Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Ministeru għall-Kompetittivita u Komunikazzjoni li ilu mwaqqaf għal ftit aktar minn sentejn qatt ma għamel użu mill-kumpaniji msemmija. Jien infurmat ukoll li l-ebda awtorita' li taqa taħt dan il-Ministeru qatt m'għamlet użu minn dawn il-kumpaniji fl-aħħar ħames snin. M'hemm l-ebda kumpanija parastatali jew korporazzjoni li taqa' taħt dan il-Ministeru.

Riżorsi u Infrastruttura — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-risposta hija fin-negattiv.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra

Transazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20096, u jgħid x'kienet ir-reazzjoni tad-data protection commissioner meta l-Gvern Malti rċieva ilment mill-aġenzija - PI-Privacy International li lmentaw li l-Gvern Malti seta' għadda lill-awtoritajiet Amerikani dettalji dwar transazzjonijiet finanzjarji mill-istituzzjonijiet finanzjarji permezz tas-swift centre fil-Belġju bħala parti ta' l-hekk imsejħa ġlieda kontra t-terroriżmu? Jikkonferma l-Ministru li dan sar bi ksur tal-liġi tad-data protection? Wara li din il-kwestjoni kienet ġiet żvelata għall-ewwel darba fi New York Times u l-Los Angeles Times tal-Ġimgħa 23/06/06, x'garanzija għandu l-Gvern Malti li tagħrif simili ma jistax jiġi wżat għal attivitajiet mhux direttament relatati bħal ngħidu aħna spjunaġġ ekonomiku, eċċ.?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien nfurmat li l-Gvern Malti ma rċieva l-ebda ilment u konsegwentament ma' nistax nirrispondi l-bqija tal-Mistoqsija.

Radio Frequency Identification Technology

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20097 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema aġenzija tal-gvern żammet jew mistennija żżomm diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar rfid - Radio Frequency Identification Technology, dan bil-għan li jiġi ntrodott Radio Frequency Identification sabiex issir ħażna ta' informazzjoni fuq tag żgħira li tikkomunika permezz ta' radio frequencies differenti permezz ta' electronic reader u dan skond il-Kummissarju għall-Information Society Viviane Reding għandu joħloq opportunitajiet ġodda għall-pubbliku filwaqt li jiżgura li ċ-ċittadini jibqgħu f'kontroll ta' din id-data?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-aspetti varji li jirrelataw mar-Radio Frequency Identification Technology ġew diskussi fit-tul matul diversi laqgħat li saru fuq livell Ewropew. L-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni ħadet sehem f'dawn il-laqgħat għan-nom tal-Gvern Malti. Fil-ġimghat li ġejjin il-Kummissjoni Ewropeja hi mistennija li tibgħat abbozz tad-deċiżjoni finali għall-kummenti minn naħa tar-regolaturi fi ħdan il-pajjiżi membri ta' l-UE. Jekk kemm il-darba ikun hemm rispons posittiv għan-nom tal-pajjiżi membri, il-Kummizzjoni imbagħad tkun f'qagħda li tista' tadotta d-deċiżjoni u b'hekk titlob l-implimentazzjoni tagħha fil-pajjiżi membri sad-data li tiġi iffissata fl-istess deċiżjoni.

OPM — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 10 PQ #20232 Sitting 418 2006-07-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru tiegħi, ma għandu l-ebda kumpanija parastatali, korporazzjoni jew awtorita` li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu. Il-Ministeru ma għamel l-ebda użu mill-kumpanija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpaniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical matul dawn l-aħħar ħames snin.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Ministeru tiegħi ma għamel ebda użu mill-kumpaniji msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

ADT

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19876 u 19994 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19625, jista' il-Ministru ġentilment iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li l-ADT għamlet lill-ETC fis-17 ta' Marzu 2004 u jgħid f'liema data ġie impjegat bħala manager ma' l-ADT u bħala assistent personali fil-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-assistent personali ġie mpjegat bħala Manager ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fl-4 ta' Mejju 2004 u bħala assistent personali fl-1 ta' Ġunju 2004. Kopja ta' l-ittra ta' l-ETC qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Għawdex — Bdil ta' ID Cards

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm kien hemm residenti Maltin li l-qalbu l-ID card tagħhom fuq Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onor Interpellant li n-numru ta’ persuni Maltin li qalbu l-karta ta’ l-Identita’ fuq Għawdex minn April ta’ l-2001 sa Marzu ta’ l-2006 kien ta’ 1,927.

NSO

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid b'liema salarju ġie ngaġġat il-kap il-ġdid ta' l-NSO? Kif se tiġi affettwata l-konsulenza tiegħu mad-diversi aġenzji u korpi governattivi u parastatali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

National Euro Changeover Committee

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarju u l-benefiċċji l-oħra kollha li ġiet ingaġġata bihom il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament man-National Euro Changeover Committee? Huwa minnu li ċerti benefiċċji żdiedulu minn dak iż-żmien 'il hawn, u jekk iva kemm, kif, meta u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #20153 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Restaurants — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li nbidlu r-regolamenti dan l-aħħar għall-permessi ta' restaurants ġodda orjentali, kemm fil-Belt kif ukoll f'lokalitajiet oħra? Jekk iva, x'inbidel u għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-regolamenti li jirrigwardaw l-istabilimenti ta' l-ikel inbidlu permezz ta' l-Avviż Legali Nru 275 ta' l-2004 li ġie fis-seħħ fl-20 ta' April 2004. Permezz ta' dan l-Avviż Legali speciality restaurants li jinkludu dawk orjentali m'għadomx jiġu klassifikati għalihom iżda liċenzja ta' restaurant toħroġ bħala ta' l-ewwel, it-tieni jew it-tielet klassi skond it-talba u dan f'kull lokalita' f'Malta u Għawdex.

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20102 u jgħid b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19760, jekk u fiex kienet tikkonsisti t-tender li ngħatat Cursor Ltd, għal kemm-il sena u jekk ħarġitx sejħa għall-offerti? Kemm-il darba ħarġet sejħa għall-offerti, jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu offerti, mingħand min u fiex kienet tikkonsisti kull offerta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Tender li ingħata lil Cursor Ltd kien għall-Installazzjoni ta' Sistema Teknoloġika u Infrastrutturali sabiex tirrekordja it-Truckloading Station tat-Terminal. Dan it-Tender mhux bit-terminu iżda ta' darba. Sejħa għat-tenders kienet pubblikata fil-gazzetti lokali fit-13 u 14 ta' Marzu 2004. Ġew sottomessi tlett tenders li kienu - 1. ALBERTA - Lm112,850; 2. Cursor Ltd. - Lm108.542 u 3. AIS Ltd - Lm 33,753. Konsulent tal-Inġinerija Indipendenti ġie appuntat sabiex jistudja it- tlett tenders u jassisti fl-għazla flimkien mal-Adjudicating Committee magħmul minn uħud mill-membri tal-Bord ta’ Kordin Grain Terminal. Dawn flimkien iddeċidew li it-tender jingħata lil Cursor Ltd.

ADT — Reserved Parking

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19761, jista' il-Ministru jgħid min fl-ADT approva l-ħruġ ta' erba' permessi għal reserved parking? Minn liema lokalita' huma l-erba' applikanti u x'kienet ir-raġuni umanitarja f'kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-erba’ permessi għal reserved parking li qed jirreferri għalihom l-Onoreoli Interpellant ġew approvati mis-CEO u mic-Chairman ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Tali reserved parking ġew approvati waħda f’kull raħal, fin-Naxxar, Iklin, Sliema u Żurrieq. Ir-raġuni umanitarja, f’kull każ, kienet relatata ma’ problemi ta’ saħħa.

Park and Ride — Konferenza Stampa

Question

B'riferenza għall-konferenza stampa mogħtija fit-3 ta' Lulju dwar il-park and ride, jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se tiswa lill-ADT kull sena d-deċiżjoni tal-gvern li tkun hi li tipprovdi trasport b'xejn bejn il-Blata-l-Bajda u l-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kif intqal fil-konferenza stampa tat-3 ta’ Lulju, hu maħsub li l-ispiża tat-trasport relatat mall-park and ride se tkun iffinanzjata miż-żieda fit-tariffa proposta tal-Controlled Vehicle Access.

ADT — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19762 u 19887 u jgħid, b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19600, min kienu dawk l-uffiċjali/impjegati (il-pożizzjoni tagħhom), inklużi membri tal-bord, li kellhom ċitazzjonijiet imħallsa mill-awtorita'? Kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ u x'kien ir-reat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ma nħossx li hu fl-interess pubbliku li tingħata lista uffiċjali b'uffiċjali u l-kontravenzjonijiet partikolari. L-Ammont kollu ta' ċitazzjonijiet għal perjodu indikat li l-ADT intalbet tħallas huwa ta' Lm640. Minn dawn Lm175 kienu fuq karozzi mikrija u użati minn uffiċjali tal-ADT. Dan l-ammont tħallas sabiex tiġġedded il-liċenzja tal-vettura u l-ammont beda jkun irkuprat mill-uffiċjali involuti. Id-differenza bejn Lm640 u Lm175 tirrigwarda ċitazzjonijiet li l-ADT qegħda jew tikkontesta jew titlob lill-uffiċjali jħallsuhom qabel ma' l-ADT tgħaddi l-ħlasijiet.

Żjara tal-Ministru f'Dubai

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19907 u jgħid jekk hux veru li f'dawn l-aħħar xhur żar Dubai fuq xogħol tal-gvern? Meta kien dan? Ma' min iltqajt? X'kien l-iskop taż-żjara? Min kienu l-membri tad-delegazzjoni tiegħek?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li jien mexxejt delegazzjoni uffiċċjali f'Duabi bejn it-2 u l-4 ta' Mejju 2006. Id-delegazzjoni li mexxejt kienet komposta mis-Sur Claudio Grech, is-Sur Tony Mifsud Bonnici u s-Sur Sonny Portelli. L-iskop ewlieni taż-żjara kien it-tkomplija tad-diskussjonijiet fuq il-proġett ta' SmartCity@Malta. Barra minn hekk kelli l-opportunita' wkoll li niltaqa' ma' diversi kumpaniji li huma parti minn Dubai Holding, fejn magħhom iddiskutejt l-ambjent ta' l-investiment u l-intrapriża f'pajjiżna. Matul iż-żjara, fost l-oħrajn, jien iltqajt ma: - Il-Viċi President u l-Prim Ministru ta' l-Emirati Għarab Maqgħuda u l-Kap tal-Gvern ta' Dubai Sheikh Mohammed bin Rashid Al Maktoum - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Investment Group - Ic-Chairman, CEO u s-senior management team tat-Tecom Investments - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai International Properties - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Internet City - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Studio City - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Outsource Zone - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Media City - It-tmexxija u s-senior management team tan-Knowledge Village - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai International Financial Centre - It-tmexxija u s-senior management team tal-Jumeirah International.