Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi it-tweġiba hija fin-negattiv.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja ngaġġaw lill-Special Cleaners Limited wara sejħa pubblika għall-offerti. Il-kuntratt għal dan ix-xogħol ingħata fil-31 ta' Lulju 2006, ix-xogħol beda fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta' Awissu 2006 u ġie terminat fis-17 ta' Ottubru 2006. F'dan il-perijodu l-kumpanija tħallset is-somma ta' Lm1,231.48c.
Sar ukoll ħlas bejn il-5 ta' Jannar u s-16 t'Ottubru 2006 ta' Lm2,196 lill-istess soċjeta' għal servizz ta' 'cleaner' li kienet persuna ta' fiduċja tal-Kap tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari sabiex isir tindif fl-uffiċini tiegħu, u li ġiet ingaġġata b'ordni diretta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Affarijiet Rurali u Ambjent — Special Cleaners Limited
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qatt ma għamlu użu mis-servizzi ta’ Special Cleaners Limited.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Special Cleaners Limited
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22064 u jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21936, ninforma lill-Prim Ministru li qed nirriferi għall-kuntratt li oriġinarjament ibbiddjaw għalih l-isoft.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numri 22064.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22130 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kif se tinħadem is-sistema tal-leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 2007? Il-MITTS se jkunu u/jew diġa' huma involuti fil-proċess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MITTS Ltd għadha qed tevalwa l-aspetti kollha ta' dan il-proċess u għaldaqstant il-mudell li ser jintuża għadu ma' ġiex deċiż.
National Euro Changeover Committee — Xiri ta' computers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22182 dwar computers mixtrija minn National Euro Changeover Committee, jista' il-Prim Ministru jgħid mingħand min inkisbu quotations qabel ma waqgħet l-għażla fuq FGL information rigward tal-computers u laptops mixtrija fi Frar 2006?
X'kienu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta' li l-Prim Ministru rrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Rigward dawk mixtrija f'Ġunju 2006, jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-e procurement RFQ? X'kienu l-ispecifications mitluba? Kemm kien hemm kumpanniji oħra li ttenderjaw għalihom? X'kienu l-prezzijiet ikkwotati? Fuq liema kriterju saret l-għażla finali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Minħabba l-volum tat-traffiku, inkluż trakkijiet, li jkunu ġejjin mill-Industrial Estate ta' San Ġwann, tista' issir sleeping policemen fi Triq San Ġiljan, San Ġwann, biswit id-djar 109 u Nirvana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta waqt il-ħinijiet ta’ dħul u ħruġ ta’ l-iskola irriżulta li l-problemi relatati mall-volum tat-traffiku u trakkijiet fi Triq San Ġiljan huma kkawżati minn parkeġġ illegali ta’ karozzi li jikkrejaw ostaklu lit-traffiku.
Għaldaqstant l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ser tikkuntattja l-entitajiet kompetenti sabiex isir l-infurzar tal-
Motor Vehicle Regulations
kif meħtieġ f’din iz-zona.
Tista' issir zebra crossing fi Triq San Ġiljan, San Ġwann fejn tibda Triq Birkirkara, quddiem l-istabiliment BSL Lifestyles, qabel ma wieħed jikser għal Triq it-Trunċiera t-Twila, San Ġwann?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irriżulta li ġej:
§ Il-wiesgħa tat-triq quddiem il-
BSL Lifestyles
hija ta’ 12.6 metru (
refuge island
tkun meħtieġa fejn it-triq tkun usa minn 11-il metru).
§ L-ammont ta’ vetturi li għaddew minn Triq Birkirkara bejn is-sebgħa u nofs u t-tmienja u nofs ta’ filgħodu kien total ta’ 952 vetturi.
Għaldaqstant, is-sit indikat f’din il-mistoqsija parlamentari ser ikun analizzat fid-dawl ta’ din it-talba u fil-kuntest tal-madwar.
Tista' il-Ministru tindika jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellha amputation taż-żewġ riġlejn, hijiex intitolata għal xi disability pension apparti mill-pensjoni statutorja tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jieħu passi biex Triq it-Torri, Imsida ssir one-way minħabba l-bottlenecks ta' traffiku li spiss qed ikun hemm fil-parti t'isfel tat-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-problema ta’ Triq it-Torri kienet ġiet analizzata u kien irriżulta li minħabba problemi ta’ għargħar fiż-żona, mhux rakomandabbli li Triq it-Torri ssir one way.
Iżda, it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku kien ipprovda alternattiva lill-Kunsill Lokali sabiex jindirizza l-problema billi jitħalla li jsir il-parkeġġ fuq naħa waħda biss tat-triq.
Jistgħu jsiru traffic lights f'Valley Road, Imsida fil-parti ta' Conception Street, kantuniera ma' Triq it-Torri, Imsida minħabba d-diffikulta' li l-karozzi jkollhom biex joħorġu f'Valley Road?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita’ ta’ Trasport ta’ Malta ser tikkunsidra l-proposta mressqa mill-Onorevoli Nterpellant u għaldaqstant tinvestiga l-bżonn li jsiru traffic lights.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jitnaddaf il-ġibjun li hemm f'Valley Road, Imsida fit-tarf ta' Conception Street kantuniera ma' Triq it-Torri? Jaf il-Ministru li l-ġibjun jinsab mimli weraq tas-siġar wara ż-żabra li saret qabel ma qaleb it-temp?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22073 u jgħid x'inhi r-raġuni illi l-PBS mhuwiex iżomm l-impenn tiegħu biex jipprovdi regolament l-SBTV Station fl-Awstralja bl-aħbarijiet minn Malta kif miftiehem? Każ tipiku reġa' ġara nhar il-Ħadd 12 ta' Novembru, 2006. Possibbli li l-cassette koċernat ma jistax jitwassal fi żmien ħamest ijiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li l-PBS qed iżżomm l-parti tagħha ta’ l-impenn għaliex il-Cassette jinġabar mingħand il-PBS mill-Couriers tat-TNT kull nhar ta’ Ġimgħa qabel nofsinhar u tlett ijiem wara jasal Sydney biex l-aħbarijiet jixxandru l-Ħadd ta’ wara.
Fil-każ imsemmi, il-cassette inġabar mill-uffiċċju tal-PBS, il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru qabel nofsinhar. Skond it-Trace and Track facililty tal-Couriers tal-PBS, li huma TNT, il-cassette telaq minn Malta u wasal Sydney fis-6 ta’ Novembru 2006. Pero minn informazzjoni li għandna l-couriers tat-TNT fl-Awstralja wasslu l-cassette għand l-SBS nhar l-14 ta’ Novembru 2006.
Għalhekk peress li l-couriers wasslu l-cassette għand l-SBS tard, l-Aħbarijiet tal-Ħadd 12 ta’ Novembru, 2006 ma xxandrux.
Infurmat ukoll li l-PBS talbet spjegazzjoni mingħand it-TNT u dawn minn naħa tagħhom wieġbu li dan kien kaz ġenwin ta' żball uman u wegħdu li se jagħmlu dak kollu neċessarju biex is-sitwazzjoni ma terġax tirrepeti ruħha. Il-PBS jinnota li s-servizz s’issa kien sodisfaċenti u f’dan l-istadju ma jarax il-bżonn ta azzjoni ulterjuri.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22045 u jgħid liema xogħol b'kuntratt sar fis-sit tal-Magħtab u jagħti lista sħiħa tal-kuntratti, kuntratturi u ħlasijiet li ħadu fis-sena 2004?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħala xogħol li sar fuq is-sit tal-Magħtab l-antik fiż-żmien li qed jirreferi għalih kienu involuti l-kuntratti imsemmija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22044 u jippreżenta l-lista ta' tenders li nħarġu bejn April 2005 u llum mill-Wasteserv? Min ħa dawn it-tenders u għal kemm kienu jammontaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid min qed jeżerċita l-linja editorjali ta' l-istazzjon Education 22? X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li jkun hemm imparzjalita' fil-programmi mtella'? Kif qed isir l-iffinanzjar ta' dan l-istazzjon? Kemm qed joħroġ fondi l-Ministeru? Hemm xi finanzjament minn għejjun oħra wkoll?
Response (GALEA, LOUIS)
L-imparzjalita' ta' l-istazzjon Education 22 hija sorveljata attivament mill-Awtorita' tax-Xandir. L-istazzjon hu dedikat għal informazzjoni dwar dak li jiġri fl-edukazzjoni, fil-kultura u fl-isport.
Il-finanzjament ta' l-istazzjon isir permezz ta' allokazzjoni ta' fondi pubbliċi li fis-sena kurrenti tammonta għal Lm95,000.00. Madankollu l-istazzjon iħabrek sabiex jgħolli l-kwalita' tal-prodott tiegħu billi jniedi inizjattivi ta' public/private partnerships fit-tiswir ta' xi programmi li jxandar.
Il-Problema tikkonċerna l-parti ta' fuq ta' San Ġwan ta' l-Għargħar, San Ġwann li tmiss ma' Naxxar Road u mhux kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22011.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li fi Triq San Ġwann ta’ l-Għargħar minn kantuniera ma’ Triq Naxxar sa kantuniera ma’ Triq Bellavista hemm road hump li, minn kejl li ttiehed fuq il-post, irriżulta li mhux mibnija skond l-ispecifications ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta.
Minn riċerka li saret fir-
records
tat-Taqsima għall-Immanniġjar tat-Traffiku irriżulta li tali
road hump
ġiet approvata fis-7 ta’ Diċembru 1998, fuq talba tal-Kunsill Lokali u li ma’ l-approvazzjoni ntbaghtu wkoll l-
ispecifications
għal tali
road hump
. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku informa lil Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li tali
road hump
mhux mibnija skond l-
ispecifications
ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta kif maħruġa mall-permess oriġinali sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja biex tittranġa tali
raod hump.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21993 u jgħid kif se tinħadem is-sistema tal-leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 07? Il-MITTS se jkunu u/jew diġa' huma involuti fil-proċess?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.