Legislature:
Category:
Reset
Active:

Konsulenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16921, jista' il-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti konċernati u xi ħlas rispettiv ħadu?

Response (GALEA, ĊENSU)

l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Privatizzazzjoni tal-Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17870 u cioe': Fid-dawl tar-rapport dettaljat li kien hemm f'"The Times Business Suppliment" tal-Ħamis 9 ta' Marzu 2006 dwar il-kumpanniji involuti fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom, filwaqt li wieħed jilqa' b'mod pożittiv l-interess ta' investituri prospettivi mill-Golf Għarbi - li hi xi ħaġa li l-Malta Labour Party jaqbel magħha fil-prinċipju - u filwaqt li ma rrid nuri ebda dubju fil-mezzi finanzjarji ta' dawn l-interessi privati, jista' il-Ministru fl-interess nazzjonali u fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet ta' l-istess Ministru, li naqbel magħhom, li trid issib strategic partners għax-xiri tal-Maltacom kif ukol li trid iżżid il-value added ta' l-intrapriża jgħid: L-investituri minn Dubai u mis-Saudi Għarabja, kemm għandhom esperjenza fit-telefonija mobile u fixed? X'inhu l-billing turnover tagħhom fit-telefonija kemm fixed u mobile? F'liema pajjiżi oħrajn joperaw f'dawn l-oqsma? Kemm ilhom joperaw f'dawn l-oqsma f'pajjiżhom u lil hinn minnu? Kemm għandhom subscriber base u klijenti tagħhom? Jekk hux minnu li wieħed mill-investituri prospettivi għadu qed jibni l-ewwel network tiegħu tal-mobile f'pajjiżu stess u sal-lum m'għandux networks f'pajjiżi oħrajn? Jekk it-Telecom Italia qattx uriet interess hi li tinvesti direttament fil-Maltacom flok tidħol f'sempliċi management agreement li seta faċilment intlaħaq ma' investituri oħrajn, inklużi investituri Maltin? Kemm kien hemm kumpanniji oħrajn li għamlu binding bids għal Maltaocom sakemm skadiet id-data għall-binding bids

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

OPM — Konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16376 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

Imsida HE — Garages

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu passi dwar il-fatt li fil-garages il-ġodda li hemm fil-housing estate il-ġdid ta' l-Imsida - b'mod partikolari numru 70, Conception Street, Imsida - il-mod kif sar ix-xogħol fuq il-bankini l-ġodda qed iwassal biex l-ilma jaqleb għall-ġol garages infushom b'konsegwenza li fil-maltemp ir-residenti lanqas ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-garages?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-toroq u l-bankini madwar il-binja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma sarux minn xi Dipartiment jew entita' li taqa taħt id-dekasteru tiegħi u għalekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Madliena — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista dettaljata tat-toroq li huma pproġettati li se jsiru fil-Madliena matul din is-sena finanzjarja? It-tenders rilevanti ħarġu? Jekk le, meta mistennija joħorġu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

OPM — Mobile Phones

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #17865 Sitting 369 2006-03-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Ginevra

Question

Huwa minnu li hemm ħsieb li tintbagħat Genevra fl-Ambaxxata Maltija persuna li la hi esperta tal-Ġnus Magħquda jew tad-WTO u lanqas hija membru tal-korp diplomatiku?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Onorevoli Interpellant qed jassumi affarijiet mhux minnhom. Persuna speċjaliżżata qed tintbagħat fil-Missjoni ta' Malta f'Ġinevra fuq 'assignment' ta' sena dwar materji li jikkonċernaw il-kummerċ dinji u id-WTO. L-istess persuna ilha żmien twil responsabbli mis-suġġett fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Din il-persuna kkoordinat l-pożizzjoni ta' Malta fuq diversi suġġetti b'rabta mad-WTO u aspetti ta' kummerċ internazzjonali.

Privatizzazzjoni tal-Maltacom

Question

Fid-dawl tar-rapport dettaljat li kien hemm f'"The Times Business Suppliment" tal-Ħamis 9 ta' Marzu 2006 dwar il-kumpanniji involuti fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom, filwaqt li wieħed jilqa' b'mod pożittiv l-interess ta' investituri prospettivi mill-Golf Għarbi - li hi xi ħaġa li l-Malta Labour Party jaqbel magħha fil-prinċipju - u filwaqt li ma rrid nuri ebda dubju fil-mezzi finanzjarji ta' dawn l-interessi privati, jista' il-Ministru fl-interess nazzjonali u fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet ta' l-istess Ministru, li naqbel magħhom, li trid issib strategic partners għax-xiri tal-Maltacom kif ukol li trid iżżid il-value added ta' l-intrapriża jgħid: L-investituri minn Dubai u mis-Saudi Għarabja, kemm għandhom esperjenza fit-telefonija mobile u fixed? X'inhu l-billing turnover tagħhom fit-telefonija kemm fixed u mobile? F'liema pajjiżi oħrajn joperaw f'dawn l-oqsma? Kemm ilhom joperaw f'dawn l-oqsma f'pajjiżhom u lil hinn minnu? Kemm għandhom subscriber base u klijenti tagħhom? Jekk hux minnu li wieħed mill-investituri prospettivi għadu qed jibni l-ewwel network tiegħu tal-mobile f'pajjiżu stess u sal-lum m'għandux networks f'pajjiżi oħrajn? Jekk it-Telecom Italia qattx uriet interess hi li tinvesti direttament fil-Maltacom flok tidħol f'sempliċi management agreement li seta faċilment intlaħaq ma' investituri oħrajn, inklużi investituri Maltin? Kemm kien hemm kumpanniji oħrajn li għamlu binding bids għal Maltaocom sakemm skadiet id-data għall-binding bids?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17628 u jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #17894 Sitting 369 2006-03-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17624 u jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul l-2005 il-Ministeru, l-Ambaxxati u l-enti li jaqgħu taħtu krew sittax-il karozza bi spiża totali ta' Lm13,423.61

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz ta' l-ilma tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jinqata' spiss bil-lejl u ma jerġax jiġi qabel filgħodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-problema kienet fil-kontroll tal-pompa li tissupplixxi l-ilma fil-lokalita' rilevanti. Din il-problema issa ssolviet u l-pompa issa qiegħda taħdem tajjeb. B'hekk is-servizz tal-ilma f'din il-lokalita' issa rritorna għan-normal.
Leg 10 PQ #17789 Sitting 368 2006-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Audited accounts

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra - kif wegħidt - l-audited accounts taċ-CHOGM? Jekk dawn għadhom ma ġewx finalizzati, meta mistennija li jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-rapport bl-'audited accounts' taċ-CHOGM tlesta u mistenni li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra mill-Prim Ministru fil-ġranet li ġejjin.

Twaqqiegħ ta' Garage Privat

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 17621 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu garage li dettalji dwaru wkoll qed jintbagħtu separatament, li hu earmarked għat-twaqqiegħ qalulu mid-dipartiment konċernat li mhuwiex intitolat għal garage alternattiv wara li jitwaqqa' il-garage tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant talbet li tingħata akkomodazzjoni alternattiva għax qed tgħid li tgħix fil-garaxx fl-indirizz indikat, għalkemm dan ma ġiex konfermat. Ninsab infurmata wkoll li l-każ għadu qed jiġi nvestigat.

OPM — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17622 u jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġiba li saret għall-Mistoqsija Parlamentari 17622 seduta Numru 364.

Universita' — Post Graduate Studies

Question

Huwa minnu li se jiftħu post graduate studies ġodda fl-Universita' ta' Malta? Jekk iva, fosthom se jkun hemm numru ta' Ph.Ds u anke DBs fil-fakulta' tal-FEMA? Jekk dan huwa minnu, meta se jiftħu u x'fees se jintalbu? X'entry requirements se jkun hemm bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' regolarment toffri korsijiet ġodda kemm f'livell undergraduate kif ukoll f'livell postgraduate. Għal Ottubru li ġej hemm il-ħsieb li f'livell postgraduate ser ikunu offruti żewġ korsijiet ġodda, wieħed li jwassal għal Masterin Cultural Heritage Management u ieħor li jwassal għal Masterin Pharmacy. Informat ukoll li l-Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy diġa' toffri opportunitajiet għal min irid isegwi programm ta' PhD. Fil-każ ta' DBA, il-Fakulta' qegħda tħejji pjanijiet biex toffri d-degree Doctor of Business Administration. Id-data meta se jinfetah dan il-kors u l-fees tiegħu għadhom mhux determinati.
Leg 10 PQ #17864 Sitting 368 2006-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Development Policy tal-Gvern

Question

F'Jannar tas-sena l-oħra inti kont ħabbart li d-development policy tal-Gvern Malti kellha tiġi mħabbra sa tmiem is-sena li għaddiet. Għalkemm kien hemm riferenza għal dan fl-istrategic objectives tal-ministeru, huwa minnu li beħsiebek tippubblika white paper dwar dan? Jekk iva, meta se tinħareġ il-white paper kif indikajt aktar kmieni? X'fondi hemm biex din il-policy tiġi implimentata kif suppost? Xi pjani għandu l-gvern biex jinvolvi s-settur privat u l-NGOs f'dan il-qasam? Malta kemm attendiet laqgħat dwar l-iżvilupp u l-assistenza umanitarja mill-bidu tas-sena sal-lum? X'kienu dawn il-laqgħat? Min qed jattendi dawn il-laqgħat? Huwa minnu li l-gvern flok bagħat uffiċjal fi Brussels bi brief speċifiku dwar dan is-suġġett qed jibgħat żewġ uffiċjali regolarment Brussels għall-istess għan kważi kull ġimgħa?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Politika dwar assistenza umanitarja u ta' żvilupp qed tiġi formulata għall-pubblikazzjoni. Sa issa ma ġie assenjat ħadd fi Brussel dwar din il-materja li hija ttrattata direttament mill-Ministeru.

Swatar — Triq B. Guttenberg

Question

Billi r-residenti ta' l-appartamenti f'B. Guttenberg Street, Swatar għandhom it-triq fl-istess kundizzjoni ħażina li ilha fiha mindu ġew allokati dawn l-appartamenti, b'mod partikolari fejn hemm il-garages, jista' il-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata b'urġenza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saru spezzjonijiet fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant u rriżultaw li Triq B.Guttenberg hija asfaltata. It-trejqa li tagħti għal ġo Triq B.Guttenberg fejn jinstabu dawn l-appartamenti għadha m'hiex żviluppata skond l-iskema tal-MEPA. Din it-triq hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program ta' bini ta' toroq ġodda u dawn ser jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.