Jista' il-Ministru jagħti tagħrif aġġornat dwar kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern? Kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 18314.
Jista' il-Viċi Prim Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-ispiża totali fuq mobile phones fis-sena 2005 tilħaq Lm 63,614.86, liema spiża tinkludi l-Ambaxxati kollha ta' Malta, phone cards użati waqt iċ-CHOGM u mill-MIC, id-Diretturi kollha tal-Ministeru, linja partikulari li ntużat waqt il-ħidma konsulari rigward it-Tsunami, linja li tintuża waqt żjarat minn dinjitarji barranin u mid-Duty Officer, is-Segretarjat tiegħi u s-Segretarju Permanenti.
Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-infiq tal-Ministeru u tad-Diviżjonijiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu fuq mobile phones fis-sena 2005, kien Lm 30,715.27.
L-ispiża totali li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għamlet fuq mobile phones matul is-sena 2005 tammonta għal Lm 13,470.
L-ispiża totali li għamlet il-kumpanija Wasteserv Malta Co Ltd fuq mobile phones matul is-sena 2005 kienet ta' Lm 5,771.30.
Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18174 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16921, jista' il-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti konċernati u xi ħlas rispettiv ħadu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17870 u 18175 u cioe': Fid-dawl tar-rapport dettaljat li kien hemm f'"The Times Business Suppliment" tal-Ħamis 9 ta' Marzu 2006 dwar il-kumpanniji involuti fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom, filwaqt li wieħed jilqa' b'mod pożittiv l-interess ta' investituri prospettivi mill-Golf Għarbi - li hi xi ħaġa li l-Malta Labour Party jaqbel magħha fil-prinċipju - u filwaqt li ma rrid nuri ebda dubju fil-mezzi finanzjarji ta' dawn l-interessi privati, jista' il-Ministru fl-interess nazzjonali u fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet ta' l-istess Ministru, li naqbel magħhom, li trid issib strategic partners għax-xiri tal-Maltacom kif ukol li trid iżżid il-value added ta' l-intrapriża jgħid:
L-investituri minn Dubai u mis-Saudi Għarabja, kemm għandhom esperjenza fit-telefonija mobile u fixed?
X'inhu l-billing turnover tagħhom fit-telefonija kemm fixed u mobile?
F'liema pajjiżi oħrajn joperaw f'dawn l-oqsma?
Kemm ilhom joperaw f'dawn l-oqsma f'pajjiżhom u lil hinn minnu?
Kemm għandhom subscriber base u klijenti tagħhom?
Jekk hux minnu li wieħed mill-investituri prospettivi għadu qed jibni l-ewwel network tiegħu tal-mobile f'pajjiżu stess u sal-lum m'għandux networks f'pajjiżi oħrajn?
Jekk it-Telecom Italia qattx uriet interess hi li tinvesti direttament fil-Maltacom flok tidħol f'sempliċi management agreement li seta faċilment intlaħaq ma' investituri oħrajn, inklużi investituri Maltin?
Kemm kien hemm kumpanniji oħrajn li għamlu binding bids għal Maltaocom sakemm skadiet id-data għall-binding bids
Response (GATT, AUSTIN)
Kif kelli l-okkażjoni nispjega diġa' f'dan il-Parlament f'għeluq in-negozjati dwar il-privatiżżazzjoni tal-Maltacom inkun f'pożizzjoni li nippublika l-"audit" tekniku li sar fuq it-Tecom.
Jien infurmat li t-Telecom Italia qatt ma wriet interess li tinvesti direttament fil-Maltacom u ma kienx hemm "binding bids" oħra.
Jikkonferma l-Prim Ministru li l-kumpannija IPSL, apparti milli tikkonsisti f'ex-impjegati tat-tarzna għandha bħalissa fuq il-kotba tagħha ex-impjegati ta' l-MDC, il-Medigrain, il-Limsuk u s-Sea Malta?
Jista' jagħti breakdown dettaljat ta' l-għadd ta' ħaddiema skond il-kumpanniji li kienu jaħdmu magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li l-kumpanija IPSL hi magħmula minn ħaddiema ġejjin minn diversi kumpaniji.
Il-ħaddiema huma maqsumin hekk :
Ex-Malta Drydocks workers 206
Ex-Malta Shipbuilding workers 251
Ex-Limsuk 2
Ex-Medigrain 1
Ex-Malta Win 6
Ex-Malta Tourism Authority 1
Ex-MDC 30
Ex-METCO 3
Ex-IPSE 2
Ex-Seamalta 4
Total 506
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-area msemmija saru spezzjoniijet mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex jiġi stabbilit l-kundizzjoni li jinsabu fiha dawn it-toroq. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta' toroq ġodda u t-toroq li jinħtiġielhom xogħol ser jiġu nklużi f'dan il-program skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17948 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jittieħdu passi dwar il-fatt li fil-garages il-ġodda li hemm fil-housing estate il-ġdid ta' l-Imsida - b'mod partikolari numru 70, Conception Street, Imsida - il-mod kif sar ix-xogħol fuq il-bankini l-ġodda qed iwassal biex l-ilma jaqleb għall-ġol garages infushom b'konsegwenza li fil-maltemp ir-residenti lanqas ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-garages?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17628 li saret f'seduta 365 u jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji sħaħ dwar it-taħditiet li saru s'issa dwar id-double taxation agreement ma' l-Istati Uniti miż-żjara tal-Prim Ministru f'Washington sal-lum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-materja bejn Malta u l-Istati Uniti tad-Double Taxation Agreement ħadet spinta 'l quddiem waqt iż-żjara tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi f'Washington. F'dik l-okkażżjoni l-President Bush ta sinjal ċar tax-xewqa tiegħu li jara l-bidu tat-taħdidiet. Immedjatament wara din il-laqgħa tal-Prim Ministru mal-President Bush, jiena kelli, kif ippjanat, laqgħa fid-dipartiment tat-Teżor mad-Deputy Secretary Robert Kimmit, fejn saru diskussjonijiet fl-istess spirtu pożittiv. Sussegwentement il-kuntatti komplew għaddejin bejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta' Malta u l-US Department of Treasury.
L-Ambaxxatur Malti f'Washington kellu wkoll laqgħat ma' diversi membri tas-Senat Amerikan, Malta ġiet ukoll mwegħda appoġġ għall-ħidma tagħha sabiex jintlaħaq ftehim fuq dan it-Trattat, speċjalment meta dan jiġi quddiem il-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin tas-Senat għall-konferma. Din il-materja tqajmet ukoll minni f'laqgħa mas-Senatur Lugar.
Taħdidiet uffiċċjali mistennija li jsiru f'Washington bejn il-25 u s-26 ta' April 2006.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jintroduċi Whistleblowing Act? Jekk iva, meta?
Response (BORG, TONIO)
Hemm diversi liġijiet li jipprovdu għall-għoti ta' l-immunita' għal min jikxef korruzzjoni jew reati oħra u għalhekk l-introduzzjoni ta' Whistleblowing Act m'hijiex indispensabbli biex tkun tista' tingħata tali immunita' jew protezzjoni oħra. L-abbozzar ta' Whistleblowing Act m'huwiex fil-programm leġislattiv immedjat tal-Gvern pero' l-Gvern huwa dejjem dispost li jsaħħaħ dan l-aspett fil-liġi u jekk l-Onorevoli Membru għandu xi proposti speċifiċi l-Gvern huwa ċertament dispost illi jikkunsidrahom.
F'press release bid-data 8 ta' Marzu 2006 wara ż-żjara tiegħek fil-Libja, intqal li hu maħsub li jkun hemm għadd ta' żjarat ministerjali u mawriet ta' timijiet tekniċi li kienu mistennija jwasslu għal ftehim u inizjattivi bejn Malta u l-Libja f'setturi varji, fosthom ix-xiri taż-żejt u prodotti relatati, kif ukoll il-mawra tal-Kurunell Qaddafi f'Malta xi progress kien hemm f'dan ir-rigward s'issa? X'passi ttieħdu dwar dak li inti aċċennajt għalih bħala review tal-ftehim ta' koperazzjoni mal-Libja ta' l-1984? Ġew issuġġeriti xi dati għall-mawra ta' Qaddafi f'Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li d-dettalji taż-żjara uffiċċjali tiegħi fil-Libja mid-19 sal-21 ta' Jannar 2006 ġew ippubblikati fl-istqarrija tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ta' nhar is-Sibt 21 ta' Jannar 2006 [Riferenza DOI 73].
L-Onorevoli Tonio Borg, Viċi-Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, żar il-Libja u ltaqa ma' l-E.T. M Naser Al-Mabrouk Abdulla, Segretarju Libjan għas-Sigurta' Pubblika, nhar l-14 sas-16 ta' Frar 2006. Matul din iż-żjara, huma ddiskutew l-aħjar mod kif iż-żewġ pajjiżi ħbieb u ġirien jistgħu jsaħħu l-koperazzjoni ta' bejniethom fil-kuntest tal-fenomenu ta' l-immigrazzjoni llegali u kif iż-żewġ naħat jistgħu jikkoperaw aktar mill-qrib fi ġlied kontra l-kriminalita' organiżżata u t-terroriżmu.
Huwa ppjanat li, fil-ġimgħat li ġejjin, ikun hemm żjarat mill-Ministru George Pullicino u mill Ministru Ċensu Galea. Dan qed isir fl-isfond ta' tisħiħ tad-djalogu politiku f'diversi oqsma inkluż l-edukazzjoni u l-agrikoltura u s-sajd.
F'Lulju ta' l-2005, il-Mexxej Libjan aċċetta formalment bil-ferħ l-istedina tal-Gvern ta' Malta sabiex jagħmel żjara statali f'Malta.
Nixtieq ukoll intenni l-ftehim politiku li jeżisti bejn il-Gvern ta' Malta u dak tal-Libja sabiex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jkomplu dejjem jissaħħu għal ġid u benefiċċju tal-poplu Malti u dak Libjan.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-leaflets li ntbagħtu mill-Ministeru tiegħu lir-residenti ta' Tas-Sliema ftit jiem biss qabel l-elezzjonijiet lokali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 17955.
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16376 u 16677 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16677.