Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm se jkunu backdated ir-returns tal-pagamenti ta' l-English Language School lill-istudent host families għall-finijiet tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi għadu għaddej f’diskussjonijiet mal-partijiet involuti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm verita' li Deutsche Bank qed jikkonsidraw sehem fil-privatizzazzjoni tal-Bank of Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Naħseb li l-Onor Interpellant jifhem li minħabba n-natura kunfidenzjali tal-proċess tal-privatizzazzjoni, l-informazzjoni relatata ma' dal-proċess ma tistax tingħata f'dan l-istadju.
Billi l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ilu madwar 15-il sena li kemm hu kif ukoll il-kumitat tal-football tal-Għargħur għarrfu lill-WSC li ma għadux segretarju tal-każin, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kontijiet u l-korrispondenza li jirrigwardaw il-każ baqgħu jintbagħtu lilu mill-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma m'għandiex records tat-transfer li qed tiġi referuta mill-Onorevoli Interpellant.
Jistgħu jitwaħħlu traffic lights fil-bypass ta' San Pawl tat-Tarġa fil-parti li tagħti mill-Għargħur għan-Naxxar, billi din qed tkun ta' periklu kbir għar-residenti tal-Għargħur li jkunu jridu jaqsmu l-bypass?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16387 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher hawn taħt :-
Dipartiment Numru ta' konsulenti, Ħlas/Remunerazzjoni Benefiċċji Oħra
part timer, casuals,
jew x'bi kuntratt
L-Awtorita' dwar it-Trasport 9 Lm 225,428.00 Erbgħa huma ntitolati għall-użu ta' karozza
Ministeru/Dipartiment 2 Lm 61,097.60 Xejn
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16382 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15502 u 15610 u jgħid jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-istqarrija li għamilt fil-Parlament fis-26 ta' Ottubru 2005, fejn ġie spjegat fid-dettal kif inħadmet l-istima. Kif jaf sew l-Onor. Interpellant f'dik l-istqarrija mkien ma ntqal li qed nipprevedu żieda biss ta' 10% iżda ħafna aktar. Tajjeb ukoll nirrepeti illi l-formola ġdida li fuqha tinħadem is-"surcharge" ma tużax aktar stimi iżda hi bbażata fuq kemm fil-fatt l-Enemalta tkun ħallset għaż-żejt fix-xahrejn ta' qabel.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Jista' jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ngaġġa lis-Sur Gordon Cordina bħala konsulent tul is-sena 2004 u 2005.
Tul l-2004 tħallas is-somma ta’ Lm4,600 filwaqt li tul is-sena 2005 sal-lum tħallas is-somma ta’ Lm6,625.
Minn naħa tal-Ministeru tal-Finanzi, ninsab infurmat li kien il-Bank Ċentrali ta’ Malta biss li ta xogħol ta’ konsulenza lill-persuna indikata u għar-rigward tad-dettalji, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 13450 li ngħatat fis-seduta numra 289. Nixtieq inżid ngħid li l-persuna ndikata, titħallas permezz ta’ kuntratt annwali mal-Bank Ċentrali ta’ Malta, li jkopri l-konsulenza tiegħu għal sena sħiħa.
Fil-każ tal-kumpanija Island Consultancy Services ma saru l-ebda kuntratti jew pagamenti minn dipartimenti jew enti pubbliċi taħt id-dekasteru tiegħi matul l-2004 u l-2005.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16377 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16378 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi użaw il-konsulenzi kif jidher hawn taħt, matul l-2005:
Lokali:
Konsulent
Servizz
Ħlas
Fenech & Fenech Advocates
Konsulenza Legali
Lm 855.50
Mr Saviour Camilleri
Survey
Lm 1,807.66
Dr Roderick Pace
Riċerka
Lm 885.00
MS-Three Services
Riċerka
Lm 123.50
Dr Louisa Baluci
Konsulenza
Lm 3,525.00
Perit Martin Xuereb
Konsulenza
Lm 15,570.07
Total:
Lm 22,766.73
Barranin:
Konsulent
Servizz
Ħlas
Smit en de Wolf Belastingadciseurs BV
Konsulenza fl-amministrazzjoni finanzjarja
Lm 92,09
Salah Al-Hejailan
Konsulenza legali
Lm 53
Total:
Lm 145.09
Grand Total:
Lm 22,911.82
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16379 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16380 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jaf il-Ministru li fl-iskola Ant. Lawrence Bartolo m'hemmx full-time P.E. teacher u l-istudenti qed jiġu charged Lm12 p.a. għat-tagħlim tal-computer, minkejja li dan jagħmel parti mill-curriculum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel primarji, l-għalliem ta' klassi hu mistenni li jagħti lezzjonijiet tal-P.E. bħala parti mid-doveri tiegħu. Madankollu, m'hemm xejn milli żżomm l-amministrtazzjoni li, jekk trid, tipprovdi għalliem tal-P.E.
Skond l-Avviż Legali 150 tal-1990 u l-Avviż Legali 196 ta' l-1994, ir-rata ta' ħlas ta' miżati jiġu komunikati mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u li r-rati stabbiliti fil-bidu ta' sena skolastika ma jistgħux jiżdiedu matul is-sena skolastika. L-iskejjel indipendenti m'humiex marbutin jikkomunikaw il-ħlas għal xi servizzi anċillari. L-iskola Anthony Lawrence Bartolo kienet ikkomunikat il-ħlas tal-miżati għal din is-sena skolastika 2005-2006 fiż-żmien stabbilit.
Tista' il-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex l-arblu tad-dawl li kien twaħħal temporanjament quddiem Villa Massabielle, Triq id-Dris, Swieqi jitwaħħal f'post aktar xieraq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ ġie investigat u saret proposta kif tista' tissolva l-problema mingħajr ma jitneħħa l-arblu msemmi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16374 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid x'inhi r-raġuni li persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kellha l-kera tal-post tagħha l -ewwel imniżżla minn Lm17.65 kull tliet xhur għal Lm11.75 biex issa din ġiet mgħollija għal Lm58.75 mingħajr ma kien hemm bdil fid-dħul tal-familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant naqset li tippreżenta d-dokumenti mitluba mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tiġi riveduta l-kera f'Lulju 2005 u għalhekk il-kera ġiet b'rata kummerċjali.
Id-Dipartiment imsemmi jkun jista' jirrevedi l-ammont tal-kera dovut meta l-persuna konċernata tippreżenta d-dokumenti meħtieġa.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16373 u jgħid liema huma dawk it-toroq li mistennija jiġu asfaltati fis-Swatar, l-Imsida fix-xhur li ġejjin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-toroq li huma mistennja li jiġu asfaltati fis-Swatar u l-Imsida fix-xhur li ġejjin huma :-
Triq Bordin Msida
Triq Indri Grima Msida
Triq it-Tempju Megalitiku Swatar
Triq il-Gaffiti Navali Swatar
Triq Grossetto Swatar
p/o Triq Luigi Onorfio Swatar
Triq il-Qanpiena Swatar
Triq il-Qattus Swatar
Triq is-Sissla Swatar
Triq l-Għabex Swatar
Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qed jallega li l-istrutturi tal-bini, speċjalment tal-kantina, huma difettużi? Il-post ġie spezzjonat madwar xahar ilu.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.
Ninsab infurmata wkoll li l-każ ta’ din il-persuna ser jiġi riferut lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga jekk din il-persuna tistax tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk id-due diligence tal-Malta Enterprise ta' Gama Textiles Ltd. kienx pożittiv jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Enterprise għamlet studju tal-proġett u d-due diligence li normalment tagħmel f'dawn il-proġetti. L-informazzjoni li tirċievi fuq l-investituri hija altament kunfidenzjali u tingħata minn terzi persuni bħall-banek u sorsi oħrajn b'kundizzjoni li din tibqa kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-liġi stess torbot lill-ME milli tagħti informazzjoni dwar investituri.