Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sawn Ġwann — Triq Stefanotis

Question

Jista' il-Ministru jara jistgħux isiru sleeping policemen f'partijiet varji ta' Stefanotis Street, San Ġwann minħabba l-periklu li qed ikun hemm għar-residenti mill-karozzi li jkunu għaddejjin peress li hemm parti partikolari li hi "a blind spot", għax dawn ir-residenti spiss ikunu jridu jaqsmu minħabba l-iskips?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li m'hemm ebda talba mill-Kunsill Lokali għal road humps fi Triq Stefanotis. Minn spezzjoni li saret fil-post minn uffiċjali tal-Unit irriżulta li l-black spot hija kkawżata minn siġra li hemm f’għalqa ħdejn l-iskips. It-Traffic Management Unit ser jinforma lill-Kunsill sabiex jieħu l-passi neċessarji f’dan ir-rigward.

San Ġwann — Villa Acushla

Question

B'riferenza għal Villa Acushla, Myrtle Avenue, San Ġwann, li kienet tal-familja Gatt (HAP640/96) Plot 74 No. 1, tista' il-Ministru tgħid għaliex meta oriġinarjament uriet ix-xewqa li tbigħ id-dar l-Awtorita' tad-Djar, permezz taċ-chairperson tagħha ma qaltilhiex bl-ammont li kellha tħallas jekk tbigħ id-dar biex tiġi konvertita f'appartamenti? X'inhi r-raġuni li l-ittra ta' l-avukat tal-Housing Authority bil-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-bejgħ kienet intbagħtet unsigned? X'inhi r-raġuni li l-avukat tal-Housing Authority kien qalilhom li ma kellux ikun hemm diffikulta' biex din id-dar tiġi konvertita f'appartamenti? Intalab il-parir ta' l-avukat ġenerali dwar dan il-każ? Id-dar ta' ħdejn il-villa li kienet iġġib l-isem ta' Charlorden u li se tiġi konvertita f'appartamenti, kellha l-istess kondizzjonijiet imposti fuq it-transazzjoni ma' l-awtorita' tad-djar, fosthom li m'hemm l-ebda pendenza u li l-partijiet kienu qed jirrinunzjaw għal kull azzjoni spettanti li ilhom kontra xulxin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skond il-policy stabbilita ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, meta sidien ta’ plots mogħtija mill-Gvern jitolbu li jwaqqgħu l-post biex jibnu aktar minn residenza waħda, dawn jintalbu jħallsu 25% tal-valur ta’ l-art kif stmat mill-periti ta’ l-Awtorita’. Ninsab infurmata li fiż-żewġ każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jaqgħu taħt din il-policy u l-Awtorita’ talbet is-somma ekwivalenti għal 25% tal-valur ta’ l-art. Ninsab infurmata wkoll li jekk l-ittra li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija ma kienetx iffirmata dan ġara bi żvista.

San Ġwann

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'użu se jsir mill-ex-uffiċini tal-Water Services Corporation li kien hemm fuq il-ġibjun ta' San Ġwann, angolu ma' Myrtle Avenue?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta' in kwistjoni fil-fatt hija tal-Water Services Corporation. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.

Pembroke — Parkeġġ

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jagħti konsiderazzjoni lill-petizzjoni miġbura mill-kunsill lokali ta' Pembroke kontra l-bini ta' substation fil-car park użat minn Pembroke Athleta Sports club u dan minħabba l-fatt li minbarra li se jkerrah l-ambjent ta' l-akwati se jelimina wkoll il-postijiet ta' parkeġġ li jintużaw mill-membri ta' dan il-klabb u b'hekk se tinħoloq problema ta' parkeġġ u traffiku f'dawn l-akkwati?

Response (BORG, TONIO)

Il-kunsiderazzjonijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jikkonċernaw l-ippjanar tal-iżvilupp u għalhekk jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-MEPA u għalhekk nitolbu biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

ADT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ta' l-ADT li huma eliġibbli għal karozza waqt il-qadi ta' xogħolhom? Kemm minnhom jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-karozzi wara l-ħin tax-xogħol ukoll?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi ħamsa u tletin (35) impjegat mill-ADT huma eliġibbli għal karozza waqt il-qadi ta’ xogħlhom. Minn dawn 20 impjegat jagħmlu użu tal-karozza wara l-ħin tax-xogħol. Għandu jiġi nnotat li n-natura tax-xogħol ta’ wħud minn dawn l-impjegati huwa tali li jirrikjedi lil dawn l-uffiċjali joħorġu fuq il-qadi ta’ dmirijietom barra mill-ħin normali ta’ l-uffiċju.

Imsida — Karozzi bla number plates

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga ilmenti tal-ġirien li spiss qed ikun hemm karozzi bla number plates ipparkjati quddiem St Mary Flats, Triq l-Irmiġġ, Imsida?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li għamlet il-Pulizija ma rriżultax li kien hemm xi karozzi mingħajr numri tar-reġistrazzjoni ipparkajti fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Pero' kien osservat li fl-istess triq hemm biċċa art privata li fuqha kien hemm erba' vetturi li kienu mingħajr numru ta' reġistrazzjoni. Dawn ġew imneħħija mis-sid.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispejjeż fuq mobile phones għas-sena 2005 jammontaw għal :- L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm12,588 Ministeru/Dipartiment Lm 6,948.53
Leg 10 PQ #18368 Sitting 380 2006-05-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq mobile phones mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu fis-sena 2005 kienet kif ġej: Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali 241.97 Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti 619.86 Teatru Manoel 275.41 Dar il-Meditteran għall-Konferenzi 1,979.21 Fondazzjoni Patrimonju Malti 892.00 Ċentru għall-Kreattivita ta' San Ġakbu 1,303.41 Orkestra Nazzjonali 1,785.08 Awtorita' Maltija tat-Turiżmu 7,144.21 Ministeru u Dipartiment 9,463.00 Heritage Malta 3,199.00 Total 26,903.15

Karozzi tal-Linja

Question

Huwa minnu li għadd ta' buses li kienu waslu biex jinbidlu flok ġew mibdula ma' super low floor buses konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea ġew mibdula ma' buses second hand? Dawn il-vehicles kollha għandhom aċċess għal persuni b'diżabilita'? Dawn il-vehicles huma konformi ma' l-emission standards skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea 70/22/EEC u 72/306/EEC? Dawn il-vehicles huma konformi mar-regolament 2001/85 dwar safety of passengers and pedestrians? Jista' il-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex ikun konformi ma' pajjiżi oħra Ewropej sabiex jiżgura li jiġu imposti kondizzjonijiet stretti dwar emissions li jippermettu lill-buses li jkunu tajbin għall-ibliet Maltin u Għawdxin? Huwa minnu li filwaqt li ċerti pajjiżi qegħdin jinsistu li jistgħu jirreġistraw biss buses b'Euro 4 engines fil-każ ta' Malta qed jiġu ċertifikati anke buses b'Euro 0 emission engines? Huwa minnu li hemm xi għaxar buses oħra li qegħdin jistennew il-permessi meħtieġa biex jiġu mibdula ma' buses second hand mir-Renju Unit? Huwa minnu li hemm sidien tal-karozzi tal-linja li għandhom registration plates f'idejhom mingħajr ma għad għandhom vehicles fil-pussess tagħhom? Huwa minnu li ċerti sidien ingħataw permess li jibdlu l-buses tagħhom meta fil-verita' m'għandhomx bus x'tiġi mibdula?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Mhux minnu li xarabanks li kien hemm commitment fuqhom li jinbidlu ma' super low floor buses ġodda inbidllu ma xarabanks second hand. Ħlief għal numru żgħir ħafna, dawk kollha li kellhom commitment permezz ta' depożitu mħallas sabiex ibiddlu xarabank antika ma' waħda ġdida għamlu dan. Rigward l-emissions mill-buses, dawn iridu jkunu konformi ma’ l-istess regolamenti applikabbli għall-vetturi li jaħdmu bid-diesel, liema standards jiddependu fuq il-year of make tal-vettura. F’dan ir-rigward, il-buses bħall-vetturi l-oħra jiġu ċċekjati skond l-Emissions Alert Programme. Id-direttivi huma li l-vetturi l-ġodda li jidħlu fis-servizz irid ikollhom Euro 3 engine. Jien infurmat ukoll li l-Awtorità dwar it-Trasport m’għandha l-ebda talba sabiex jiġu impurtati għaxar buses użati mir-Renju Unit. Huwa fatt li mhux il-508 xarabanks kollha qed jaħdmu bħalissa fuq ix-xogħol tar-rotta iżda dan minħabba l-fatt li hemm xarabanks li huma fi stat ħażin u ma jistgħux jintużaw fit-triq. In-numru tat-tali vetturi hu wieħed baxx ħafna u x-xogħol li suppost jagħmlu huma jsir minn xarabanks oħra. Jien infurmat ukoll li hemm żewġ xarabanks li huma dikjarati skrapjpati u żewġ xarabanks oħra li huma ggaraxjati.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema bordijiet, korporazzjonijiet, aġenziji tal-gvern, kumitati u dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu qed iservi bħalissa l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? X'inhi l-kariga u r-remunerazzjoni flimkien ma' perks oħra li għandu f'kull każ? Huwa minnu li qed jiġi ikkonsidrat għal CEO tal-Malta Enterprise?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingaħata f 'xi seduta oħra.

MITI — Marketing budget

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-marketing budget tal-MITI għall-promozzjoni ta' l-IT fost is-soċjeta' Maltija? Liema media qed jintużaw għal dan il-għan? Liema programmi televiżivi qed jiġu sponsorjati għal dan il-għan u għaliex l-allokazzjoni mhijiex tkun aktar mifruxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Double Taxation Agreement

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ġie, jew mistenni jiġi, irratifikat id-double taxation agreement ma' Spanja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ‘d-double taxation agreement’ ma’ Spanja jiġi rratifikat malli jitlestew il-proċeduri interni ġewwa dak il-pajjiż.
Leg 10 PQ #18361 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile Phones

Question

Tista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - tagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtha, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa tal-Ministeru għal Għawdex fuq mobile phones fis-sena 2005, hija kif murija fit-tabella. SPIŻA FUQ MOBILE PHONES MATUL L-2005 Lm Segretarjat Privat 2988.46 Segretarjat Permanenti 270.21 Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi 91.64 Direttorat EU Affairs 42.45 Dipartiment tal-Customer Services 530.72 Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp 116.05 Somma globali 4039.53

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rIgward in-nefqa fuq mobile phones matul is-sena 2005 hi kif tidher hawn taħt:- Dipartiment Ammont (Lm) Ministeru 3,853.21 Direttur Ġenerali/Finance & Administration 990.62 EU Affairs 5.79 Building Construction Industry Department 179.99 Construction & Maintenance Department 390.80 Oil Exploration Department 634.39 Cleansing Services Department 604.00 Building & Engineering Department 219.42 Manufacturing & Services Department 130.00 Proġetti għar-Rijabilitazzjoni 340.00 Building & Industry Consultancy Council 380.00 Malta Resources Authority 1,147.10 TOTAL 8,875.32

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-infiq totali mobile phones fil-Ministeru tiegħi u fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul is-sena 2005 kien ta' Lm10,398.03.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile Phones

Question

Tista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - tagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtha, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428, 17109 u 17529 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja hawn taħt: Dipartiment Numru ta' Pazjenti L-iktar Stennija Kirurġija Ġenerali 1595 Sentejn u nofs Uroloġija 420 Ħdax-il xahar Newrokirurġija 19 Xahrejn Kirurġija Plastika 136 Sena u nofs Kirurġija tat-tfal 246 Tmien xhur ENT 296 Ħames xhur Ġinekoloġija 369 Tliet xhur Oftalmoloġija 3570 Sentejn u nofs Ortopedija 6650 Erba' snin Kirurġija tal-Qalb 25 Sitt ġimgħat Dentistrija 52 Tliet xhur Nixtieq inżid li l-emerġenzi jsiru minnufih u l-urġenti f'qasir żmien. L-operazzjonijiet iż-żgħar u mhux urġenti jsiru meta jkun hemm ħin għalihom. Għalkemm l-iktar żmien ta' stennija huwa ndikat, dan jiddependi skond id-domanda għall-Konsulenti partikolari. Nixtieq ngħid ukoll li fix-xhur tax-xitwa l-operazzjonijiet mhux urġenti jitnaqsu minħabba s-sitwazzjoni tas-sodod fl-Isptar San Luqa.