Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imsida St Joseph — Sport Facilities

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jingħataw sport facilities lill-Imsida St Joseph u lin-nurseries tagħhom sabiex jittrejnjaw fihom minħabba li fl-Imsida m'hemmx faċilitajiet sportivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja qed tiġi konsidrata fost prioritajiet oħra.
Leg 10 PQ #17619 Sitting 364 2006-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxata Maltija fl-Indja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tinfetaħ il-missjoni Maltija fl-Indja? Xi staff complement mistennija jkollha? Ġiet identifikata l-persuna li mistennija tmexxi din l-ambaxxata, u jekk iva min hi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Kif diġa ħabbart kemm il - darba il-Gvern inpenjat sabiex jiftaħ Kummissjoni Għolja fl-Indja din is-sena. Id-dettalji jitħabru fil-mument opportun.

Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tivverifka l-ilment ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li l-pensjoni tiegħu mhijiex qed tiġi maħduma tajjeb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Twaqqiegħ ta' garage privat

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu garage li dettalji dwaru wkoll qed jintbagħtu separatament, li hu earmarked għat-twaqqiegħ qalulu mid-dipartiment konċernat li mhuwiex intitolat għal garage alternattiv wara li jitwaqqa' il-garage tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proġett li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa proġett tal-Awtorita' tad-Djar u għalhekk huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

OPM — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #17616 Sitting 363 2006-03-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Stqarrija mis-sotto segretarju Taljan

Question

X'inhuma l-kummenti tal-Ministru dwar dak li stqarr is-sotto segretarju Taljan għall-affarijiet barranin f'Malta mal-Ministru Frendo li "undersecretary Drago took this opportunity to repeat that Italy awaits Malta's final approval of the framework collaboration in the sectors of maritime surveillance search and rescue and maritime traffic control" kif irrapportat mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin Taljan innifsu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dan il-ftehim mhuwiex finaliżżat.

OPM — Konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16376, 16677 u 17246 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

Imsida — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jissewwew il-ħsarat strutturali fl-għassa tal-pulizija ta' l-Imsida?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija għaddej b'eżerċizzju sħiħ ta' manutenzjoni f'diversi Għases. Uħud mix-xogħlijiet li saru s'issa kienu kbar, sa anke kien hemm fejn kważi nbnew mill-ġdid. L-Għassa ta' l-Imsida hija waħda mill-Għases li hemm l-intenzjoni li tiġi rranġata. Kif taf dan it-tip ta' xogħol ta' manutenzjoni jsir kollu mill-membri tal-Korp u għalhekk għalkemm isir bil-mod, huwa xogħol li jsir b'ċertu ritmu kontinwu. Bħalissa l-Korp tal-Pulizija għadu kemm lesta l-Għassa tal-Pieta' u għaddej b'xogħol fuq bini ta' lift ġewwa l-Kwartieri Ġenerali, kif ukoll bini ta' uffiċċju kbir li għandu jiġbor fih l-Interpol, il-Europol, is-Sirene Office u l-Iskwadra ta' kontra t-Terroriżmu. Qed isir ukoll xogħol ta' tindif ta' materjal fil-parti ta' l-Ospizio wara d-Depot, kif ukoll fil-garage tal-Pulizija fejn se jiġu allokati t-Taqsimiet tat-Traffiku u l-A.L.E.

IT Training Centre — Għajnuna lil studenti li jattendu korsijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17199 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Stante li l-MITTS hi ente governattiva, il-gvern għandu xi ħsieb jagħti xi tip ta' għajnuna lill-ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom jattendu korsijiet fiċ-ċentru ta' tagħlim ta' l-IT fis-Swatar training centre li jwassal għal diploma, advanced diploma jew B.Sc skond in-numru ta' snin li jagħmlu jistudjaw u dan għaliex min jidħol għall-BSc jkollu jħallas medja ta' Lm4,000? Jekk le, jista' il-gvern, bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi, jikkonsidra li l-ħlas li jagħtu jinqata' mit-taxable income ta' dik is-sena jew li l-istudenti jingħataw l-ismart card bħal sħabhom ta' l-Universita' jew xi tip ta' stipendju żgħir biex wieħed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' l-ivjaġġar?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-regolamenti dwar l-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti ma jkoprux liċ-Ċentru msemmi. Il-proposta ta' l-Onor. Membru tiġi konsidrata fir-review li jmiss kif kien ġie mħabbar.

Swieqi — Triq Sidra

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma fiex waslet it-talba quddiem l-ADT biex Triq Sidra fis-Swieqi ssir one way?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li f’laqgħa li saret mall-Kunsill Lokali Swieqi fid-9 ta’ Novembru 2005, tali one way ġiet approvata u għalhekk tista’ tiġi implimentata mill-istess Kunsill.

Ċentru Soċjali ta' Sta. Venera — Care workers

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'se jiġri mill-care workers li jaħdmu fiċ-ċentru soċjali ta' Sta. Venera? Dawn se jibqgħu igawdu l-istess kondizzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-care workers impjegati mal-Gvern li jaħdmu fl-Adult Training Centre ta’ Sta Venera, ninsab infurmata li qed isiru diskussjonijiet biex dawn, bħal fil-każ ta’ mpjegati oħra tal-Gvern f’dawn iċ-ċentri, jiġu deployed mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali b’dawn il-kondizzjonijiet: i) id-dritt li jżommu l-grad sostantiv tagħhom qabel id-deployment; ii) iżommu d-drittijiet u l-privileggi applikabbli għall-uffiċċju pubbliku tagħhom u dawk tal-classification agreement rispettiv; iii) fil-każ ta’ mpjegati pensjonabbli, is-servizz mal-Fondazzjoni jkun jgħodd għal skop ta’ pensjoni; u iv) jkollhom kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli minn dawk tal-Fondazzjoni.

Manutenzjoni ta' dar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12902 dwar manutenzjoni ta' dar, nixtieq infakkar lill-Ministru li s'issa x-xogħlijiet ipprogrammati għadhom ma sarux kif indikat fit-tweġiba tiegħu tat-13/06/05?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet meħtieġa fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant jikkonsistu f'tikħil ta' fili fuq il-faċċata u li dawn għadhom inklużi fil-programm ta' xogħlijiet li għandu d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Fil-programm estensiv ta' xogħlijiet li għandu u fid-dawl tar-riżorsi disponibbli, id-Dipartiment bilfors irid jagħti prijorita' lil xogħlijiet aktar urġenti partikolarment fejn hemm periklu.

RPI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15503 u jgħid ż-żieda fis-surcharge kemm se tikkontribwixxi għal żieda fl-RPI?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15503 Seduta 319.

VAT — EU

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15505 u jgħid it-tibdil fis-sistema tal-VAT wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm ġiet tiswa lill-Kaxxa ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15505 Seduta 356.

San Ġwann — Skola tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq is-sala ta' l-iskola tal-gvern ta' San Ġwann?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq is-Sala ta' l-iskola primarja ta' San Ġwann huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' April 2006.

RPI — Weighting tas-Surcharge

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-weighting tas-surcharge fil-kompożizzjoni ta' l-R.P.I?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onor Interpellant qiegħed jirreferi għas-surcharge li qed jiġi impost kull xahrejn fuq id-dawl elettriku u l-ilma. Dan is-surcharge jinħadem fuq il-kond mudell li hemm fuq ir-Retail Price Index u bħalissa għandu l-istess weighting li għandu d-dawl u l-ilma jiġifieri 1.43 u 0.53 rispettivament.
Leg 10 PQ #17527 Sitting 361 2006-03-06 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Swatar — Triq B. Guttenberg

Question

Billi r-residenti ta' l-appartamenti f'B. Guttenberg Street, Swatar għandhom it-triq fl-istess kundizzjoni ħażina li ilha fiha mindu ġew allokati dawn l-appartamenti, b'mod partikolari fejn hemm il-garages, jista' il-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata b'urġenza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Diretturi/Chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16419 u 17107 u jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428 u 17109 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra ladarba tkun lesta.