Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #19329 Sitting 390 2006-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bejjiegħa tat-time share — Buġibba u l-Qawra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti qed jieħu l-ministeru tiegħu dwar bejjiegħa tat-time share li qegħdin ikunu ta’ harassment għal diversi turisti fl-inħawi ta’ Buġibba u l-Qawra tant li meta dawn iweġbuhom fin-negattiv jispiċċaw jinsulentawhom u anke jkellmuhom ħażin? Jistgħu dawn l-abbużi jiġu rregolati f’mod effettiv għaliex qed itellfulna ħafna repeat visitors?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 19112.

Żoni ta' Żvilupp

Question

Bħala turija ta’ trasparenza jista’ l-gvern jippubblika lista sħiħa u komprensiva tal-benefiċjarji kollha tal-lokalitajiet konċernati li sejrin jibbenefikaw mit-tibdiliet proposti għaż-żoni ta’ żvilupp?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma għandhiex lista ta' l-individwi kollha interessati li ġew magħduda bħala li kkwalifikaw fl-imsemmi eżercizzju li jinsab għall-konsultazzjoni pubblika. Dan minħabba dawn ir-raġunijiet: a) min kiteb mhux dejjem identifika ruħu jew anki mhux b’mod komplet jew formali; b) f'numru konsiderevoli ta' każi, kiteb il-perit mingħajr ma identifika għan-nom ta' min kien qed jikteb; ċ) f'każi fejn l-individwu identifika ruħu, mhux bilfors li llum il-ġurnata għadu s-sid jew il-benefiċjarju tal-propjetà konċernata; d) kien hemm diversi każi fejn għalkemm it-talba saret minn persuna waħda, wara rriżulta li din tolqot diversi persuni; e) m'huwiex komuni li l- Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tagħmel riċerki fuq benefiċjari ta' xi biċċa propjetà, u ma għandha l-ebda database maħsuba għal dan il-għan.

Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19175 u jgħid jekk kienx hemm persuni oħra, apparti il-privatisation unit li kienu involuti fit-taħditiet ma' l-Emirates International Telecommunications (M) Ltd. dwar il-privatizzazzjoni tal-Maltacom? Jekk iva, min kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Apparti mill-Privatisation Unit il-persuni l-oħra li kienu involuti fil-privatiżżazzjoni tal-Maltacom kienu dawn: Camilleri Preziosi: Dr. Louis de Gabriele Dr. Laragh Cassar Lehman Bros. Europe: Mr. Todd Berman Ms. Tonia Albano Mr. Dmitri Sedov Gvern ta’ Malta: Mr. Claudio Grech Evaluation & Adjudicating Committee: Mr. Emanuel Ellul – Chairman Mr. Lawrence Zammit Mr. Chris Grech Mr. George Sammut Gartner UK Ltd.: mgħejuna minn Mr. Juan Borg Manduca Analysys Mason Group: mgħejuna minn Mr. Philip Micallef

TECOM

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta tat-TECOM qalu li daħlu għal Smart City għax ħadu l-Maltacom ukoll, il-Ministru qal li f'moħħhom seta' kien hekk iżda f'moħħ il-gvern il-ħsieb kien differenti. Jista' il-Ministru jgħid fir-realta' u f'moħħ il-poplu x'inhi l-fehma ġenerali mill-feedback li huwa kellu bħala gvern dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Kuntrarju għall-Onorevoli Interpellant ma nippretendix li nkun naf x'hemm "f'moħħ il-poplu" u lanqas ma nippretendi li l-poplu lkollu idea waħdanija fuq xi ħaġa bħal din. Jgħoddu biss il-fatti. Il-fatti huma: Il-prezz li bih inbiegħet il-Maltacom ma kienx negozjat fuq ebda bażi ħlief il-valur tal-kumpanija. Dawn in-negozjati tmexxew mill-Privitisation Unit li ta lill-Gvern il-parir li l-ishma jinbiegħu. Il-parir kien ibbażat fuq parir minn tlett ażjendi internazzjonali - Lehman Brothers Europe, Analysys u Gartner - dwar x'kellhom ikun l-aspettattivi ta' prezz. L-offerta finanzjarja ta' Tecom Investments kienet l-ogħla waħda wara sejħa dinjija għall-offerti. Jiġifieri kieku l-offerta ta' Tecom ma kenitx l-għola, ma kenitx se tingħażel hi minħabba li kienu qed joffru li jinvestu fi SmartCity@Malta. Il-ftehim preliminari dwar SmartCity@Malta kien iffirmat seba' ġimgħat qabel ma' ntlaħaq il-ftehim dwar il-Maltacom. Dawn huma l-fatti. Hu preżumibilment fatt li Tecom Investments daħlu kemm għal SmartCity u kemm għal Maltacom għax għalihom iż-żewġ proġetti jagħmlu sens u għaliex jemmnu fil-potenzjal tal-pajjiż. Iżda dan il-fatt la kellu għalfejn jinfluwenza l-pożizzjoni tal-Gvern u lanqas fil-fatt influwenzha.

TECOM

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'termini speċifiċi x'inhuma l-benefiċċji u value added li se jikkontribwixxu TECOM jekk verament jikkwalifikaw bħala sieħba strateġiċi fil-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Tecom Investments intrabtet li tassigura li taħdem ma’ l-istrateġija tal-Gvern fil-politika ta’ żvilupp tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni. F’dan il-kuntest Tecom Investments intrabtet kif ġej: 1. Li tagħmel investiment kapitali ta’ €68 miljun fin-netwerks fissi u tal-mobalj sa l-2009; 2. Li tibdel lill-Maltacom f’waħda mill-fornituri ewlenin tal-quadruple play fil-Mediterran; 3. Li tagħmel lill-Malta bħala l-fus ta’ l-espansjoni tagħha fl-Ewropa u fl-Afrika ta’ Fuq; 4. Li tesporta l-mudell ta’ Dubai li toħloq clusters teknoloġiċi mibnija madwar infrastruttura aġġornata f’Malta; 5. Li tappoġġa l-isforz biex Malta ssir fost l-iprem ekonomiji fir-reġjun mibnija fuq it-teknoloġiji; 6. li sa tmiem is-sena d-dieħla: a. ittejjeb is-servizzi u l-pakketti li toffri lill-klienti tagħha; b. tiżviluppa prodotti ta’ Voice over Broadband u Voice over IP; c. tisfrutta l-prodotti ta’ l-Interoute biex toffri prodotti aħjar ta’ data lill-ażjendi f’Malta; d. tinvesti f’infrastruttura avvanzata t’IP; e. tinvesti fit-titjib tal-bandwidth internazzjonali; f. tipprovdi kontenut diffirenzjat; g. tipprovdi n-netwerk DTTV; h. tipprovdi n-netwerk 3G; i. toffri servizzi f’daqqa ta’ voice, data u video; j. ttejjeb il-konverġenza bejn servizzi fissi u mobajl; 7. li sa tmiem l-2010: a. tintroduċi settijiet IP u apparat ieħor b’valur miżjud; b. tiżviluppa prodott li jikkombina l-ADCL u l-BWA; c. iżżid il-kapaċità tat-trażmissjoni; d. tiżviluppa l-IPTV biex jikkumplimenta d-DTTV; e. tintroduċi servizzi ta’ video-on-demand; f. tintroduċi l-WiMax; g. tikkombina n-netwerks tat-3G u l-WiMax; h. tintegra l-operat tal-linji fissi u tal-mobajl; i. toffri prodotti ta’ quadruple plau; j. tiżviluppa Next Generation Network; 8. li sa tmiem l-2010 wkoll tipprovdi lill-klienti: a. numru tat-telefon wieħed għal servizzi fissi u bil-mobajl; b. punt wieħed ta’ kuntatt għax-xiri, ħarsien tal-konsumaturi u għajnuna; c. aċċess għal applikazzjonijiet differenti minn ambjenti differenti; d. kaxxa postali elettronika waħda għas-servizzi kollha; e. kont wieħed għas-servizzi kollha; 9. li ta’ l-anqas għat-tliet snin li ġejjin iżżomm l-impjegati kollha bil-kundizzjonijiet tax-xogħol eżistenti; 10. li mill-anqas sa l-2010: a. tibqa’ tħallas għas-sussidji lil min għandu l-karta r-roża; b. tibqa’ tipprovdi s-servizz tat-Telecare; c. tibqa’ tipprovdi s-servizz TAFDA; d. tibqa’ tiffinanzja l-programm edukattiv li jippromwovi s-soċjetà ta’ l-informazzjoni; e. tibqa’ tipprovdi s-servizzi speċjali lill-impjegati irtirati tal-Maltacom; f. tibqa’ tipprovdi s-servizzi fiċ-Ċentri fil-Kommunità għat-Tagħlim dwar it-teknoloġija; 11. li matul is-sentejn li ġejjin iżżid is-servizzi tat-Telecare għal elf persuna oħra; 12. li tintroduċi pakkett ta’ Always On Broadband f’offerta ta’ darba lil erbat elef familja; 13. li tipprovdi pakkett ta’ Always On Broadband bi skont ta’ 40% għal 600 persuna b’diżabilità u 400 għaqda filantropika u m’hux governattiva; 14. li tidħol għal programm mal-Kordin Business Incubation Centre biex tħajjar imprendituri Maltin ikabbar l-kapaċità tagħhom u tħejjijhom għal attività ta' ekonomija internazzjonali; 15. li tipprovdi Lm200,000 bejn l-2007 u l-2009 għall-promozzjoni tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni; 16. li tgħin biex mill-2008 jkun hemm mitt student kull sena fl-MCAST jistudja l-imprenditorija fit-teknoloġija; 17. li tgħin biex mill-2008 jkun hemm ħamsin student kull sena fl-MCAST jistudja l-midja diġitali; 18. li tipprovdi ħamsin post tax-xogħol tas-sajf kull sena għall-istudenti fil-qasam tat-teknoloġija. Naturalment dan kollu hu b’żieda mal-prezz li għalih ġew trasferiti l-ishma.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fidi ta' Ċens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għall-fidi ta' ċnus skond File 847/68 Acknowledgement 2085/2006 tad-dipartiment ta' l-artijiet għall-ittra tagħha tat-18 ta' April 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-talba li qiegħed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Membru qiegħda tiġi proċessata.

Awtorita' tad-djar/dipartiment tad-djar

Question

Il-gvern għadu bil-ħsieb li jagħmel amalgamazzjoni bejn il-housing authority u l-housing department? Jekk fl-affermattiv, il-working hours - inkluż ir-reduced hours - se jiġu affettwati bħala kondizzjonijiet tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-Tweġiba għall-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv. Peress li l-istruttura l-ġdida li ser tieħu r-responsabbilta' tal-funzjonijiet preżenti ta' l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartimenti konċernati għad trid tiġi determinata, mhux il-waqt li nikkummenta dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija.
Leg 10 PQ #19174 Sitting 387 2006-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx verita' f'rapporti li ċertu xiri ta' prodotti u servizzi minn Heritage Malta qed isir mingħajr ma jinġiebu kwotazzjonijiet varji u/jew alternattivi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi Heritage Malta timxi skond il-Public Contracts Regulations kif ukoll skond il-Procurement Regulations tal-Gvern fejn dejjem ġew rispettati it-thresholds stabbiliti. Fejn inħass il-bżonn għal xi direct orders, Heritage Malta dejjem talbet il-permessi kollha meħtieġa mill-entitajiet konċernati biex tkun tista' tagħmel dan.

Maltacom

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk kienx hemm persuni oħra, apparti il-privatisation unit li kienu involuti fit-taħditiet ma' l-Emirates International Telecommunications (M) Ltd. dwar il-privatizzazzjoni tal-Maltacom? Jekk iva, min kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każ dwar Housing

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga każ ta' housing tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema fond fil-Gżira diġa' ġie spezzjonat mid-dipartiment tal-housing?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-familja ndikata mill-Onor. Interpellant reċentement ġiet mitluba mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali tikkonferma bil-miktub jekk għadiex interessata fl-applikazzjoni li kienet għamlet snin ilu għal akkomodazzjoni alternattiva. Ninsab infurmata wkoll li dan sar peress li din il-familja kienet naqset li tirrispondi għal komunikazzjoni li kienet saret mill-imsemmi Dipartiment żmien ilu.

Swieqi — Ġiżmini Street

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19073 u jgħid tistax titwessa' il-parti dejqa fit-tarf t'isfel ta' Ġiżmin Street, Swieqi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser isir survey minn naħa tal-Awtorita' dwar it-Trasport f’din il-parti ta’ Triq il-Ġiżimin fi Swieqi. Minn dan is-survey irid jiġi deċiż għandiex issir expropriation diretta jew f’isem terzi.

S&J Baldacchino Boatyards

Question

Jista' il-Ministru jindika d-data meta S&J Baldacchino Boatyards ikunu jistgħu jużaw il-fond ġdid allokat lilhom f'Benghajsa wara li ġew żgumbrati xi żmien ilu minn Manoel Island minħabba l-proġett tal-MIDI?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin negozjati dwar extra work mall-kuntrattur li kien ingħata t-tender għax-xogħlijiet meħtieġa f'Bengħajsa. Qiegħed isir kull sforz biex dawn jiġu konklużi u l-extra works jitlestew mill-aktar fis possibli biex S & J Baldacchino Boatyard ikunu jistgħu jużaw l-fond.

Pembroke — Parkeġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18522 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jagħti konsiderazzjoni lill-petizzjoni miġbura mill-kunsill lokali ta' Pembroke kontra l-bini ta' substation fil-car park użat minn Pembroke Athleta Sports club u dan minħabba l-fatt li minbarra li se jkerrah l-ambjent ta' l-akwati se jelimina wkoll il-postijiet ta' parkeġġ li jintużaw mill-membri ta' dan il-klabb u b'hekk se tinħoloq problema ta' parkeġġ u traffiku f'dawn l-akkwati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni msemmija għandha r-referenza PA 66/05 għall-construction of distribution centre in Pembroke. Il-permess ġie approvat fit-22 ta’ Novembru 2005, u ġie mpustat fis-7 ta’ Diċembru 2005. Għaldaqstant issa hija l-Korporazzjoni Enemalta lit rid tiddeċiedi tużax jew le dan il-permess.

San Ġwann

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18418 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'użu se jsir mill-ex-uffiċini tal-Water Services Corporation li kien hemm fuq il-ġibjun ta' San Ġwann, angolu ma' Myrtle Avenue?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn l-uffiċini ser jintużaw bħala Uffiċju Reġjonali mit-Taqsima tal-Wastewater Operationstal-Korporazzjoni.
Leg 10 PQ #19070 Sitting 386 2006-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Dwar ir-Report and Income and Expenditure Statement taċ-CHOGM, jista' il-Ministru jagħti dawn id-dettalji: X'wassal biex minn nefqa totali ta' Lm2.559m, 'il fuq minn Lm900,000 intnefqu fuq il-Media centre? Jista' jgħid jekk għandux breakdown dettaljat? Jista' jagħti breakdown ta' l-infiq ta' Lm0.25 miljun fuq security? Liema kienu dawk l-aġenziji tar-reklamar li fuqhom intnefaq Lm94,000 f'advertising? Kemm kien it-total ta' capital expenditure fuq security u kemm minn dawn l-items ġew retained for use by government departments? Dwar contingencies, x'kien l-ammont u min kienu s-suppliers li kellhom suppliers claims disputed by the CHOGM task force which have not been included in the income and expenditure statement?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern ħass li kellhom jiġu pprovduti faċilitajiet u teknoloġiji ta` l-ogħla livell possibbli biex il-mijiet ta` media personnel li ħadmu f`Malta waqt iċ-ĊHOGM setgħu tabilħaqq jiffunzjonaw tajjeb u allura, jwasslu isem Malta madwar id-dinja bl-aħjar mod possibbli. Ħafna mill-apparat meħtieġ għax-xandir internazzjonali kellu jinġieb minn barra peress li ma kienx disponibbli f`Malta. Il-figura ta` Lm709,000 tinkludi ukoll faċilitajiet li ntużaw f`CHOGM venues oħra u mhux biss xogħol li sar fil-Media Centre. Din il-figura tinkludi ukoll l-ispazju li kien meħtieġ biex jitwasslu filmati. Li jkollok Media Centre organiżżat kien neċessarju biex Malta tisfrutta l-okkażżjoni b`pubbliċita mad-dinja kollha live bis-satellita madwar id-dinja. Ta` min jgħid li s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth qiegħed on record jgħid li l-faċilitajiet tal-media f`Malta kienu l-aqwa kemm ilu jsir iċ-ĊHOGM. Il-breakdown ta’ ‘l fuq minn Lm 900,000 li ntefqu fuq il-Media Centre taċ-CHOGM huwa kif ġej: Xandir (apparat,spazju tas-satelliti, project management, konsulenzi) Lm 709,000 Turnkey tal-post sa` livelli ta` furnishings 136,000 Kiri tal-post minn Eden Entertainment 58,000 Ħlas ta’ kontijiet ta’ dawl u ilma etc lill Eden Leisure 7,000 Total Lm 910,000 Il-breakdown ta’ nfiq ta’ Lm0.25 miljun fuq security huwa kif ġej: Apparat għall-Pulizija, l-Armata u Protezzjoni Ċivili Lm 214,663 Refurbishment ta’ l-arrival lounge fl-Malta International Airport 7,500 Servizz ta’ Wardens 6,707 Installar ta’ rifletturi biex jinxtgħelu partijiet ta’sigurta` 4,039 Uniformijiet 811 Spejjeż oħra 576 Total Lm 250,554 Il-figura ta’ kważi Lm 94,000 fuq advertising hija maqsuma kif ġej: Air Malta Biljetti ta’ l-ajru mogħtija bħala sponsorship Lm 35,000 Allied Newspapers Ltd Avviżi fil-gazzetti 6,433 Box Design Disin ta’ banner u bus shelter 590 Casapinta Design Group Logo fuq id-dħul tal-Media Centre 1,180 DJ Burgess Ltd Kompetizzjoni tal-logo 2,000 Godwin Joseph Borg Artwork għal logo 18 Lombard Bank Sponsorship ta’ logos 1,000 Mark Scicluna Stationary, logo u disin ta’ avviżi 554 Media Link Communications Avviżi fil-gazetti 492 Public Broadcasting Services Ltd Faċilitajiet ta’ xandir,personnel u apparat 38,940 RGB TV Production Ltd Xogħol awdjoviżiv għax-xandir 5,339 Standard Publications Ltd Avviżi fil-gazzetti 1,720 Union Press Co Ltd Avviżi fil-gazzetti 409 Total Lm 93,675 Mill-ispiża totali fuq security, ‘l fuq minn Lm 214,000 kienu ħlasijiet għal apparat lill-Forzi Armati, Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn kollha ġew miżmuma mill-entijiet msemmija. Kien hemm żewġ disputed claims, waħda minn numru ta’ lukandi u l-oħra mill-Enemalta. Fil-każ tal-lukandi dawn għamlu talbiet ta’ ħlas ta’ kiri ta’ kmamar għal xi delegati li iżda ma ġewx użati. It-Task Force minn naħa tagħha żammet il-pożizzjoni li skond il-kuntratt iffirmat kollettivament ma` dawn il-lukandi, l-obbligazzjoni tagħha kienet li tiggarantixxi numru ta' room nights kolletivament u mhux ta’ kmamar individwalment għal kull lukanda. It-Task Force talbet lill-dawn il-lukandi sabiex jgħaddulha ir-rooming print outs ta’ Novembru 2005 biex ikun magħruf eżattament jekk it-target ta’ room nights intlaħaqx jew le. It-Task Force qiegħda f'korrispondenza ma' l-MHRA li tirripreżenta lil dawn il-lukandi iżda l-informazzjoni li talbet għadha ma waslitx. Il-figura eżatta, jekk ikun il-każ li se jsir ħlas, għad trid tkun determinata wara li jispiċċa dan l-eżerċizzju. Fil-każ ta' l-Enemalta dawn talbu ħlas mit-Task Force għal overtime fil-jiem taċ-CHOGM ta’ nies tagħha li għamlu stand by duties f’postijiet strateġiċi. It-Task Force hi tal-fehma li dan ix-xogħol kien dover ta' l-Enemalta li kien parti mir-responsabilitajiet tagħha f’okkażżjoni ta' mportanza nazzjonali. L-ammont hu ta’ Lm 7,965.

San Ġwann — Triq Mimosa - Drains Stoppage

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18969 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern mhuwiex lest li jsewwi l-istoppage fid-drains komuni li hemm fi Block 3B, Triq Mimosa, San Ġwann? Jaf li hemm min hu sid ta' l-appartament tiegħu li saħansitra lest jagħti l-kontribut tiegħu għal dan il-għan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma għamlet l-investigażżjonijiet neċessarji u sabet ili l-problema kienet fil-'house connection' privata tar-residenża msemmija. Din il-'connection' kienet imblukkata bir-ramel u għalekk id-drenaġġ beda jfur fix-xaft tal-blokk. Il-problema kienet f'katusa privata, u normalment is-sid iqabbad kuntrattur privat biex jagħmel x-xogħol neċessarju. Minkejja dan, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni ingħataw struzzjonijiet biex jiftħu dan il-'blockage', kif fil-fatt għamlu billi nadfu kemm il-'house connection' kif ukoll is-sufun ta' din ir-residenża. Għalekk is-sitwazzjoni issa ġiet lura għan-normal.
Leg 10 PQ #19007 Sitting 385 2006-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjara fiċ-Ċina

Question

Kif se tintgħażel id-delgazzjoni kummerċjali li se takkumpanja lill-Ministru fiċ-Ċina għal mixed commission meeting li jmiss?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Id-Delegazzjoni Kummerċjali ma "tintgħażilx"! L-Onorevoli Interpellant jaf li kull meta jiena mexxejt delegazzjonijiet kummerċjali barra minn Malta , saru talbiet permezz ta` riklami fil-gazzetti biex is-settur privat u enti tal-gvern jipparteċipaw f` dawn id-delegazzjonijiet. Dan qatt ma sar qabel. Kemm il-proċedura ta` l-għażla kif ukoll il-kunċett ta` delegazzjonijiet kummerċjali bħala parti minn żjajjar Ministerjali twaqqfu minni bħala Ministru ta` l-Affarijiet Barranin. Il-Kamra tal-Kummerċ diġa` tinsab infurmata bil-pjan tal-Ministeru għall-promozzjoni tal-kummerċ għat-tmintax - il xahar li jmiss. Dan sar f`laqgħa apposta li l-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin kellu mall-uffiċjali tal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ. Bi ħsiebni nuża l-istess proċedura għad-delegazzjoni Kummerċjali fiċ-Ċina.
Leg 10 PQ #19008 Sitting 385 2006-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

WTO

Question

Jista' il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar pożizzjoni tal-Gvern Malti fi ħdan l-Unjoni Ewropea dwar il-World Trade Organisation Doha Round of Trade Talks?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Naħseb li jkun f`postu li jsir aġġornament sħiħ fil-kumitat tal-Kamra dwar il-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin u Ewropej. Ser nagħmel talks mal-President tal-Kumitat biex dan isir. Sadanittant tajjeb li ngħid li Malta, flimkien mal-Membri l-oħra ta` l-Unjoni Ewropea, qed tkompli ssostni wkoll li dawn n-negozjati jintemmu din is-sena b`konklużżjonijiet bilanċjati. Wara l-iżviluppi ta` dawn l-aħħar xhur, u speċjalment wara l-aħħar ta` April 2006, dawn in-negozjati daħlu f`fażi ntensiva. Malta qed tkompli ssegwi mill-qrib id-diskussjonijiet u n-negozjati li qegħdin isiru kuljum kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ.
Leg 10 PQ #19009 Sitting 385 2006-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Iran — Kuntatti Diplomatiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kuntatti diplomatiċi kellha Malta ma' l-Iran f'dawn l-aħħar xhur? X'kienu s-suġġetti diskussi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'April li għadda diplomatiku mill-Ambaxxata ta' l-Iran f'Pariġi talab li jiltaqa' ma' l-Ambaxxatur Malti f'Pariġi biex jispjega l-pożizzjoni ta' l-Iran dwar il-programm nuklejari ta' dak il-pajjiż. Din il-laqgħa saret u d-diplomatiċi Maltin semgħu l-pożizzjoni ta' l-Iran dwar din il-materja.