Tista' il-Ministru tikkonsidra b'ċertu urġenza l-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li l-persuna għandha madwar 199 punt minħabba l-ħsarat strutturali fis-saqaf li għandha kif ikkonfermat minn periti privati u tal-gvern? Din hija single mother li qed toqgħod flimkien maż-żewġ uliedha ta' 15 u 4 snin.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi din l-applikazzjoni ġiet diskussa fil-Board tal-allokazzjonijiet il-bieraħ u ttieħdet deċiżjoni. L-applikanta dalwaqt tkun nfurmata b’din id-deċiżjoni.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għal servizzi ta' akkomodazzjoni 108/05 minħabba informazzjoni inkonsistenti mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu? Jista' jgħid x'kienet din l-informazzjoni inkonsistenti?
Jista' jikkonferma li din it-tender ma ngħatatx lil min għamel l-irħas offerta?
X'wassal biex l-offerta ngħatat b'dan il-mod? Jaf li l-persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi qed jilmentaw mil-livell tas-servizz li qed jingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għal servizzi ta' akkomodazzjoni - 108/05 minħabba informazzjoni inkonsistenti mill-MTA? Jista' jgħid x'kienet din l-informazzjoni inkonsistenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fuq l-istess suġġett fil-Mistoqsija Parlamentari 14904.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tal-pulizija jafux bl-inkonvenjent li qed isofru ta' sikwit minnu residenti fi Triq Lapsi fis-Siġġiewi minħabba trakkijiet mgħobbija bil-ġebel u materjal ieħor li jgħaddu ta' sikwit u b'veloċita' minn din it-triq? L-awtoritajiet huma mgħarrfa b'każi fejn ġebel kbar waqgħu minn dawn it-trakkijiet b'periklu għal min ikun għaddej?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tkompli tagħmel ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant sabiex kemm jista' jkun dan l-abbuż ikun ikkontrollat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn lukandi llum f'Malta u Għawdex maqsuma skond il-kategorija li huma fiha? Kemm hawn sodod f'dawn il-lukandi maqsuma skond il-kategorija li huma fiha? Kemm għalqu lukandi matul is-sena 2005, f'liema kategorija kienu fiha u l-ismijiet tal-lukandi li għalqu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f'Malta u f'Għawdex hawn 192 lukandi, aparthotels, guest houses u hostels b'total ta' 39,431 sodda fil-kategorji u bis-sodod kif jidhru fit-tabella 'A'.
Matul l-2005 għalqu 8 lukandi u guest houses b'1624 sodda (tabella 'B'). Fl-istess sena fetħu 4 lukandi b'1330 sodda (tabella 'C'). B'hekk fl-2005 pratikament żammejna n-numru ta' sodod li kellna fl-2004 meta kellna 39,770 (tabella 'D'). Fl-2006 mistennija jiftħu wkoll 3 lukandi ġodda u extension b'total ta' 1770 sodda, kollha fil-kategorija 5 star.
Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra tabelli li juru dettaljatament l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji joperaw fl-oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal Luqa Marsa, Mosta, Imrieħel, Ricasoli, San Ġwann, Ta' Dbiegi, Ħal Safi/Kirkop u Xewkija? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx ikkalkolata l-ħsara li saret minn Where's Everybody lill-floor panelling tal-Mediterranean Conference centre theatre mill-ilma li ntuża waqt ix-show tal-ftuh taċ-CHOGM? Jekk iva, x'kien l-ammont tal-ħsara? Min ser iħallas għad-danni li sofriet il-Mediterranean conference centre?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi sabiex ġiet rimedjata temporanjament il-floor panelling tħallsu Lm150 plus VAT. Dwar ħsarat aktar dettaljati, għadu qed isir rapport. Kull min jaħdem ġewwa l-MCC irid ikun kopert b’polza ta’ assikurazzjoni u dan skond ir-regoli tal-MCC stess.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318, 15482, 15608, 15718, 15947 u 16030 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika b'mod speċifiku u possibilment f'livell dipartimentali għal liema "ineffiċenzi" u "ħela" qed jirreferi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-lands department għat-talba ta' San Gwann football club, REF: 3225/2005, ACK 15/11/05
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-15 ta' Novembru 2005 it-Taqsima Proprjeta tal-Gvern irċeviet talba mis-San Ġwann Football Club għall-estensjoni tal-ground tal-football. Ninsab infurmat li dan il-klabb kien talab li jingħata ċens fuq l-istess ground u anke kienet għaddiet riżoluzzjoni tal-Parlament f'dan is-sens iżda mbagħad il-Klabb naqas li jersaq għall-iffirmar tal-kuntratt. Dwar l-estensjoni mitluba wieħed irid jgħid li l-art in kwistjoni tifforma parti minn art akbar mikrija lil terzi.
Irrid inżid ngħid illi r-responsabbilita' dwar talbiet għal proprjeta' tal-Gvern minn għaqdiet sportivi hija tal-Kunsill Malti għall-Isport li imbagħad jikkonsulta mat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern. Ninsab infurmat li s-San Ġwann Football Club huwa avżat b'dan kollu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16147 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid ġiex identifikat is-sit fejn sejra ssir is-slipway ġewwa Pembroke? Hemm xi indikazzjoni meta ser isir dan u jekk hux se jkun hemm konsultazzjoni mal-kunsill lokali dwar dan? Jekk ġie identifikat is-sit, saret talba lill-MEPA għall-permessi meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13717 li kienet tikkonċerna l-istess suġġett.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Jista' jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt ta' konsulenza lill-Kumpanija Island Consultancy Services jew lill-persuna ndikata fil-mistoqsija matul is-snin 2004 - 2005.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Tista' il-Ministru tgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Tista' tgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet xogħol ta’ konsulenza għall-Welfare Reform Commission għas-somma ta’ Lm5,654 matul l-2004.
Ninsab infurmata wkoll li ma ngħatat ebda konsulenza minn Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, lil din il-persuna matul l-2005, jew lill-kumpannija ndikata fl-aħħar parti tal-Mistoqsija matul l-2004 u l-2005.
Tista' il-Ministru tgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Tista' tgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-2004 ingħataw żewġ kuntratti lill-persuna konċernata. Wieħed minn dawn il-kuntratti ingħata mis-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex għall-ammont ta’ Lm2500 filwaqt li l-ieħor ingħata mid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-ammont ta’ Lm1719.06. Matul is-sena 2005 ma ngħata l-ebda kuntratt lill-persuna konċernata.
Il-Ministeru għal Għawdex ħallas l-ammont ta’ Lm2500 fil-każ ta’ l-ewwel kuntratt filwaqt li ħallas biss l-ammont ta’ Lm309.43 bħala VAT dovut fuq it-tieni kuntratt.
Ma ngħataw l-ebda kuntratti lill-kumpanija Islands Consultancy Services bejn is-sena 2004 u l-2005.
Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Jista' jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ebda dipartiment jew enti pubblika fid-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura ma taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna msemmija jew lill-Island Consultancy Services matul l-2004 u l-2005.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Jista' jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ bejn April u Ġunju, 2004 ingħatat servizz ta' konsulenza mill-persuna msemmija u ħallset is-somma ta' Lm573. L-ETC ma kellha l-ebda kuntratt jew konsulenza mal-kumpanija Island Consultancy Services.
Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji ta' kif wasal għall-fatt li l-effett tas-surcharge fuq l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut kien ta' 0.72 punti? Jista' jikkonferma wkoll jekk f'dawn il-kalkoli min ħadimhom ħax in konsiderazzjoni l-fatt li s-surcharge se titla b'1.21% kull xahar u li l-prezz tal-petrol żdied b'3c9m?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li kif ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 15503, l-impatt ta’ 0.72 punti fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-imnut inħadem fuq surcharge ta’ 55%. L-impatt ta’ 1.21% kull xahar u ż-żieda fil-prezz tal-petrol huwa eskluż minn dan il-kalkolu.
Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga l-każ urġenti ta' housing ta' familja li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament li toqgħod f'post bi strutturi perikolużi li spiss jiġi flooded bl-ilmijiet li jidħlulhom fil-maltemp?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant.
Huwa minnu li l-gvern kien qed jikkonsidra serjament li jwaqqaf finance Malta bħala aġenzija li tippromwovi lil Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji, billi l-MFSA llum huwa regolatur u biddel fehmtu minkejja li kien ta x'jifhem lil xi financial practitioners li din kienet sejra tkun miżura tal-budget 2006? Jekk iva, x'verament wassal għal bdil fil-linja li ħa l-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jaqbel il-Ministru li għadda żmien biżżejjed biex jingħata l-"go ahead" għall-proġett tal-Whtie rocks, liema sit jinsab fi stat żdingat u mitluq u ta' ħsara ambjentali għall-inħawi ta' Pembroke?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern għadu qed jikkonsidra x'ikun l-aħjar proġett fl-interess ekonomiku tal-pajjiz, għas-sit inkwistjoni.