Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — CEO

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19601, jista' il-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord li ddeċidew fuq il-pakkett offrut lis-CEO? Jista' iwieġeb, jekk m'għandu xejn x'jaħbi, għall-kumplament ta' mistoqsija 19601 billi jgħid x'salarju u perks oħra għandu s-CEO, x'performance bonus ingħata għas-sena li għaddiet u min approvahulu u fuq liema kriterju u kemm tħallsulu għas-servizz tat-telefon fid-dar u għas-servizz tal-mobile matul l-2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-appuntament tas-CEO ta' ADT ġie kkonfermat wara li saru żewġ interviews, l-ewwel wieħed maċ-Chairman u d-Deputy Chairman u mbagħad mal-membri kollha tal-Bord minbarra waħda li kienet imsiefra. Is-salarju gross ta' Lm 20,000 fis-sena li għandu s-CEO kien ġie negozjat maċ-Chairman. Il-perks jinkludu car allowance (minflok karozza mħallsa mill-kumpanija), petrol, u kontijiet tal-mobile, telefone u internet. Il-performance bonus ivarja bejn 0-15% skond id-diskrezzjoni tal-Bord.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, kemm għamlet żmien tirreġistra ma' l-ETC fl-ewwel xhur ta' l-2004, taħt liema parti tar-reġistru kienet tirreġistra u għal liema tip ta' xogħol kienet qed tirreġistra, dejjem jekk din għamlet xi żmien tirreġistra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ETC ma tistax tiġbor din l-informazzjoni jekk l-Onor. Membru ma jipprovdix lill-Korporazzjoni n-numru tal-karta ta' l-identita' tal-persuna konċernata.

Kordin Grain Terminal

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19596, jista' il-Ministru jgħid x'kuntratti ngħataw mill-kumpannija Kordin Grain Terminal f'dawn l-aħħar sentejn separatament lill-kumpanniji Cursor Ltd u Mall Systems, għal kemm-il sena ingħataw dawn il-kuntratti u x'inhu l-ammont involut?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li f'dawn l-aħħar sentejn lil Mall Systems qatt ma ngħatat tender fil-waqt illi Cursor Limited rebħet tender fit-22 ta' Ottubru 2004 għall-ammont ta' Lm108,542.

ADT — Reserved parking

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19597, jista' il-Ministru jgħid jekk mill-bidu ta' l-2005 kienx hemm applikazzjonijiet għal reserved parking li ma ntlaqgħux mill-bord iżda xorta waħda nħarġu? Jekk kien hemm, kemm kienu u min approva li dawn jinħarġu kontra d-deċiżjoni tal-bord?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Sa mill-bidu ta' l-2005 kien hemm erba' (4) talbiet għal reserved parking għall-persuni b'diżabilita' li ġew eżaminati u approvati mill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għal raġunijiet umanitarji.

ADT — Kontravvenzjonijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19600, jista' il-Ministru jgħid min kienu dawk l-uffiċjali/impjegati (il-pożizzjoni tagħhom), inklużi membri tal-bord, li kellhom ċitazzjonijiet imħallsa mill-awtorita'? Kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ u x'kien ir-reat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #19763 Sitting 401 2006-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Forum Malta fl-Ewropa — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati u ħaddiema on contract bil-karigi rispettivi tagħhom fil-forum Malta fl-Ewropa, inkluż is-salarji u benefiċċji oħra li għandhom? Jikkonferma jekk hux minnu li kien hemm persuna f'kariga esekuttiva li diġa' tat ir-riżenja tagħha minn dan il-forum? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni vera għal dan? Jista' jikkonferma jekk ir-regoli finanzjarji tal-gvern ġew osservati strettament mill-uffiċjali kolha tal-forum minn kemm ilu li twaqqaf, b'mod partikolari minn persuna li sa ftit ġimgħat ilu kienet tifforma parti mis-segretarjat tal-ministru? Dan b'mod partikolari fejn jidħol xiri u procurement ta' materjal u servizzi.

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-ħaddiema on contract fil-Forum Malta fl-Ewropa huma l-Head of Information b`salarju ta` Lm 8,081 u allowances, Advisor b`salarju ta` Lm8,081 u Secretary b`salarju ta` Lm5,225. L-aħħar ġurnata tax-xogħol tal-Kap Eżekuttiv tal-Forum Malta fl-Ewropa kienet is-6 ta` Mejju 2006. Is-Sinjura Sylvia Sciberras kellha ħafna impenji barra minn Malta peress li hija involuta fl-EESC. Dawn l-impenji kienu qed jieħdu parti kbira mill-ħin tagħha u għalhekk kienet mitluba li tagħżel bejn il-kariga fil-Forum Malta fl-Ewropa u l-impenji tagħha barra minn Malta. Deher ċar li l-impenji tagħha fl-EESC ma kienux qed jippermettulha taqdi b`impenn ir-rwol tagħha fil-Forum Malta fl-Ewropa. Qabel ma aċċettat il-kariga, Ms Sciberras kienet qablet li gradwalment tnaqqas l-impenji tagħha barra minn Malta. Il-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin bħalissa qed jistenna l-approvazzjoni mill-Kummissjoni għas-servizzi Pubbliċi biex jimpjega numru ta` nies fil-Forum Malta fl-Ewropa. Jiena nfurmat li l-Forum josserva r-regolamenti kollha relatati ma` procurement. F`każ kuntrarju, id-Direttur Servizzi Korporattivi ma japprovax il-ħlas. M`għandiex informazzjoni li tindika mod ieħor.
Leg 10 PQ #19764 Sitting 401 2006-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħruġ ta' Visas

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri u/jew proċeduri ġodda li qed iwasslu għad-dewmien fil-ħruġ tal-visas mill-konsulat ta' Malta fil-Libja kif allegat fil-ġurnal "The Sunday Times" minn ex-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Nazzjonalista?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma hemm l-ebda miżura jew proċeduri ġodda li qed iwasslu għad-dewmien fil-ħruġ ta` visas mill-Konsulat Malti fil-Libja. Il-Konsulat fi Tripli jirċievi medja ta` 60 applikazzjoni f`kull ġurnata tax-xogħol. Fiż-żmien li deher l-artikolu kienu qed jintużaw l-istess proċeduri li ġew in vigore fil-5 ta' Mejju 2004. Fi kwalunkwe każ b'mod ġenerali applikazzjonijiet għall-visa jingħataw risposta fi żmien 4 t'ijiem tax-xogħol. Minn żmien għal żmien, il-Ministeru jagħmel eżerċizzji ta` review għar-rigward tal-ħruġ ta` visas biex jassigura li l-proċess jinżamm effiċjenti kemm jista jkun. L-aħħar reviżjoni ssimplifikat il-proċeduri li kienu ddaħħlu fil-5 ta' Mejju 2004, u dan biex dejjem intejbu l-moviment tal-persuni bejn il-Libja u Malta.

ADT — Ċitazzjonijiet permezz ta' speed cameras

Question

Peress li ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport f'konferenza ta' l-aħbarijiet qal li nġabru Lm8 miljun fi 11-il xahar mill-ispeed cameras billi nħareġ medja ta' żewġ ċitazzjonijiet għal kull familja f'Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk minn Jannar ta' l-2005 sal-lum l-awtorita' dwar it-trasport ħallsitx ċitazzjonijiet li qalgħu uffiċjali jew impjegati ta' l-istess awtorita' għax inqabdu mill-ispeed cameras? F'każ li tħallsu, jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali u impjegati li tħallsitilhom iċ-ċitazzjoni, kemm-il darba u kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-istqarrija taċ-Chief Executive Officerkienet miżinterpretata u għal dan il-għan inħarġet stqarrija għall-istampa fil-25 ta' Mejju (kopja ta' din l-istqarrija qed tiġi mehmuża). L-ammont ta' 26,679 ċitazzjonijiet imsemmija fl-istqarrija kienu ammontaw għal ftit anqas minn Lm800,000. L-Awtorita' dwar it-Trasport m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni ta' speed cameras. Madanakollu kien hemm ċirkostanzi fejn kellha tħallas xi ċitazzjonijiet, liema ċitazzjonijiet ġew jew għanhom jiġu rifonduti mill-impjegati ikkonċernati.

ADT — Servizz ta' internet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport hix tagħmel użu mis-servizz ta' l-internet provdut mill-Onvol jew mill-Maltanet? Jista' jgħid xi ħlasijiet saru matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport tagħmel użu mis-servizzi ta’ l-internet provdut mill-Onvol. L-ispiża ta’ l-Onvol ammontat għall kif jidher hawn taħt : 2005 Lm892.08 2006 Lm297.36 sa April Fir-rigward tal-Maltanet, l-ADT ħallset lil din il-kumpanija l-ammonti msemmija hawn taħt: 2005 Lm574.26 2006 Lm188.80 sa April Ta’ min isemmi wkoll li kellna xi kontijiet tad-Datastream (li kienu subsidiary tal-maltanet), liema spejjeż ammontaw għall: 2005 Lm2375.56 2006 Lm976.58 sa April

ADT — CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'salarju għandu u perks oħra ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Min iddeċieda li s-salarju għandu jiżdied sostanzjalment meta ċ-chief executive officer ta' qabel kien jitħallas kważi n-nofs ta' dak li qed jitħallas CEO li hemm illum? Jikkonferma l-Ministru li fi tmiem is-sena dan l-uffiċjal hu ntitolat ukoll għal performance bonus? Jekk iva, jista' jgħid kemm hu dan il-bonus u x'kien l-ammont li rċieva għas-sena li għaddiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kien il-Bord ta' l-Għażla, magħmul minn membri tal-Bord ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, li ddeċidew fuq il-pakkett offrut lis-CEO.

VAT Department

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru rapporti li ġew ingaġġati managers mal-VAT department minn barra ċ-ċivil? Kemm hemm minn dawn il-persuni? Liema karigi qed jokkupaw? X'inhuma s-salary scales tagħhom? Dawn għandhom il-poter li jagħtu d-direttivi lill-ħaddiema taċ-ċivil li jaqgħu taħthom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f’Novembru 2005, il-kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjoni miftuħa għal kulħadd kemm għal min kien fis-Servizz Pubbliku kif ukoll barra ċ-Ċivil għall-pozizzjonijiet ta’ Programme Manager (Enforcement) fid-Divizjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud (VAT) fil-Ministeru tal-Finanzi b’salarju ekwivalenti għal massimu ta’ skala 7. Din is-sejħa ġiet ippukklikata fil-gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ Novembru 2005. L-applikazzjonijiet kellhom jiġu sottomessi lid-Direttur Servizzs Korporattivi, Ministeru tal-Finanzi sa mhux aktar tard minn nofs in-nhar ta’ nhar il-Gimgħa 9 ta’ Diċembru 2005. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Prim Ministru approva li zewġ managers għadhom jingħataw din il-pozizzjoni b’kuntratt għal perjodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded għal perjodi oħra ta’ tliet snin, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha tajjenb u r-riżultati li tikseb sodisfaċenti. Il-karigi li dawn iz-zewġ managers qed jokkupaw huma wieħed Programme Manager (Enforcement) fis-sezzjoni tal-Inspectorate Division u l-ieħor fis-sezzjoni tal-ECO Contribution. Dawn iż-żewġ managers għandhom id-dritt li jagħtu direttivi lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-VAT.
Leg 10 PQ #19601 Sitting 396 2006-06-13 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT — CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'salarju għandu u perks oħra ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Min iddeċieda li s-salarju għandu jiżdied sostanzjalment meta ċ-chief executive officer ta' qabel kien jitħallas kważi n-nofs ta' dak li qed jitħallas CEO li hemm illum? Jikkonferma l-Ministru li fi tmiem is-sena dan l-uffiċjal hu ntitolat ukoll għal performance bonus? Jekk iva, jista' jgħid kemm hu dan il-bonus u x'kien l-ammont li rċieva għas-sena li għaddiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Tecom — Fixed and mobile network

Question

Billi int għedt li Tecom se jinvestu 68m euros f'fixed and mobile network fil-Maltacom sas-sena 2009, tista' tgħid dan l-investiment huwiex se jiġi ffinanzjat permezz ta' direct capital injection jew inkella billi jiġu wtilizzati liquid funds li kellha l-Maltacom li skond il-financial statements sa Diċembru 2005 kienu jlaħħqu għal 62m euros net of loans li kienu circa 50m euros?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-Maltacom u t-Tecom huma kumpaniji privati, l-Onor. Interpellant jifhem li jiena ma nistax nirrispondi għalihom.

Pembroke — Bini ta' substation

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19378 u jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19034 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li parti mir-risposta ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jagħti konsiderazzjoni lill-petizzjoni miġbura mill-kunsill lokali ta' Pembroke kontra l-bini ta' substation fil-car park użat minn Pembroke Athleta Sports club u dan minħabba l-fatt li minbarra li se jkerrah l-ambjent ta' l-akwati se jelimina wkoll il-postijiet ta' parkeġġ li jintużaw mill-membri ta' dan il-klabb u b'hekk se tinħoloq problema ta' parkeġġ u traffiku f'dawn l-akkwati? Tista' tgħid ukoll x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bl-oġġezzjonijiet li saru sew mill-Kunsill Lokali u anke mir-residenti kontra l-bini taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ġewwa Pembroke. Meta l-Kunsill Lokali ssuġġerixxa post alternattiv għal bini ta' dan iċ-Ċentru, l-Korporazzjoni Enemalta kkunsidrata b'mod favorevoli. Madankollu l-MEPA oġġezzjonat peress li din l-art hija barra ż-żona ta' żvilupp. Il-Korproazzjoni Enemalta laħqet ftehim mal-MEPA li ssir 'landscaping' biex dan il-bini ma jkerraħx l-ambjent ta' l-akwati.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19394 u jekk jogħġbu jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fejn is-surcharge waħdu telgħa għall- Lm226.84 u l-kont totali huwa ta' Lm622.55?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-post in kwestjoni kien dejjem magħluq u l-meter reader qatt ma rnexxielu jaqra l-meters. Il-konsumatur kien dejjem iħallas l-istimi li kienu baxxi u qatt ma pprovda aċċess għall-meters jew ċempel il-qari tiegħu. Għaldaqstant il-kont li rrefera għalih l-Onor Interpellant huwa għal konsum akkumulat fuq żmien itwal milli jkopri l-kont. Il-kont se jkun riferut lill-Korporazzjoni Enemalta biex din tara hux il-każ li l-ammont ta' surcharge ikun rivedut invista taċ-ċirkustanzi msemmija.

VAT department

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19400 u jekk jogħġbu jikkonferma rapporti li ġew ingaġġati managers mal-VAT department minn barra ċ-ċivil? Kemm hemm minn dawn il-persuni? Liema karigi qed jokkupaw? X'inhuma s-salary scales tagħhom? Dawn għandhom il-poter li jagħtu d-direttivi lill-ħaddiema taċ-ċivil li jaqgħu taħthom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 19400.

Żvilupp Urban u Toroq — Assistent Personali

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Assistent Personali fil-ministeru tiegħu ingħata mpjieg ma' l-awtorita' dwar it-trasport? Jekk iva, meta ngħata dan l-impjieg, f'liema kariga u b'liema salarju? Jista' jgħid ukoll jekk dan iddaħħalx minn barra u xi proċedura ġiet segwita biex ingħata l-impjieg? Qabel ma ngħata l-impjieg saru sejħiet għal applikazzjonijiet permezz ta' l-ETC jew permezz tal-gazzetti? Qabel kien impjegat hu kien qed jirreġistra għax-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Assistent Personali ġie mpjegat ma' l-ADT wara li fiż-17 ta' Marzu 2004 kienet għamlet talba lill-ETC. L-Assistent Personali ingħata l-impjieg fl-1 ta' Mejju 2004 fil-kariga ta' Manager.

Ċertifikati mediċi għall-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li filwaqt li ċerti tobba qegħdin joħorġu ċertifikat mediku ġimgħa ġimgħa għall-istudenti f'form VI tal-gvern biex ikun jista' jkoprihom sa l-ischool leaving age, dawn qegħdin jagħmluh fid-diskrezzjoni tagħhom u mhux f'mod uniformi għal kull min jitlobhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħruġ ta' ċertifikati mit-Tobba ma jaqax taħt iil-ġurisdizzjoni tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każijiet speċifiċi għandu jgħaddihom lill-Kunsill Mediku.

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tender ingħata mill-kumpannija Kordin Grain Terminal mill-bidu tas-sena 2005 sal-lum? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Fiex kienu jikkonsistu u x'inhu l-ammont ta' kull tender? Liema minn dawn it-tenders ingħataw b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.