Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ dwar Housing

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Qawra — Triq Porzjunkola

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol mill-gvern ċentrali fuq Triq Porzjunkola, Qawra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tender għax-xogħlijiet fi Triq Porzjunkola ħarġet u ġiet aġġudikata. Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

Każ dwar Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga l-ilment ta' persuna minn San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, pensjonant li qed jirċievi pensjoni miżera mill-Ingilterra u li qed jilmenta li nqata' mill-SKA inġustament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

ADT — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jara li l-ADT tirrikonsidra t-tweġiba negattiva li tgħat lil persuna mill-Gżira li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-mard kroniku li għandu kif ukoll minħabba l-fatt li hemm persuni oħra fit-triq li għandhom reservied parking li dettalji tal-karozzi qed jintbagħtu separatament, li spiss tintuża mit-tfal tagħhom kif ukoll minħabba li l-applikant għandu blue sticker fejn jista' jipparkja f'reserved bay mogħtija fl-istess triq? Tista' l-ADT tagħti spjegazzjoni ċara għat-tweġiba oriġinali tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li l-applikant, li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari, mhux eleġibbli għal reserved parking għal persuni b’diżabilita’ minħabba li, skond ir-rapport tat-tabib ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta u skond ir-rapport tat-tabib ta’ l-applikant, il-problema ta’ mobilita’ mhux severa ħafna. Rigward l-allegazzjoni ta’ abbuż minn reserved parking oħrajn fl-istess triq, minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima għal Immaniġġjar tat-Traffiku, irriżulta li hemm żewġ reserved parkings li ġew approvati fis-6 ta’ Mejju 2003 fit-22 ta’ Ottubru 2003 rispettivament. L-applikant li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamenti kien diġa ressaq l-allegazzjonijiet tiegħu rigward l-abbuż li qed isir mir- reserved parking li kien approvat fit-22 ta’ Ottubru 2003. It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku talab għal reviżjoni ta’ dan il-każ fejn hu allegat li qed isir abbuż u t-tabib ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta reġa’ għamel rapport bid-data’ 15 ta’ Settembru 2006 u tali reviżjoni tal-każ ser issir mill-Bord għal reserved parking fis-seduta li jmiss.

Ta' Xbiex H/E

Question

Billi kienet saret talba formali għal lift fi block A3, Ta' Xbiex H/E u billi fost ir-residenti hemm min għamel l-operazzjoni tal-bypass kif ukoll anzjani ta' madwar 70 sena, tista' il-Ministru tgħid x'possibbiltajiet hemm li dan il-lift jiġi stallat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li r-residenti tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant issottomettew applikazzjoni għal stallar ta’ lift. L-Onor. Interpellant jista’ jagħti parir lil dawn ir-residenti biex jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti u wara jissottomettu applikazzjoni lill-Awtorita’ tad-Djar għal stallar ta’ lift.

Ta' Xbiex H/E

Question

Tista' il-Ministru tgħid xi kriterji qed jintużaw meta jiġi deċiż li jsir xogħol ta' kisi ta' fili ta' appartamenti tal-gvern f'Ta' Xbiex H/E għaliex jidher li mhux dawk kollha fi bżonn ta' attenzjoni qegħdin jiġu indirizzati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20552 f’Seduta 430, inżid li x-xogħolijiet indikati, irrispettivament mill-lokalita’, jsiru skond il-prijoritajiet u r-riżorsi disponibbli.

OPM — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20230 u 20342 u jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numri 20230 u 20342.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru, mingħajr ma jsemmi ismijiet, jagħti dettalji dwar l-istruttura tal-membri tas-segretarjat tiegħu, bit-titli kollha tal-karigi involuti? Jista' jindika kemm u liema minn dawn il-postijiet - inklużi ħaddiema tas-segretarjat non-klerikali - huma okkupati minn nies bil-kuntratt definit?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istruttura tal-membri tas-segretarjat tiegħi hija kif ġej u skond l’ Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li kienet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. Head Minsters’ Secretariat 1 Private Secretary to Minister 1 Assistant Private Secretary to Minister 1 Communications Co-Ordinator 1 Policy Co-Ordinator 1 Ministry Co-Ordinator 1 Secretariat Officer 5 Secretariat Pool 4 Secretariat Messanger 4 Personal Driver / Security Officer 2 Il-persuni kollha huma fuq kuntratt definit.
Leg 10 PQ #20673 Sitting 433 2006-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Konsulent

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar mill-MTA mal-konsulent responsabbli għal branding ta' pajjiżna fis-settur turistiku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt aħħarri ffirmat bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-konsulent responsabbli għall-Branding, Christian Sinding. Irrid nispeċifika li t-"30 day period" imsemmi fil-paragrafu "Project Fees" fil-kuntratt jirreferi għal 30 working days u mhux 30 calendar days.
Leg 10 PQ #20674 Sitting 433 2006-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Tħaffir għaż-żejt — Rapport Tekniku

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tekniku li kellu jitħejja fi żmien tliet xhur dwar it-tħaffir għaż-żejt mat-Tuneżija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma nħossx li jkun ta' interess nazzjonali li f'dan l-istadju jiġi ppreżentat dan ir-rapport għall-iskrutinju pubbliku.

Dipartiment tal-VAT — Inspectors

Question

Jista' il-Prim Ministru jinvestiga l-ilment ta' diversi inspectors fl-uffiċċju tal-VAT li qegħdin spiss jinħarġu charges kontra tagħhom minn persuna li laħqet manager riċentement u li għalkemm tinsab fi scale 7 xogħolha huwa aktar wieħed klerikali, fejn matul il-ġurnata sempliċement tqassam ix-xogħol lill-inspectors? Jista' jinvestiga l-allegazzjoni li ċ-charges qegħdin jinħarġu wkoll b'mod diskriminatorju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m’hu veru xejn li qegħdin spiss jinħarġu charges kontra spetturi tal-VAT kif ġie allegat fil-mistoqsija. L-uniku charges li ħarġu kienu kollha fis-6 ta’ Lulju 2006 kontra sitt spetturi tal VAT wara li d-Dipartiment kellu provi li dawn abbużaw mill-overtime kif ukoll naqsu li jwettqu d-dmirijiet u x-xogħol tagħhom kif kienu obbligati li jagħmlu. Dawn l-ispetturi ammettew bil-kitba l-akkużi kollha kontra tagħhom. Dwar dan il-każ kienu saru taħdidiet mal-Unjoni Ħaddiema Maghqudin li insistiet mal-Management li l-każ kellu jieqaf hemm u l-investigazzjonijiet jieqfu. Il-mamagement kien aċċetta din it-talb bil-kundizzjoni li jinbiddlu xi prattiċi tax-xogħol waqt l-overtime sabiex jinqatgħu l-abbużi.

Imsida — Ġrieden

Question

Jista' il-Ministru jieħu passi dwar l-għadd kbir ta' ġrieden li qed ikun hemm ħdejn il-bankijiet fix-xatt ta' l-Imsida ftit 'il hinn mill-knisja tar-raħal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għalkemm ma jirriżultax li hemm infestazzjoni ta' ġrieden, ħaddiem mis-Sezzjoni tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, għamlu trattament għal kontra l-ġrieden fl-akkwati msemmija, nhar il-Ġimgħa 22 ta' Settembru 2006. Trattamenti oħra fl-istess żona jerġgħu isiru perjodikament.

Imsida — D'Argens Road

Question

Jista' il-Ministru jara li minflok il-pelican lights li hemm f'D'Argens Road, Imsida qrib numru 109, isiru traffic lights billi d-dawl li hemm ftit juri filgħaxija u ħafna nies lanqas jintebħu li hemm zebra crossing?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku u min analiżi tat-traffic count data fi Triq D’Argens irriżulta li t-talba sabiex iż-zebra crossing tkun upgraded għal pelican crossing għandha tkun ikkunsidrata.
Leg 10 PQ #20629 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Chairman u CEO

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji sħaħ dwar il-kuntratti taċ-chairman u ċ-CEO tal-MTA?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B’riferenza għat-tweġiba li ngħatat fis-27 ta’ Settembru 2006 (Seduta 431) nixtieq nippreċiża li l-kuntratt tas-CEO għandu perjodu ta’ tliet snin u mhux ta’ sena kif kien ġie indikat.
Leg 10 PQ #20630 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kumitat Konsultattiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-kumitat konsultattiv li għadu kif ħatar? Dawn se jkollhom xi budget għad-dispożizzjoni tagħhom u jekk le, se jkollhom 'say' dwar kif isir ċertu nfiq mill-ministeru u/jew mill-MTA?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B'riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference tal-kumitat konsultattiv Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. interpellant li dan il-kumitat m'għandux fondi allokati għalih. Kif jixhed l-isem ta' dan il-kumitat, ir-rwol tiegħu huwa wieħed konsultattiv u għalhekk ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li jingħata fondi. Jekk ikun tinħass il-ħtieġa jew jekk il-kumitat jagħmel rikjesta lill-Gvern għal-fondi, il-Gvern jkun dispost jeżamina din it-talba.
Leg 10 PQ #20631 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi — Student occupancy levels

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jibda jippubblika l-istudent occupancy levels tal-lukandi skond il-kategoriji tagħhom, ħalli wieħed ikun jista' ikejjel id-dipendenza tal-lukandi Maltin u Għawdxin fuqhom, speċjalment fix-xhur tas-sajf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma jżommx statistika ta' dan it-tip. L-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Mhux eskluż li dan l-istħarriġ isir. Dan irid isir bi ftehim mal-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-istatistika.

Każ dwar single mother

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga każ urġenti ta' single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li l-applikazzjoni oriġinali tagħha tmur lura għas-6 ta' Diċembru, 2001?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.
Leg 10 PQ #20641 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk mis-sena 2003 sal-lum l-MTA għaddietx xi fondi lil xi kunsill lokali biex jippromwovu t-turiżmu fil-lokal? Jekk iva, f'liema lokalitajiet u kemm kienu l-ammonti involuti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-fondi li l-Product Planning Directorate ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu għadda lill-kunsilli lokali biex jippromwovu t-turiżmu fil-lokalitajiet tagħhom mis-sena 2003 sal-lum huma kif ġej: Kunsill Lokali Qormi - Lm 600 Kunsill Lokali Sta Luċija - Lm 833 Kunsill Lokali Żejtun - Lm 1,325 Kunsill Lokali Rabat - Lm 320

Tarmac f'toroq residenzjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema toroq residenzjali madwar Malta u Għawdex huma mistennija li jkunu lesti bit-tarmac sa Jannar tas-sena 2007 u sa Awissu 2007?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Awissu li għadda l-MUDR u l-ADT ħarġu l-lista ta' toroq residenzjali li se jkunu qed jinbnew minn issa sas-sena 2008. Kopja ta' din il-lista qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Dwar Għawdex nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #20671 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru, mingħajr ma jsemmi ismijiet, jagħti dettalji dwar l-istruttura tal-membri tas-segretarjat tiegħu, bit-titli kollha tal-karigi involuti? Jista' jindika kemm u liema minn dawn il-postijiet - inklużi ħaddiema tas-segretarjat non-klerikali - huma okkupati minn nies bil-kuntratt definit?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-istruttura tas-Segretarjat tiegħi hija mibnija skond id-dokument "Engagement of Staff for Ministerial Secretariat". In-nies kollha f`segretarjati jkunu kollha f`kuntratt definit kemm jekk humiex mis-servizz pubbliku jew le.