontribwixxi għal żieda fl-RPI?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT — EU

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15505 u jgħid it-tibdil fis-sistema tal-VAT wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm ġiet tiswa lill-Kaxxa ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318 u 15482 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Petrol u diesel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15084, 15315 u 15444 u jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal-korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi implimentata d-deċiżjoni li l-petrol u d-diesel jibda jiġi mportat minn sorsi oħra barra l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta għamlet previżjoni ta' l-impatt fuq il-bottom line tal-Korporazzjoni għal meta jinfetaħ is-suq tal-petrol u diesel meta preparat l-estimi 2005/2006. L-Enemalta qed tieħu passi biex tipproteġi l-pożizzjoni tagħha. Peress li dawn il-passi huma ta' natura kummerċjali ma tistax tagħti aktar dettalji.

Riforma dwar il-kirjiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien ma kien hemm l-ebda riferenza għar-riforma fil-kirjiet fil-budget?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-materja tal-kirjiet ma għandhiex impatt dirett fuq l-aspetti riflessi fl-Estimi Finanzjarji jew fuq l-oqsma riflessi fid-Diskors tal-Budget.

Banek kummerċjali

Question

Il-gvern kellu xi reazzjoni għal ċerti miżuri fil-budget mill-banek kummerċjali jew mill-Malta bankers' association?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba hija fin-negattiv. Iżda, bħal ma jaf l-Onor Interpellant mill-esperjenza tiegħu bħala ex-Ministru tal-Finanzi, tali reazzjonijiet jibqgħu kontinwament jidħlu minn żmien għal żmien.

IT tender tal-Mater Dei

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta mistenni jsir l-adjudication ta' l-IT tender tal-Mater Dei u x'installation date tentattiva hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li s-sieħeb strateġiku mistenni li jintagħżel sa l-ewwel nofs tas-sena d-dieħla u li s-sistemi neċessarji ikunu f’posthom qabel id-data tal-ftuħ ta’ l-isptar. Numru ta’ sistemi oħra mistennija li jiġu implimentati fuq medda ta’ tliet snin.