Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta' reserved parking għal persuni b'diżabilita' matul is-sena l-oħra u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk teżistix xi policy dwar il-ħruġ ta' dawn il-permessi? Min jiddeċiedi jekk permessi jinħarġux jew le? Jekk f'dawn l-aħħar sena u erba' xhur dejjem kienet segwita l-proċedura normali fil-ħruġ ta' dawn il-permessi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li hemm li minn Jannar 2005 sal-lum inħarġu total ta' mitejn, tnejn u erbgħin approvazzjoni għal reserved parking għal persuni b'disabilita'.
Il-permessi għal reserved parking għal persuni b'disabilita' jiġu eżaminati minn Boardimwaqqaf fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta u l-kriterji għal eliġibilta' għal dan is-servizz huma dawn:-
Li l-persuna għandha problemi severi ta' mobilita' u li ssuq il-karozza tagħha
Li l-familjari tagħha (missier/omm/mart/żewġ/iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u li jkollhom karozza
Il-persuna b'disabilita' jkollha l-
Blue Sticker
maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita'.
Il-każijiet li ġew eżaminati u approvati mill-
Board
ta'
reserved parking
għal persuni b'disabilita' kolla kienu skond il-policy u l-kriterji ta' eliġibilta'.
Peress li ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport f'konferenza ta' l-aħbarijiet qal li nġabru Lm8 miljun fi 11-il xahar mill-ispeed cameras billi nħareġ medja ta' żewġ ċitazzjonijiet għal kull familja f'Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk minn Jannar ta' l-2005 sal-lum l-awtorita' dwar it-trasport ħallsitx ċitazzjonijiet li qalgħu uffiċjali jew impjegati ta' l-istess awtorita' għax inqabdu mill-ispeed cameras?
F'każ li tħallsu, jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali u impjegati li tħallsitilhom iċ-ċitazzjoni, kemm-il darba u kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata s'seduta oħra
Jista' il-Ministru jgħid jekk matul is-sena l-oħra u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, l-awtorita' dwar it-trasport ħallsitx kontravenzjonijiet tat-traffiku li qalgħu uffiċjali, inkluż membri tal-bord u impjegati? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali jew impjegati, xi ħlasijiet saru u x'kienu l-kontravenzjonijiet li l-awtorita' għamlet tajjeb għalihom minn flus il-poplu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport m’ghamlet tajjeb ghall-ebda citazzjoni matul il-perjodu msemmi f’din il – mistoqsija parlamentari. Madankollu, kien hemm kazi fejn l-Awtorita' kellha thallas xi citazzjonijiet, liema citazzjonijiet gew jew se jigu rifonduti mill-impjegati ikkoncernati.
Tista' l-ADT, flimkien mal-kunsill lokali ta' San Ġwan, tara tistax issir xi ħaġa dwar il-problema tal-parkeġġ għar-residenti ta' Triq Bella Vista, San Ġwann?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku baghtet rakkommandazzjonijiet lil-Kunisll Lokali ta' San Gwann rigward il-parkegg ta' Triq Bella Vista.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu li:-
Triq Bellavista mhux wiesgha bizzejjed sabiex isiru l-
parking bays
go fiha.
Il-wisgha tas-
Service Road
fi Triq Bellavista jithalla l-parkegg fuq zewg nahat izda tali
parking bays
ikollhom wisgha minima ta' 1.8m
Isiru parking Bays fi Triq ic-Cirasa fuq naha wahda tat-triq minhabba li l-wisgha tat-triq ma tippermettix parkegg fuq zewg nahat.
It-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku ser tiddiskuti dawn il-proposti mal-Kunsill Lokali ta' San Gwann biex il-parkegg f'din iz-zona jigi organizzat ahjar.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ffirmat il-ftehim dwar turiżmu ma' l-Ukrajna? Meta l-ewwel li beda jiġi nnegozjat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura rċieva l-ewwel abbozz ta' ftehim bilaterali dwar it-turiżmu ma' l-Ukrajna f'Mejju 1998. Il-Ministeru ta' l-Affarjiet Barranin qiegħed jikkonkludi ma' l-awtoritajiet Ukrajni sabiex il-ftehim jiġi ffirmat fl-iqsar żmien.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid fiex waslet it-talba li ilha pendenti snin sħaħ għall-kumpens għall-espropriazzjoni ta' parti minn Casal Gregorio, Triq Wieħed u Tletin ta' Marzu, Għargħur - Familja Vella - liema espropriazzjoni kienet saret biex tgħaddi triq prinċipali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art li ġiet esproprijata għal Triq il-Wieħed u Tletin ta' Marzu, Għargħur tikkonsisti f'ħafna plots. Għalhekk l-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħti aktar dettalji bħal per eżempju n-numru tal-plot jew inkella pjanta li tindika l-plot li saret referenza għaliha.
Tista' l-ADT tikkonsidra t-talba ta' familja mill-Għargħur li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal reserved parking fid-dawl tal-fatt li għandhom membru tal-familja bi bżonnijiet speċjali, kif jikkonferma l-card tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' bin-Numru 2210?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fid-database tat-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku rigward applikazzjonijiet ghas-servizz ta' reserved parking ghal persuni b'dizabilita', irrizulta li m'hemm l-ebda applikazzjoni mill-familja tal-Ghaghur li ghaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant fil-mistaqsija tieghu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19034 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li parti mir-risposta ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jagħti konsiderazzjoni lill-petizzjoni miġbura mill-kunsill lokali ta' Pembroke kontra l-bini ta' substation fil-car park użat minn Pembroke Athleta Sports club u dan minħabba l-fatt li minbarra li se jkerrah l-ambjent ta' l-akwati se jelimina wkoll il-postijiet ta' parkeġġ li jintużaw mill-membri ta' dan il-klabb u b'hekk se tinħoloq problema ta' parkeġġ u traffiku f'dawn l-akkwati?
Tista' tgħid ukoll x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux għaddej bit-taħriġ ta' l-ECDL fil-qasam ta' l-informatika fl-iskejjel tiegħu u jekk iva, il-finanzjament ta' dan il-proġett mill-Unjoni Ewropea għadu għaddej? Kemm ħarġu studenti mħarrġin mill-kulleġġi tal-Microsfort, Cisco u Oracle li twaqqfu f'Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern għadu għaddej bit-taħriġ ta' l-ECDL fl-iskejjel tiegħu u dan qatt ma ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Informat ukoll li fondi ta' l-Unjoni Ewropea intużaw biex iħarrġu 287 għalliem fl-ECDL. Għall-informazzjoni dwar kemm studenti ġew imħarrġin mill-kulleġġi tal-Microsoft, Cisco u Oracle li twaqqfu f'Malta, tingħata direttament mingħandhom.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fejn is-surcharge waħdu telgħa għall Lm226.84 u l-kont totali huwa ta' Lm622.55?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jikkonferma l-Prim Ministru rapporti li ġew ingaġġati managers mal-VAT department minn barra ċ-ċivil? Kemm hemm minn dawn il-persuni? Liema karigi qed jokkupaw? X'inhuma s-salary scales tagħhom? Dawn għandhom il-poter li jagħtu d-direttivi lill-ħaddiema taċ-ċivil li jaqgħu taħthom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Billi meta ftit ilu staqsejt lill-Ministru jekk hux minnu li fil-qasam tal-mobile telephony it-TECOM kienu għadhom fl-infanzja tagħhom, il-Ministru qal li jwieġeb meta jiġi ffirmat il-ftehim, issa li ġie ffirmat il-ftehim mal-Maltacom jista' iwieġeb kif wiegħed li se jagħmel dwar dan is-suġġett speċifiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni kollha dwar il-proċess tal-privatiżżazzjoni - inkluż il-ħiliet tekniċi tat-Tecom Investments - tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
M'għandix dubbju li l-Onor Interpellant, bħala kelliem ta' l-Oppożizzjoni dwar l-ICT, jifhem u japprezza kemm illum il-bidliet f'dan il-qasam huma riflessi mill-kapaċita' teknologika fl-oqsma ta' l-IP u l-konverġenza, bir-rilevanza tal-linji fissi u dawk mobile dejjem tonqos.
Aktar minn hekk, il-fatt li tkun emerging player m'huwiex argument ta' infanzja jew maturita'. F'dan il-qasam jgħoddu l-viżjoni, il-ħiliet tekniċi (li jinxtraw) u l-investiment. Pajjiżna kien xhud ewlieni ta' din ir-realta' meta Vodafone UK iddeċidew li jużaw lil Malta bħala l-ewwel pajjiż li fihom internazzjonalizzaw il-prodott tagħhom.
U meta l-Vodafone fl-"infanzja" tagħhom investew f'Malta, l-oppożizzjoni kienet kontra l-liberazizazzjoni tal-komunikazzjoni u kontra li l-Vodafone tingħata monopolju għal għaxar snin.
Iż-żmien ta parir min kellu raġun!
Il-gvern f'xi stadju jew ieħor ikkonsidra li flok jagħti l-ishma tal-Maltacom lill-barranin joffri l-ishma li ried jiddisponi minnhom lill-pubbliku Malti u jekk iva, x'wasslu biex ibiddel fehmtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għalkemm il-Gvern jemmen li l-MSE għandu rwol importanti fil-qasam Finanzjarju ta' pajjiżna, f'dan il-każ ħass li l-aħjar direzzjoni strateġika fil-Maltacom kienet dik li l-ishma jinbiegħu lil sieħeb strateġiku. Dan sar għal tlett raġunijiet prinċipali:
Id-Dħul tal-Maltacom min sorsi tradizzjonali kien qiegħed dejjem jonqos;
Il-Konverġenza bejn it-telecoms u l-IT kienet qed iseħħ b'pass mgħaġġel wisq biex il-Maltacom tlaħħaq magħha bil-ħiliet interni tagħha biss;
Id-dinja tat-telecoms kienet (u għadha) qiegħda tikkonsolida lilha nnifisha u l-Maltacom (f'suq liberalizzat) kienet ser issibha diffiċli ħafna biex iżomm il-profitabbilita' tagħha f'dan it-tip ta' ambjent.
Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant li l-kunsiderazzjonijiet kontra li l-Gvern ibiegħ l-ishma fuq l-"stock exchange" kienu wkoll:
ma hemm ebda garanzija li l-ishma kienu jinxtraw mill-Maltin u mhux mill-barranin anzi, in vista tal-ammont ta' ishma (fuq 60 miljun) kien probabilment li l-maġġoranza jittieħdu mill-barranin;
ma kien ikun hemm ebda kontroll fuq min jixtri l-ishma u konsegwentament fuq min se jkollu kontroll fuq il-Maltacom;
il-Gvern kien assolutament kontra l-politika tal-ex Gvern Laburista mmexxi min Dr.Sant li poġġa l-ishma tal-Maltacom fuq l-"stock exchange" ta Londra bħala "bearer shares".
Il-gvern ma kienx iħoss li kien ikun għaqli li kieku kkonsulta lill-Maltacom qabel ħa dan il-pass drastiku tal-privatizzazzjoni totali speċjalment fid-dawl ta' l-istrategic plans li kellha mħejjija l-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Business Plan li kienet għadha kemm lestiet il-kumpanija ntuża bħala punt importanti ta' riferenza fil-proċess ta' l-għażla.
Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant li l-Gvern, permezz tal-Privatisation Unit, ta' lill-Bord tal-Maltacom dik l-informazzjoni kollha li kien dovut itih fl-istadji kollha tal-proċess.
Il-gvern ma jaqbilx mal-fehma pubblika li biegħ il-Maltacom b'din l-għaġġla kollha minħabba konsiderazzjonijiet tad-dejn nazzjonali ħalli jiġi konformi ma' 'l hekk imsejħa Maastricht Criteria?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nqisx lill-Onor. Interpellant bħala rappreżentant ta’ l-opinjoni pubblika jekk mhux dik minoritarja. Lanqas ma’ nifhem x’irid ifisser l-Interpellant meta jgħid li l-bejgħ tal-Maltacom sar “b’għaġġla”.
Fuq fuq, il-proċess ta’ privatiżżazzjoni tal-Maltacom huwa kif ġej:
Marzu 2004: Il-Gvern iddeċieda li jipprivatiżża l-Maltacom
Lulju 2004: Il-Privatisation Unit ħatret lil Lehman Brothers Europe u lil Camilleri Preziosi Advocates biex jassistuha fil-proċess
Lulju 2005: Lehman Brothers Europe ħarġu f’isem il-Gvern sejħa internazzjonali għal Offerti non-binding għal Sieħeb Strateġiku biex jieħu f’idejh is-60% ta’ l-ishma tal-Maltacom plc li qegħdin għand il-Gvern
Ottubru 2005: Il-Privatisation Unit irċeviet ħames offerti non-binding
Jannar 2006: Il-Privatisation Unit irċeviet żewġ offerti finali
Jannar 2006: Il-Privatisation Unit ħatret lill-Analysys u lill-Garnter biex jassistuha fil-proċess b’konsulenza fl-oqsma strateġiku u tekniku
Marzu 2006: Il-Privatisation Unit tat parir lill-Gvern li jibdew negozjati fuq bażi esklussiva ma Tecom Investments
April 2006: Il-Kabinett approva l-parir tal-Privatisation Unit u awtoriżża l-bidu tan-negozjati fuq bażi esklussiva ma’ Tecom Investments
Minn dan jidher ċar li dan kien proċess li ħa ż-żmien tiegħu apparti ż-żmien qabel Marzu
2004 li fih kienu ikkunsidrati r-rotot differenti għal futur tal-Kumpanija. Iżda anki jekk
jitħalla barra dan iż-żmien ta’ tħejjija l-proċess kien twil 26 xahar u fil-fehma tiegħi
f’ebda stadju ma kien hemm ebda għaġġla partikulari għal konklużjoni tiegħu. Il-proċess
kollu bid-dokumenti kollha relevanti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Barra minn hekk l-Onor. Interpellant hu mistieden jirreferi għal dokumenti pubbliċi,
inklużi l-minuti tas-seduti tal-Kamra, fejn kemm il-darba ingħatat spjegazzjoni dwar ir-
raġunijiet għal Privatiżżazzjoni.
Ma jidhirlux il-gvern li bil-profitti li qed tagħmel il-Maltacom bħalissa, TECOM se jkunu f'pożizzjoni li jiffinanzjaw minn fuq dahar il-Maltacom in-nefqa kapitali u l-investiment tagħhom fi Smartcity@Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nispera li din il-Mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant hija riżultat ta' xi lapsus min naħa tiegħu:
1. Dak li qiegħed jimplika l-Onor. Interpellant huwa aġir illegali minħabba li azzjonist maġġoritarju ikun qiegħed jikkalpesta d-drittijiet ta' l-azzjonisti l-oħra, m'għandix dubju li l-Onor. Interpellant dan jafu;
2. L-investiment li Smart City@Malta ser issir direttament permezz tat- Tecom u mhux tramite il-Maltacom;
3. Għalhekk azzjonist għandu kull dritt sagrosant li jagħmel dak li jidhirlu hu bis-sehem tiegħu tal-profitti tal-kumpanija, il-Gvern, permezz tas-Share Purchase Agreement, rabat lil Tecom li fit-tliet snin li ġejjin jagħmlu investiment ta' 68 million euro.
4. L-investimenti fil-Maltacom u fi SmartCity@Malta ser isiru permezz ta' żewġ vejikoli kummerċjali differenti.
Jista’ l-Ministru jinvestiga il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna mill-Imsida li d-detallji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hija armla li toqgħod waħedha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-kont huwa korrett. Wara li ġie nieqes żewġha, l-kont inqaleb fuq isimha u r-rata nqalbet minn waħda ta' assistenza soċjali għal waħda domestika.