Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tad-data protection commissioner meta l-Gvern Malti rċieva ilment mill-aġenzija - PI-Privacy International li lmentaw li l-Gvern Malti seta' għadda lill-awtoritajiet Amerikani dettalji dwar transazzjonijiet finanzjarji mill-istituzzjonijiet finanzjarji permezz tas-swift centre fil-Belġju bħala parti ta' l-hekk imsejħa ġlieda kontra t-terroriżmu? Jikkonferma l-Ministru li dan sar bi ksur tal-liġi tad-data protection? Wara li din il-kwestjoni kienet ġiet żvelata għall-ewwel darba fi New York Times u l-Los Angeles Times tal-Ġimgħa 23/06/06, x'garanzija għandu l-Gvern Malti li tagħrif simili ma jistax jiġi wżat għal attivitajiet mhux direttament relatati bħal ngħidu aħna spjunaġġ ekonomiku, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema aġenzija tal-gvern żammet jew mistennija żżomm diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar rfid - Radio Frequency Identification Technology, dan bil-għan li jiġi ntrodott Radio Frequency Identification sabiex issir ħażna ta' informazzjoni fuq tag żgħira li tikkomunika permezz ta' radio frequencies differenti permezz ta' electronic reader u dan skond il-Kummissarju għall-Information Society Viviane Reding għandu joħloq opportunitajiet ġodda għall-pubbliku filwaqt li jiżgura li ċ-ċittadini jibqgħu f'kontroll ta' din id-data?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19760, jista' il-Ministru jgħid jekk u fiex kienet tikkonsisti t-tender li ngħatat Cursor Ltd, għal kemm-il sena u jekk ħarġitx sejħa għall-offerti? Kemm-il darba ħarġet sejħa għall-offerti, jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu offerti, mingħand min u fiex kienet tikkonsisti kull offerta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-ħruġ ta' permessi biex vetturi jidħlu u jipparkjaw fil-grounds ta' l-isptar San Luqa? Jista' jgħid fuq min inħareġ il-permess 1130 fuq blue sticker u min ħarġu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-permessi tal-vetturi li jidħlu fil-grounds ta' l-isptar San Luqa jinħargu mill-Management ta' l-isptar skond kriterji stabbiliti. Il-Konsulenti kollha huma eliġibbli għal-Blue Stickers. Il-permess numru 1130 blue sticker inħareġ lil wieħed mill-Konsulenti li l-isem tiegħu ma jistax jingħata minħabba d-Data Protection Act. Il-permess inħareġ mill-istess management.
Tista' il-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi pożittivi dwar it-talba ta' familja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jixtru l-post li ilhom jabitaw fih snin sħaħ peress li proprjetajiet oħra fl-inħawi dan l-aħħar ġew mibjugħa lill-inkwilini tagħhom mill-Housing Authority?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-att finali tax-xiri tal-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jistax jiġi konkluż qabel ma l-art li fuqu hu mibni tiġi trasferita lill-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jikkonsidra mill-ġdid it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal skont fuq il-kontijiet tal-kurrent elettriku u l-ilma li skond ittra tat-28 ta' April, 2006 ma ġietx aċċettata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19876 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19625, jista' il-Ministru ġentilment iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li l-ADT għamlet lill-ETC fis-17 ta' Marzu 2004 u jgħid f'liema data ġie impjegat bħala manager ma' l-ADT u bħala assistent personali fil-ministeru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19873 u jgħid: Peress li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 19598 il-Ministru qal minkejja li l-ADT m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni ta' speed cameras fl-istess nifs qal li madankollu kien hemm ċirkostanzi fejn kellha tħallas xi ċitazzjonijiet, jista' il-Ministru jgħid lil min inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u x'kien l-ammont f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minħabba li dawn l-uffiċjali jkunu qegħdin jużaw karozzi mikrija l-kumpanija tal-karozzi tal-kiri tħallas iċ-ċitazzjonijiet f'isem l-ADT u l-ADT tirkupra l-flus minn għand l-uffiċjali.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19876 u jgħid: Jikkonferma l-Ministru li membru tal-bord ta' l-ADT kien ġie investigat dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar fi ħdan l-istess awtortia'? Jista' jgħid x'kien irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19853.
Jikkonferma l-Ministru li membru tal-bord ta' l-ADT kien ġie investigat dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar fi ħdan l-istess awtortia'? Jista' jgħid x'kien irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li wara li saru allegazzjonijiet fuq membru tal-Bord ta' l-ADT dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivvjaġġar, kienet saret investigazzjoni interna. Minn din l-investigazzjoni irriżulta li ma kien hemm l-ebda abbuż, anzi irriżulta li l-prezz tal-flight kien inqas minn dak li kien jintnefaq normalment għal vjaġġi simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnha l-art li kienet tintuża għall-IT fis-Swatar, l/0 Dingli?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern qed jistudja x'inhuwa l-aħjar użu li għandu jsir mill-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant iżda sal-lum għada ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l-garanzija li kienet ngħatat lis-settur turistiku, li ma jsirux road works f'żoni prominenti turistiċi fix-xhur tas-sajf, kif fil-fatt qed jiġri bħalissa fl-inħawi tax-Xemxija b'inkonvenjent kemm għat-turisti kif ukoll għal Maltin li joqogħdu fl-inħawi kemm bħala residenti kif ukoll f'villeġġjatura?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħlijiet li għamlet l-Awtorita' dwar it-Trasport fl-inħawi tax-Xemxija kienu jikkonsistu f'trinek li jaqsmu t-triq sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-cable tal-pelican crossing u surfacing ta' parti mit-triq.
Ix-xogħlijiet setgħu jsiru biss wara li x-xogħol fuq il
-promenade
tlesta.
L-ADT kienet ta' l-opinjoni li bl-iskop li jiġi evitat l-inkonvenjent għas-sewwieqa, ix-xogħlijiet ta' tiswijiet ma setgħux jistennew sa wara s-sajf. Madankollu ittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex dawn ix-xogħlijiet jitlestew fl-iqsar żmien possibli.
Jikkonferma l-Ministru li s-CEO ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport għandu l-permess jopera aġenzija ta' l-ivjaġġar, u fil-fatt jopera din l-aġenzija? Ma jaħsibx il-Ministru li dan jista' joħloq konflitt peress li l-ħidma ta' l-awtorita' tista' tispiċċa mmirata aktar lejn it-turisti milli lejn il-poplu Malti, kif fil-fatt qed jiġri?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li meta ġie appuntat is-CEO kien hemm ftehim li dan jista' jżomm l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar. Dan il-ftehim huwa rifless fil-kuntratt tas-CEO fejn hemm speċifikat li m' hemm l-ebda konflitt ta' interess.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19762 u jgħid, b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19600, min kienu dawk l-uffiċjali/impjegati (il-pożizzjoni tagħhom), inklużi membri tal-bord, li kellhom ċitazzjonijiet imħallsa mill-awtorita'? Kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ u x'kien ir-reat li sar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Tista' il-Housing Authority ġentilment tikkonsidra li tirriattiva l-applikazzjoni ta' koppja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u tikkonsidra post alternattiv għal missierha li għandu diżabilita' u jingħata appartament fis-sular t'isfel ta' xi appartament tal-gvern u b'hekk is-sinjuri jkunu jistgħu jiġu kkonsidrati għal fond li preżentement qed joqogħdu fih ma' missier il-mara? Naħseb li jkun aħjar li l-awtorita' tibgħat għal persuni konċernati għal aktar tagħrif dettaljat dwar dawn iż-żewġ każi.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ li għamel referenza għalih jikkonċerna d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u mhux l-Awtorita’ tad-Djar.
Naqbel mas-suġġeriment ta’ l-Onor. Interpellant fl-aħħar parti tal-Mistoqsija tiegħu li jkun aktar aħjar jekk il-persuni konċernati jiċċaraw u jagħtu aktar dettalji dwar il-każ tagħhom lid-Dipartiment. Għalhekk nitolbu jagħti parir lill-dawn il-persuni li jmorru t-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali mill-aktar fiss li jistgħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li f'dawn l-aħħar xhur żar Dubai fuq xogħol tal-gvern? Meta kien dan? Ma' min iltqajt? X'kien l-iskop taż-żjara? Min kienu l-membri tad-delegazzjoni tiegħek?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinvestiga ilment taċ-ċittadini ta' San Ġwann li l-letter box li hemm f'Naxxar Road, faċċata ta' Mensija Road, San Ġwann ilha miksura 'il fuq minn tliet xhur, minkejja d-diversi ilmenti pubbliċi, fosthom tal-kunsill lokali nnifsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kaxxa ta' l-ittri msemmija ma tistax tissewwa u għalhekk ser tingħalaq b'mod permanenti. Il-pubbliku jista' jagħmel użu mill-kaxxa ta' l-ittri li tinsab mall-Ħanut Postali tal-Maltapost, Naxxar Road, San Ġwann u l-kaxxa ta' l-ittri li tinsab ħdejn is-Sub Uffiċċju tal-Posta, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann.
Jikkonferma l-Ministru li membru tal-bord ta' l-ADT kien ġie investigat dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar fi ħdan l-istess awtortia'? Jista' jgħid x'kien irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Peress li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 19598 il-Ministru qal minkejja li l-ADT m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni ta' speed cameras fl-istess nifs qal li madankollu kien hemm ċirkostanzi fejn kellha tħallas xi ċitazzjonijiet, jista' il-Ministru jgħid lil min inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u x'kien l-ammont f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19599, jista' il-Ministru jgħid min qed jagħmel użu mis-servizzi ta' l-internet li għalihom saru l-ħlasijiet imsemmija lill-Onvol u lill-Maltanet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li s-servizzi ta' l-internet li għalihom saru l-ħlasijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 19599, jagħmlu użu minnhom :-
Id-Direttur
Licensing & Testing Dept
Ic-
Chief Executive Officer
Id-
Deputy Chairman
F-uffiċini ta’ l-ADT stess