Minħabba ħofra kbira li hemm fil-bidu tat-Triq MichelAngelo Borg, San Ġiljan, jista' isir asfaltar ta' din it-triq li tieħu għat-Triq Reġjonali billi ma kull maltempata li tagħmel il-patching li jagħmlu tal-kunsill jitkaxkar ma' l-ewwel xita? Nifhem li din it-triq hija responsabbilta' tal-gvern ċentrali.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant la hija triq distributorja u l-anqas arterjali u għaldaqstant taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16376 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm xi ħsieb li jinfetaħ day centre fis-Swieqi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li jinfetaħ Day Centre fis-Swieqi. Madankollu tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li hemm Ċentru għall-Anzjani ġewwa tas-Sliema.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Stqarrija dwar postings
Question
B'segwitu għall-istqarrija li jiena ħriġt għall-Istampa dwar allegat favoritiżmu f'ċerti postings li tħabbru dan l-aħħar permezz ta' posting order fil-ministeru tiegħek, tista' tikkonferma li anke l-UĦM kitbet lill-ministeru dwar dan il-każ fejn qed tallega li l-mod li bih saru ċerti postings wasslu għall-ksur tal-ftehim kollettiv bejn il-UĦM u l-ministeru? Jekk dan huwa minnu, x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Postings dejjem kienu u għadhom prerogattiva tal-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin. Ma hemm l-ebda ftehim kollettiv li jittratta din il-materja. L-allegazzjoni ta` favoriżmu hija assurda u bla bażi. L-Onorevoli Interpellant ma jistax jaddotta l-attitudni li jkun kuntent biss bl-għażliet li jaqbel magħhom hu.
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li l-membri ta' l-Armata tat-3rd Regiment ingħataw bħala kumpens għax-xogħol extra taċ-CHOGM 23c fis-siegħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-membri kollha ta’ l-Armata, inklużi dawk fit-3rd Regiment, li ħadmu matul il-laqgħa tal-Commonwealth Heads of Government (CHOGM) li saret f’Novembru 2005 ingħataw bonus ta’ darba ta’ Lm40 kull wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex jinbidlu l-ħinijiet tal-ftuh taċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda pjan biex jinbiddlu l-ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira peress li n-numru ta' tobba għadu ma jippermettix li dan isir.
Jista' il-Ministru jara li tiġi asfaltata Triq il-Ġdida fi Triq il-Qaddiefa fil-Marsa li tinsab fi stat ħażin ħafna? Il-kunsill lokali għarrafna li din hija responsabbilta' tal-gvern ċentrali.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta' toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16364 u jikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għal servizzi ta' akkomodazzjoni 108/05 minħabba informazzjoni inkonsistenti mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu? Jista' jgħid x'kienet din l-informazzjoni inkonsistenti?
Jista' jikkonferma li din it-tender ma ngħatatx lil min għamel l-irħas offerta?
X'wassal biex l-offerta ngħatat b'dan il-mod? Jaf li l-persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi qed jilmentaw mil-livell tas-servizz li qed jingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
1. Nikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għas-servizzi ta' akkomodazzjoni minħabba li ċerti proċeduri ma sarux kif kellhom isiru.
2. Waħda mill-proċeduri kienet relatata mal-istatus tal-liċenzja ta' lukandi li talbu li jkunu kunsidrati għal dan il-kuntratt.
3. Dan it-tender reġa' ħareġ mill-bidu u ingħata lill uniċi żewġ applikanti li ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-tender.
4. Billi t-tarzna ġieli jkollha bżonn ta' aktar minn lukanda waħda biex takkomoda l-ħaddiema barranin kollha li jkollha fi żmien partikulari, hija tiżgura li jkollha arranġamenti miftiehma ma' żewġ jew tliet lukandi. F'dan il-każ l-arranġamenti saru mal-uniċi żewġ lukandi li kkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha tat-tender li ħarġet il-Malta Shipyards.
5. Il-Malta Shipyards ma rċeviet l-ebda ilmenti minn ħaddiema li qed ikunu akkomodati fiż-żewġ lukandi li ntgħażlu fl-aħħar sejħa għall-offerti.
Huwa minnu li l-gvern kien qed jikkonsidra serjament li jwaqqaf finance Malta bħala aġenzija li tippromwovi lil Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji, billi l-MFSA llum huwa regolatur u biddel fehmtu minkejja li kien ta x'jifhem lil xi financial practitioners li din kienet sejra tkun miżura tal-budget 2006? Jekk iva, x'verament wassal għal bdil fil-linja li ħa l-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-MFSA għandha rwol importanti bħala regolatur fil-qasam finanzjarju u hija qed taqdi dan ir-rwol b’impenn u b’serjeta’ kbira fil-qasam lokali w internazzjonali. Dan qed iwassal biex is-settur finanzjarju f’pajjizna jikber u jissaħħaħ u jiġġenera l-impjiegi. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jippromovi s-settur finanzjarju barra minn xtutna b’impenn u bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd, inkluz l-MFSA u l-operaturi kollha f’dan is-settur.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ghadha qed tingabar u r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li minn Ottubru 2004 sa llum ma kienx hemm taxxi u tariffi li ddaħħlu jew li ġew riveduti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu. Kien hemm biss miżati għall-korsijiet ġodda organiżżati mill-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Industrija kif murija hawn taħt:-
bini tal-ħitan tas-sejjieħ; Lm 25
għal min jaħdem fil-konkos; Lm 20
għal min jaħdem f’bini antik; Lm 20
ħżuż ta’ turġien; Lm 20
Middle Management in Construction; Lm 280
kors ta’ bennej. Lm 75
Dawn il-miżati huma one payment ad hoc ma’ kull kors konċernat
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Taxxi/Tariffi
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn Ottubru 2004 sal-lum? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn Ottubru 1994 sal-lum iddaħħlet tariffa ta’ Lm10 mill-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali u mill-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija, liema bordijiet ġew imwaqqfa għall-ewwel darba matul il-perijodu msemmi.
Din it-tariffa hi marbuta ma’ l-applikazzjonijiet, l-ipproċessar u l-ħruġ ta’ warrant biex persuna tipprattika waħda minn dawn il-professjonijiet.
Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda taxxa, tariffa jew miżata oħra li ddaħħlet jew ġiet riveduta mid-Dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, matul l-istess perijodu.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' tariffi ġodda li ġew introdotti mid-direttorat tal-Liċenzji fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Nixtieq inżied li fir-rigward tal-ECMT (permessi maħruġa lill-burdnara għat-trakkijiet li jagħmlu xogħol barra minn Malta), fl-2004, il-ħlas sar ta' Lm50 fis-sena minflok ta' Lm20.
Fl-istess sena wkoll introduċejna l-Operator's Licence li tiġġedded kull ħames (5) snin u li għaliha l-operaturi jħallsu Lm50 għall-liċenzja u Lm10 għal kull vettura sa erba' (4) vetturi. Għall-ħames (5) vetturi jew aktar titħallas somma globali ta' Lm50.
Fir-rigward tad-direttorat tat-Trasport Pubbliku, l-uniku miżata li nbidlet kienet dik tat-tag, li fejn qabel kienet tiswa' Lm1 issa ġiet tiswa' Lm5.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tariffi ta' liċenzi u ta' kontribuzzjonijiet lill-MTA minn operaturi turistiċi fis-seħħ bejn Ottubru 2004 u Jannar 2006 huma dawk stabbiliti skond l-avviżi legali numri 240 ta' l-1997, 123 ta' l-2002, 184 ta' l-2002, 100 ta' l-2003, 157 ta' l-2003 u 87 ta' l-2005.
L-ammonti ta' ħlas għall-liċenzi u tariffi oħra jinbidlu minn żmien għal żmien. It-tibdil li kien hemm bejn Ottubru 2004 u Jannar 2006 jidher fit-Tabella 'A' u fit-tabella 'B' li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kif indikat f'tabella 'A', fir-rigward ta' liċenzi, kien hemm tnaqqis fit-tariffi ta' ċerti kategoriji ta' ristoranti, snack bars u kiosks filwaqt li kien hemm żidiet fit-tariffi għall-permessi biex isir entertainment okkażjonali u għall-estensjonijiet ta' ħin ta' l-għeluq wara is-1 a.m.
Fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet lill-MTA, kif indikat fit-Tabella 'B', kien hemm tnaqqis fit-tariffi ta' ċerti ristoranti u snack bars, operaturi ta' l-ivvjaġġar, faċilitajiet ta' trasport u ħwienet kummerċjali f'lukandi, filwaqt li kien hemm żidiet fit-tariffi ta' discos, bars fejn hemm iż-żfin u ta' proċessar ta' ċerti applikazzjonijiet. Fil-kontribuzzjonijiet lill-MTA kien hemm ukoll tibdil fis-sistema ta' kif jiġu kkalkulati t-tariffi ta' bars, kiosks, operaturi ta' l-ivjaġġar u ta' l-iskejjel li jgħallmu l-lingwi biex issa dawn it-tariffi saru aktar ġusti u aktar faċli biex jiġu kkalkolati.
Ta' min jgħid li b'riżultat ta' l-aħħar aġġustamenti fit-tariffi, mhux anqas minn 728 operatur kellhom l-ammont tal-liċenzja tagħhom mnaqqas biex globalment il-piż tat-tariffi fuq l-operaturi tnaqqas b'madwar Lm 32,000 fis-sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew rriveduti minn Ottubru 2004 sa' llum.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.