Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16689 u jara jistgħux jitwaħħlu traffic lights fil-bypass ta' San Pawl tat-Tarġa, fil-parti li tagħti mill-Għargħur għan-Naxxar, billi din qed tkun ta' periklu kbir għar-residenti tal-Għargħur li jkunu jridu jaqsmu l-bypass?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li diġa' hemm tliet settijiet ta' pelican lights f'din il-bypass. L-Awtorita' dwar it-Trasport ser tevalwa s-sitwazzjoni u jekk ikun bżonn isir xi tibdil.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16382 u 16905 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom liċenzja ta' tourist guides? Minn liema pajjiżi ġejjien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tourist guides barranin huwa ta' ħdax. Dawn ġejjien miċ-Ċina (2), Ġappun (2), Ukrajna (1), Russja (1), Polonja (1), l-Olanda (3) u Flemish (1).
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li hemm diversi ħaddiema tad-dwana li se jitneħħewlhom il-public holiday allowances kif ukoll is-Sunday rates billi jintefgħu fuq day duties biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-taħdidiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Kollettiv tal-Customs Class għadhom għaddejjin.
Minħabba fin-numru limitat ta' persuni involuti, tista' l-Air Malta tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha li taqta' l-għoti ta' biljetti ta' l-ajru b'xejn lir-romol ta' ex-impjegati ta' l-Air Malta minħabba l-miżuri ta' awsterita' li ħadet il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-impjegati ta' l-Air Malta jgawdu l-privileġġ ta' biljetti b'xejn (jew b'roħs) anke wara li jirtiraw mix-xogħol. Dan il-privileġġ huwa marbut direttament ma' l-impjegat u mhux mad-dipendenti, ascenti jew aħwa. L-Onor. Membru japprezza l-piż finanzjarju li jkollha ġġorr il-Kumpanija jekk dan ma jkunx hekk minħabba l-fatt li dan il-privileġġ jista' jispiċċa li jkun estiż għal eluf ta' persuni oħra minbarra l-impjegati u ex-impjegati ta' l-Air Malta.
IT training centre — Għajnuna lil studenti li jattendu korsijiet
Question
Stante li l-MITTS hu ente governattiva, il-gvern għandu xi ħsieb jagħti xi tip ta' għajnuna lill-ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom jattendu korsijiet fiċ-ċentru ta' tagħlim ta' l-IT fis-Swatar training centre li jwassal għal diploma, advanced diploma jew B.Sc skond in-numru ta' snin li jagħmlu jistudjaw u dan għaliex min jidħol għall-BSc jkollu jħallas medja ta' Lm4,000? Jekk le, jista' il-gvern, bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi, jikkonsidra li l-ħlas li jagħtu jinqata' mit-taxable income ta' dik is-sena jew li l-istudenti jingħataw l-ismart card bħal sħabhom ta' l-Universita' jew xi tip ta' stipendju żgħir biex wieħed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' l-ivjaġġar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16376 u 16677 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' housing ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed jiġi mgħarbel mid-dipartiment tal-housing wara spezzjoni li saret on site?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li tingħata kunsiderazzjoni lil każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu pendenti madwar sena u nofs jew sentejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Minitru jara li l-meter readers meta jkunu qed iduru fi Triq Johnny Catania, Imsida jiżguraw li jħallu karti dwar in-notifikazzjoni tal-meter reading ħalli jiġu evitati kontijiet a bażi ta' estimi bla bżonn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma iċċekjat ir-records tagħha u rriżulta li minn dik it-triq, minn 43 indirizz inqraw 32.
Il-Korporazzjoni għandha dikjarazzjoni mill-Meter Reader inkwistjoni, li huwa mexa mal-proċedura li tgħid li fl-ewwel żjara (meta l-post jinstab magħluq) irid iħalli nota biex jinforma l-klijent meta se jgħaddi t-tieni darba.
Fir-rigward tal-ħaddiema barranin li qed jiġu ngaġġati mit-tarzna ta' Malta, jista' jiġi żgurat li jkun hemm level playing field fil-kundizzjonijiet offruti ħalli dan iċ-cheap labour ma jpoġġix fi żvantaġġ Maltin li jistgħu liberalment jagħmlu dan ix-xogħol huma stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Sabiex inkun f'pożizzjoni li nirrispondi, napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindikali kif wasal għal konklużjoni li l-ħaddiema ndikati minnu huma "cheap labour" u kif jiddefinixxi din il-kategorija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-fire section tas-civil protection ġiet trasferita mill-Furjana għal Kordin? Ma jaħsibx li minħabba t-traffiku li spiss ikun hemm il-Marsa fl-inħawi ta' Super One radio station jistgħu jinqalgħu problemi loġistiċi biex dawn jaslu fil-ħin fid-destinazzjoni tax-xogħol urġenti tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Fire Station tal-Furjana ma ġietx trasferita lejn Kordin u fil-fatt għadha topera biex tagħti servizzi fil-Belt u fl-inħawi tal-Belt.
Minħabba xogħol fit-toroq ġodda li l-Gvern ħejja tul dawn l-aħħar xhur, inħass illi jkun aktar faċli li ċerti rħula bħal Ħal Qormi u r-Rabat u nħawi tagħhom, li qabel kienu koperti mill-Furjana, issa jkunu koperti minn Kordin. Għalhekk ġew imnaqqsa xi inġenji u persunal mill-Furjana u tpoġġew Kordin.
Ta' min jgħid illi l-istrateġija tas-Servizzi tal-Protezzjoni Ċivili hija kontinwament mistħarrġa sabiex jingħata l-aħjar servizz lill-pubbliku.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Diretturi/chairpersons
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16419 u jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Meta t-tagħrif mitlub jiġi kompilat jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16428 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Linformazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16384 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16383 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqigħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 16386 u tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba f'Mistoqsija Parlamentari Numru 16923.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġu rranġati l-anomaliji fil-pagi u fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-instructresses fl-iskejjel tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika għal liema anomalija fil-pagi u fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-Intructresses fl-iskejjel tal-Gvern qed jalludi.