Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gżira, — Marshall Court - Lifts

Question

Il-Housing Authority qiegħda f'pożizzjoni li tilqa' talbiet mill-inkwilini ta' Marshall Court, Gżira biex ikollhom lifts stallati, billi wħud mill-fondi huma allokati mill-housing u oħrajn huma tal-privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita’ tad-Djar tikkunsidra applikazzjonijiet għall-istallazzjoni ta’ lift: fi djar privati taħt Skema 7 (Għajnuna finanzjarja fuq xogħlijiet ta’ rranġar u titjib f’residenzi okkupati minn persuni b’diżabilita’ ta’ mobilita’), jekk ikun hemm persuna b’diżabilita ta’ mobilita’ tgħix f’dik id-dar, jew fi blokki tal-Gvern mikrija, taħt l-iskema dwar stallazzjoni ta’ lifts fi blokki residenzjali proprjeta’ tal-Gvern. F’każ ta’ blokki tal-Gvern fejn ikun hemm jgħixu kemm inkwilini kemm sidien ir-residenti jistgħu japplikaw għal stallazzjoni ta’ lift taħt dawn l-iskemi. Ninsab infurmata li l-blokk li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant hu blokk tal-privat u għalhekk ma tistax tiġi kkunsidrata applikazzjoni għal għajnuna għal stallazzjoni ta’ lift f’dan il-blokk.

Istallar ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-prospetti li jiġi stallat il-lift fir-residenza indikata separatament, fid-dawl taċ-ċertifikati mediċi on file inklużi każi ta' sciatica?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bħalissa l-Awtorita' tad-Djar għaddejja bi programm ta' stallazzjoni ta' lifts f'diversi lokalitajiet. Ninsab infurmata li l-possibilita' li jiġi stallat lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat fil-futur qarib.

Pensjonant

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna ndikata separatament, tnaqqsietlu taxxa minn ras il-għajn iktar mis-soltu u anke meta jkun hemm il-bonus maċ-cheque tal-pensjoni li rċieva skond workings tad-dipartiment tas-servizzi soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

National Euro Changeover Committee

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li n-National Euro Changeover Commitee dan l-aħħar xtraw għadd ta' computers u notebooks mingħajr ma ħarġet call for applications? Jista' jikkonferma mingħand min inxtraw? Kemm kienu jiswew? Min kien responsabbli għall-kisba tal-kwotazzjonijiet? Għaliex ma ġewx osservati l-procurement regulations tas-soltu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tal-Ministeru matul l-2006 ix-xiri ta’ computers u laptops għall-NECC, kien kif jidher hawn taħt : Date PC/Laptop Value Lm Supplier 3/2/2006 4 Personal computers 1,207.99 FGL Information 3/2/2006 2 Laptops 1,026.01 FGL Information 21/6/2006 2 Laptops 2,340 FGL Information 26/6/2006 2 Laptops 1,254.01 FGL Information Il-computers u l-laptops fi Frar 2006, ġew akkwistati direttament mis-suq liberu, wara li tqiesu r-restrizzjonijiet ta’ l-għażla u d-disponnibilita’ L-apparat li nxtara f’Ġunju, ġie akkwistat wara li nkisbu l-kwotazzjonijiet permezz tas-sistema tal-informatika e-procurement. L-uffiċċjali responsabbli biex jinkisbu dawn il-kwotazzjonijiet huma l-Information Management Officer u finalment id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru. Din is-sistema hija miftuħa għall-kulħadd u l-awards li jsiru fuq din is-sistema huma aċċessibli għal skrutinju ta’ kulħadd fuq www.e-procurement.gov.mt Fid-dawl ta’ dan kollu nikkonferma illi f’kull każ imsemmi aktar qabel l-procurement regulations ġew osservati.

Barrieri — Skart tal-Bini

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-barrieri magħluqa li matul l-2003, l-2004 u l-2005 kienu liċenzjati biex jilqgħu fihom skart tal-bini u min kienu l-operaturi ta' kull waħda minn dawn il-barrieri? Kemm kienu t-tunnellati ta' skart tal-bini mormija f'kull barriera fl-2003, l-2004 u l-2005? Kemm kien id-dħul li sar mir-rimi ta' dan l-iskart tal-bini f'dawn il-barrieri fl-2003, l-2004 u l-2005 għall-Wasterserv? Kemm tħallsu fl-2003, l-2004 u l-2005 l-operaturi ta' kull waħda minn dawn il-barrieri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-barrieri magħluqa amministrati mill-WasteServ Malta Ltd li matul l-2003, l-2004 u l-2005 kienu jilqgħu fihom skart tal-bini kienu dawn: Tal-Mejda South West Portion (Triq il-Belt Valletta, Mqabba) Part of North East Portion ‘Tal-Mejda/Tal-Froxx’ Barriera qrib tal-Mejda Fawwara Ġebel Ciantar Kirkop Tal-Froxx Ta’ l-Iblieq Extension of Ta’ l-Iblieq Tas-Sienja Siġġiewi Ta’ Ħanżier Żebbiegħ Ta’ Torri Falka Qrendi Ix-Xagħri l-Imqalleb Ta’ l-Isqof Tal-Modorbu Dingli Ta’ Tlata Lapsi Ta’ Belula Dawn il-barrieri kienu amministrati mill-WasteServ Malta Ltd bħala parti mill-kuntratt magħruf bħala Package One u li qed jiġi implimentat minn Ecoways Ltd. Tunnellati ta’ skart tal-bini mormija f’kull barriera fl-2003, l-2004 u l-2005: 2003 2004 2005 Lapsi 114,902.63 255,679.49 118,611.14 Mejda (siti vari) 171,894.54 0 0 Fawwara 30,392.53 0 0 Kirkop (Tal-Froxx) 166,306.23 0 0 Siggiewi 116,501.36 0 0 Kirkop (Ta’ l-Iblieq u l- extension ) 161,885.27 433,453.05 0 Zebbiegh 0 874,881.03 190.40 Qrendi 0 613,847.66 601,777.27 Dingli 0 0 149,313.08 Kirkop (Tas-Sienja) 0 0 315,282.54 Dħul għall-WasteServ Malta Ltd u Ħlas lill-Operatur: Dħul għall-WasteServ Ħlas lill-Operatur 2003 Lm298,910.13 Lm976,589.95 2004 Lm1,492,982.00 Lm2,813,190.25 2005 Lm1,659,266.84 Lm1,513,596.48 Il-barrieri li kienu liċenzjati biex jintrema fihom it-terrapien (skart tal-bini) huma dawn: Isem Tal-Barriera Operatur Sena tal-Liċenzja Quarry No 3, Wied Incita, Rabat Road, Attard Emmanuel Aquilina o.b.o Debattista Schembri Qabel 2003 Quarry No 12, Wied Incita, Rabat Road, Attard Emmanuel Aquilina o.b.o Sand & Gravel Ltd Qabel 2003 Quarry No 15, Wied Filep L/o Naxxar Paul Vella o.b.o Ballut Blocks Ltd Qabel 2003 Quarry No 31, Ta' Dmejrek L/o Dingli Emmanuel Vella o.b.o Julian Vella Qabel 2003 Quarry No 35 Ta' Zuta L/o Dingli Mario Bonnici Qabel 2003 Ta' Qattara, Kercem, Gozo Carmel Spiteri & Michael Axiaq Qabel 2003 Quarry No 9, Ta' Kaduma, L/o Naxxar Carmel Vella Qabel 2003 Quarry No 21, Tal Ghaqba, Labour Avenue, Naxxar Carmel Vella Qabel 2003 Quarry No 52, Triq is-Sejba, L/o Mqabba Emmanuel Mifsud Qabel 2003 Quarry No 33, Ta' Belula, Lapsi L/o Siggiewi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Qabel 2003 Quarry No 28. Ta' Xaghar Imqalleb, Mqabba Emmanuel Camilleri Qabel 2003 Quarry No 5. Triq Wied Merill, Ta' Ghansar l/o San Lawrenz, Gozo John Mizzi Qabel 2003 Quarry at Ta’Kandja, L/O Mqabba Director General, Works Division 2003 Quarry at Tal-Mejda, l/o Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2003 Franka Quarry, Wied Hanzir, Siggiewi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2003 Quarry No 29 Torri Falka, Mgarr Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2003 South West Portion of SM 72, Tal-Mejda, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Tal-Froxx, Kirkop Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry between Tal-Mejda and ‘Tal Froxx, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Tal-Modorbu, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Tax-Xaghri Imqalleb, Qrendi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at Ta’ L-Iblieq, Kirkop Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Part of NE Portion of SM72 Tal-Mejda, Mqabba Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Quarry at 76, Misrah Sinjura, Triq Is-Siggiewi, Qrendi Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd 2004 Santa Katerina Street, Ix- Xwieki l.o. Gharghur Jenine Korfan 2005

Magħtab — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħol b'kuntratt sar fis-sit tal-Magħtab u jagħti lista sħiħa tal-kuntratti, kuntratturi u ħlasijiet li ħadu fis-sena 2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Hardware

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21936, ninforma lill-Prim Ministru li qed nirriferi għall-kuntratt li oriġinarjament ibbiddjaw għalih l-isoft.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-PBS mhuwiex iżomm l-impenn tiegħu biex jipprovdi regolament l-SBTV Station fl-Awstralja bl-aħbarijiet minn Malta kif miftiehem? Każ tipiku reġa' ġara nhar il-Ħadd 12 ta' Novembru, 2006. Possibbli li l-cassette koċernat ma jistax jitwassal fi żmien ħamest ijiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Ġwann — Tindif tal-widien

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22010 u jinvestiga l-ilment ta' familja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar flooding li jkollhom fit-triq kull meta tagħmel ix-xita kif ukoll li jsir tindif tal-widien qrib tagħhom kif soltu kien isir fix-xhur tas-sajf qabel ma jaqleb it-temp?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li dwar l-ilment imsemmi sar tindif tal-wied fiż-żona msemmija matul il-ġranet li għaddew. Fuq il-kwistjoni tal-flooding f’din iż-żona, qed isir masterplan fuq il-problema ta’ l-għargħar li tikkonċerna lil Malta kollha. Din iż-żona ħa tkun ikkunsidrata f’dan il-pjan. Pero, ta' min jgħid ukoll li l-problemi ta' din iż-żona huma l-istess bħal ħafna żoni oħra madwar Malta fejn saru żviluppi kbar ta' bini u toroq u ma sarx żvilupp adegwat għal kontroll ta' l-ilma tax-xita. Din il-proprjetà tinstab mibnija fl-aktar post baxx tat-triq fejn jaqa’ l-ilma kollu li jkun ġej minn naħa ta' l-isptar il-ġdid, parti mill-università, miż-żona industrijali ta' San Ġwann, mit-triq li minn San Ġwann tagħti għan-Naxxar u minn San Ġwann stess. L-ilma tax-xita taż-żoni msemmija jinġabar kollu quddiem ix-xatba ta' din il-proprjetà u jibqa’ niżel minn nofs l-art ta' din il-proprjetà għal Wied Għollieqa. Diġa' qed isiru proposti ta' kif din il-problema tiġi mitigata.

San Ġwann — Sleeping policeman

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti ta' diversi residenti ta' Triq San Ġwann tal-Għorgħar, San Ġwann, tista' titneħħa s-sleeping policeman li qed tkun ta' inkonvenjent għalihom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali tat-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku irrizulta li ma hemm ebda road hump fi Triq San Gwann Tal-Ghorghar u lanqas fit-toroq biswit li huma Triq It-Trunciera t-Twila w Triq Il-Kwartier ta’ Xindi. Minn ricerka li saret fir- records tat-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku sa mis-sena 2002, ma nstabelt l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ghal tali road hump u lanqas ma nstabet l-ebda approvazzjoni mit-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku.

Studenti ta' l-ITS — Smart card

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kuntrarju għal studenti oħrajn, l-istudenti ta' l-ITS mhumiex intitolati għall-ismart card?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li jattendu l-Institute of Tourism Studies jirċievu stipendju ta' Lm12 fil-ġimgħa għall-ewwel sena, Lm17 fit-tieni sena u Lm22 fir-raba' sena (fit-3 sena jkunu msefrin). L-istudenti huma ntitolati wkoll għal nofs il-bonus u jitħallsu mhux anqas mill-paga minima matul il-perjodu ta' Local Industrial Trade Practice (14 il-ġimgħa xogħol full-time fl-industrija) fis-sajf ta' bejn l-ewwel u t-tieni sena.

San Ġwann — Triq San Ġwann tal-Għorgħar

Question

Rigward Triq San Ġwann tal-Għorgħar, San Ġwann li hi one way, jista' il-parking isir fuq naħa waħda biss tat-triq minħabba l-inkonvenjent għar-residenti nfushom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li Triq San Gwann ta’ l-Gharghar hija two-way in-naha t’isfel u one way in-naha ta’ fuq. Fil-parti tal- one way fi Triq San Gwann ta’ l-Gharghar il-wesgha tat-triq tvarja minn tmien metri sa ghaxar metri w sittin centimetru. Tali triq hija kkunsidrata bhala Local Access u ghaldaqstant, skond il-linji ta’ Gwida tat-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku, l-parkegg jista’ jsir fuq iz-zewgt nahat tat-triq fejn il-wisgha ta’ tali triq ma tkunx inqas minn tmien metri u nofs. It-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku ser jikkuntattja lill-Kunsill Lokali ta’ San Gwann rigward din il-proposta ghall-kummenti taghhom.

Persuna b'diżabilita' — Xiri ta' appartament tal-gvern

Question

Tista' persuna b'diżabilita' tixtri flat tal-gvern li qed tgħix fih iffinanzjat minn familjiari tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Inkwilin f'post tal-Gvern li jkun ilu konoxxut bħala l-kerrej għal mill-anqas ħames snin ikun jista' japplika biex jixtri l-fond fejn joqgħod taħt l-iskema Sir Sid Darek. Għalkemm m'hemm xejn xi jżomm lill-familjari ta' persuna li jgħinuha finanzjarjament biex tixtri l-fond, il-kuntratt tal-bejgħ tal-fond isir biss mal-kerrej konoxxut li jkun qed jixtri l-fond mikri lilu mill-Gvern.

Ħaddiema fil-cold stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid skond il-Health & Safety Regulations, ħaddiema li jaħdmu f'cold stores kemm huma obbligati jaħdmu ħinijiet fil-friża u kemm ħinijiet barra l-friża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-regolamenti dwar saħħa u sigurta' ma jispeċifikawx t-tul ta’ ħin li persuna tista taħdem ġo cold store, u dan għaliex jiddependi fuq kemm tkun baxxa t-temperatura, n-natura tax-xogħol li jkun mistenni li jsir (il-physical activity) u l-protezzjoni personali li jkollhom il-ħaddiema. It-tul ta’ ħin irid jiġi stabbilit minn min iħaddem skond l-evalwazzjoni tar-riskju li hu obbligat jagħmel skond Kap. 424 u skond regolamenti sussidjarji.

Ta' Xbiex H.E. — Siġar

Question

Jista' il-Ministru jara li jiċċekknu s-siġar li hemm quddiem Block B2, Ta' Xbiex H.E. minħabba li jitilgħu magħhom il-qtates u l-ġrieden, b'inkonvenjent għar-residenti tal-block?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn is-siġar jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali Ta' Xbiex u sa llum ma saritx talba sabiex dawn jinżabru.

Skejjel Governattivi — Hardware ta' l-IT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se tinħadem is-sistema tal-leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 07? Il-MITTS se jkunu u/jew diġa' huma involuti fil-proċess?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga jekk il-persuna mill-Imsida li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex jirċievi l-pensjoni skond l-entitlement tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ma jistax jiġi nvestigat minħabba li m'għandniex dettalji biżżejjed.

San Ġwann — Tindif tal-widien

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment ta' familja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar flooding li jkollhom fit-triq kull meta tagħmel ix-xita kif ukoll li jsir tindif tal-widien qrib tagħhom kif soltu kien isir fix-xhur tas-sajf qabel ma jaqleb it-temp?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta/Malta Electricity — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal ir-riaġġustament tal-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' l-Enemalta u ta' l-ex Malta Electricity Board?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali ta' l-ex ħaddiema ta' l-Enemalta u l-Malta Electricity Board, huma aġġustati sal-2005, skond l-aħħar ftehim kollettiv li kien ikopri mill-2002 sal-2005.