B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari dwar anomaliji fil-kundizzjonijiet ta' l-instructresses ġejt mgħarraf li filwaqt li hemm instructresses li għamlu course twil bejn April 1996 u Ġunju 1998 u dawn baqgħu fejn kienu, oħrajn li għamlu course mal-grupp ta' qabilhom, ġew upgraded b'effett immedjat u saħansitra ħadu l-arretrati, b'konsgwenza ta' dan hemm anomalija li f'ċerti każi tvarja mal-Lm100 fix-xahar bejn diversi instructresses u meta dawn ilmentaw mal-ministeru ġew mgħarrfa li kienu marbutin bi ftehim u kundizzjonijiet differenti minn ta' qabilhom li qatt ma ġew mgħarrfa bihom, issa saru jafu li biex jiġu upgraded irid ikollhom 15-il sena servizz u jridu japplikaw għall-permanent warrant, qalulhom ukoll li kienu fortunati li nġħataw din l-opportunita' għax mhux sejjer ikun hemm courses oħra simili, minkejja dan, dan l-aħħar ħarġet sejħa għall-part-time instructors li attendew il-BTEC certificate course, liema course iridu jħallsu Lm100 għalih. Fid-dawl ta' dawn l-anomaliji ċari, ma tħossx illi l-qagħda tagħhom għandha tiġi rranġata, liema qagħda anke l-MUT huma konxji dwarha l-aktar minħabba d-diskrepanza li hemm fis-salarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Ottubru 1996 ġie ffirmat il-Ftehim 'Classification, Regrading and Assimilation of the Education Class (Instructors' Stream)'.
Paragrafu 2.1.8 tal-Ftehim kien jipprovdi għal sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew vakanzi fil-grad ta' Instructor f'suġġetti akkademiċi u tas-sengħa.
Is-sejħa kellha tkun miftuħa għal persuni li kienu temmew b'suċċess kors fil-pedagoġija organizzat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li kellhom ukoll esperjenza ta' tagħlim ta' sena skolastika fi skola akkreditata.
Dawk il-persuni li ġew appuntati instructors taħt din is-sejħa, tpoġġew fi skala 13 bi dritt li jipproċedu għal skala 12 wara ħames snin servizz sodisfaċenti fil-grad. L-istess instructors għandhom id-dritt li jipproċedu għal skala 11 fit-tmiem ta' ħames snin oħra ta' servizz sodisfaċenti.
Dawn l-instructors jitpoġġew fi skala 9 meta jingħataw il-permanent warrant u jitilgħu skala 8, tmien snin minn meta jkunu ingħataw il-permanent warrant u skala 7 wara tmien snin oħra minn meta l-instructor ikun tpoġġa fi skala 8.
Minn naħa l-oħra, l-Appendiċi 'A' tal-Ftehim kien jipprovdi wkoll għall-assimilazzjoni ta' dawk il-gradi ta' Instructors li kienu diġa' qed iservu fis-servizz meta ġie ffirmat il-Ftehim.
Skond dan l-Appendiċi 'A', Instuctor I kellu jitpoġġa fi skala ta' paga 13 u jitla' skala 12 u skala 11 wara ħames snin servizz sodisfaċenti rispettivament.
Instructor II tpoġġa fi skala 12 bi dritt li jitla' skala 11 wara ħames snin servizz sodisfaċenti.
Instructor III tpoġġa fi skala ta' paga 11 u wara ħames snin jitla' skala 10.
Il-Ftehim kien jipprovdi ukoll li meta dawk l-instructors li kienu fis-servizz meta ġie ffirmat il-Ftehim, jakkwistaw il-permanent warrant, dawn jitpoġġew fi skala 9 u jipprogressaw għal skala 8 u 7 wara tmien snin ta' servizz sodisfaċenti f'kull każ.
Fil-każ ta' dawk l-instructors li ġew appuntati wara l-iffirmar ta' l-agreement, is-servizz rikjest biex jitilgħu minn skala 9 għal 8 u 7, jitqies mid-data tal-permanent warrant.
Fil-każ ta' l-instructors li kienu diġa fis-servizz meta ġie ffirmat il-Ftehim, iż-żmien ta' servizz biex ikun hemm il-progression minn skala 9 għal 8 u 7, jibda jgħodd minn sentejn wara li kienu oriġinarjament appuntati Instructor I. L-istess Appendiċi 'A' jipprovdi li dawn l-instructors setgħu jagħżlu wkoll li ż-żmien jgħodd mid-data tal-permanent warrant. Allura tintagħżel id-data l-aktar waħda antika jiġifieri vantaġġjuża.
Il-Ftehim ta' Klassifikazzjoni, Regrading u Assimilazzjoni kien ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Unions li kienu jirrappreżentaw il-gradi ta' Instructors, jiġifieri il-Malta Union of Teachers u l-Public Service Employees Section tal-General Workers Union.
Naturalment id-differenza fil-pagi hi riżultat ta' l-iskali ta' paga differenti.
Il-kors ta' filgħaxija li għamel referenza għalih l-Onor Membru, qed jiġi organizzat fl-MCAST u huwa intenzjonat li jagħti opportunita' lil dawk l-Instructors li kienu u għadhom 'full-time' fis-servizz qabel u wara is-6 ta' Ottubru 1999, imma li m'għandhomx fil-pussess tagħhom kors rikonoxxut fil-pedagoġija.
Jista' il-Ministru jgħid liema ditta jew ditti ta' avukati Maltin ġew imqabbda mill-MITI in konnessjoni mal-proġett ta' Smart City@Malta? Kif intgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Għax-xogħol marbut mal-qafas legali tal-proġett SmartCity@Malta l-Gvern qabbad direttament lill-Profs. Ian Refalo .
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qed tinvestiga l-ilmenti tar-residenti ta' Taż-Żwejt Road, San Ġwann li spiss qed isiru abbużi kemm sesswali kif ukol ta' teħid tad-droga qirb is-siġra kbira tal-ħarrub li hemm faċċata ta' dawn ir-residenzi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Pulizija kellha xi rapporti kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi minn tfittxijiet li għamlet il-Pulizija fl-għelieqi indikati in segwitu għal din il-Mistoqsija, ma nstab xejn li jindika li kien qed isir xi abbuż mid-droga jew atti sesswali. Minkejja dan kollu, ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tagħmel aktar sorveljanza f'dan il-post.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru sleeping policeman fi Triq Taż-Żwejt, San Ġwann minħabba l-ispeed li bih jinżlu ħafna karozzi huwa ta' periklu għar-residenti ta' l-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann qatt ma talab għall-traffic calming measures f’din it-triq.
Għaldaqstant it-Traffic Management Unit ser jikkuntatja l-Kunsill Lokali biex jiddiskuti x’miżuri jistgħu jittieħdu f’dan l-aspett.
Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hu driver mal-Water Services Corporation għall-extension of service?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija rtirat biż-żmien fis-6 ta' Marzu 2005. Hi 'policy' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ma tagħtix estensjonijiet ta' l-impjieg wara l-eta' ta' l-irtirar.
Jistgħu jitwaħħlu traffic lights fil-bypass ta' San Pawl tat-Tarġa fil-parti li tagħti mill-Għargħur għan-Naxxar, billi din qed tkun ta' periklu kbir għar-residenti tal-Għargħur li jkunu jridu jaqsmu l-bypass?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-parti tat-triq bejn it-telgħa t'Alla u Ommu u t-Triq tal-Balal sa llum saru tliet pelican crossings f'postijiet differenti.
Fuq talba tal-Kunsill Lokali Naxxar fil-ġimgħat li ġejjin l-Awtorita' dwar it-Trasport se tkun qed tagħmel pelican crossing ieħor fil-post imsemmi, cioe' qrib id-dħul għall-Għargħur.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' karozzi mikrija mill-Ministeru, Dipartimenti u Enti oħra hu tnax. L-ispiża totali għal dawn il-kirjiet matul is-sena 2005 kienet dik ta' Lm22,847.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi fil-bidu tas-sena 2005 kien hemm 46 karozza mikrija lill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu. Fl-aħħar tas-sena 2005 kien hemm 30 karozza tal-kiri. L-ispiża totali kienet ta’ Lm 49,400.03ċ.
Background Information
L-ispiża tal-karozzi hija kif murija fit-tabella ta’ hawn taħt:-
Ministry / Department / Enti
Lm.ċ
Ministry
8,214.96
Ministry – Electric Car
2,415.09
EU Affairs, Policy Development and Programme Implementation
993.84
Director General’s Office
771.64
Oil Exploration
24.60
Financial Management
3,627.74
Manufacturing and Servicing
1,394.30
Cleansing Services
8,625.96
Building and Engineering
3,751.64
Construction and Maintenance
10,089.02
Building Industry Consultative Council
886.24
Malta Resources Authority
8,605.00
TOTAL
49,400.03
Matul is-sena 2005 il-karozzi mikrija f’kull xahar kien kif muri hawn taħt:-
Xahar
Total
Jannar
46
Frar
41
Marzu
47
April
47
Mejju
43
Ġunju
28
Lulju
30
Awissu
33
Settembru
31
Ottubru
30
Novembru
31
Diċembru
30
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005, inkrew tnax (12) -il karozza.
L-ispiża totali ta' kirjiet għall-istess perjodu kienet ta' Lm22,518.85
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' karozzi mikrija matul is-sena 2005 kienu :-
Numru ta' karozzi Spiża
L-Awtorita' dwar it-Trasport 26 Lm 60,386
Ministeru/Dipartiment 4 Lm 10,672.09
Fl-ispiża globali tal-kirjiet għal karozzi li ntużaw mill-Ministeru/Dipartiment hemm nklużi l-ispejjeż ta' xi karozzi li nkrew fuq bażi temporanja meta xi karozza oħra kellha xi ħsara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' karozzi mikrija matul l-2005 mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu kien ta' 38 u li l-ispiża totali għal dawn il-kirjiet kienet ta' Lm 80,045.58.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir -risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2005 il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent nefaq Lm65,866 f’kiri ta’ 43 karozzi.
In-numru ta' karozzi mikrija u/jew ġew leased mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul is-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta' Settembru 2005 huwa ta' 56. L-ispiża totali f'ċifra ta' flus għal dawn il-kirjiet matul l-istess sena finanzjarja kienet ta' Lm 111,014.
Il-kumpanija Wasteserv Malta Ltd fl-2005 kriet karozza waħda. L-ispiża totali f'ċifra ta' flus għal dawn il-kirjiet matul l-2005 kienet ta' Lm 2,096.16.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li l-Gvern Malti diġa' bagħat l-agreement lill-Ambaxxata Ċiniża dwar l-ambaxxatur il-ġdid prospettiv ta' Malta għaċ-Ċina? Jekk iva, min huwa l-ambaxxatur il-ġdid li qed jiġi rikkmandat għall-approval ta' l-awtoritajiet Ċiniżi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Għadna qed nistennew l-'agrement' u allura mhuwiex prudenti li nagħti dettalji għalissa.