Legislature:
Category:
Reset
Active:

National Euro Changeover Committee — Xiri ta' computers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22182 dwar computers mixtrija minn National Euro Changeover Committee, jista' il-Prim Ministru jgħid mingħand min inkisbu quotations qabel ma waqgħet l-għażla fuq FGL information rigward tal-computers u laptops mixtrija fi Frar 2006? X'kienu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta' li l-Prim Ministru rrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu? Rigward dawk mixtrija f'Ġunju 2006, jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-e procurement RFQ? X'kienu l-ispecifications mitluba? Kemm kien hemm kumpanniji oħra li ttenderjaw għalihom? X'kienu l-prezzijiet ikkwotati? Fuq liema kriterju saret l-għażla finali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22185 ninstab infurmat lill-Onorevoli Interpellant li rriżulta li fil-fatt dawn il-computers inxtraw mingħand id-ditta FGL għad-Dwana u mhux għall-NECC. Intużat is-sistema ta’ l-e-procrement – referenza Q001689 (S008829). Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ir-riferenza ta’ l-e-procurement hija Q002143 (S010919). Għaldaqstant inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra, kopja tal-Quotations Status maħruġa mis-sistema ta’ l-e-procurement fejn tidher kull informazzjoni mitluba. Ntgħażel l-offerti tal-FGL a bażi ta’ l-orħos offerta.

Sigurta' Soċjali — Parental allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk single parent raġel bi tliet itfal li jaħdem, huwiex intitolat għal xi forma ta' parental allowance?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali ma jeżistix benefiċċju bl-isem ta’ parental allowance, nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Allowance tat-Tfal. Jekk dan hu l-każ, il-ħlas ta’ din l-Allowance hi suġġetta għat-test tal-mezzi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna konċernata lejn l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex tiġi gwidata dwar jekk għandiex dritt għall-Allowance imsemmija jew le.

Swatar — Ispezzjoni fi blokk tal-gvern

Question

Jista' id-dipartiment tal-maintenance tal-housing jispezzjona u jekk hemm bżonn jieħu azzjoni dwar ix-shafts li minnhom qed jidħol l-ilma fl-indirizz li qed jintbagħat separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt il-każ indikat mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Awtorita' tad-Djar — Każ dwar kera

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga għaliex il-kera tas-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, żdiedet mindu miet ir-raġel tagħha flok naqset?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie rivedut din is-sena u li ġie kkalkulat skond il-kuntratt iffirmat fil-21 ta’ Novembru 1997.

Swatar — Stray dogs

Question

Jistgħu jittieħdu passi dwar l-istray dogs li qed ikun hemm spiss fi Swatar Road, Swatar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi xi xhur ilu, fuq rapporti li kienu saru, membri ta' l-SPCA kienu ġabru xi klieb minn l-inħawi imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Wara li kien sar dan l-eżerċizzju ma jirriżultax li l-Pulizija kellha aktar rapporti.

Msida — Ġibjun

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22193 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jitnaddaf il-ġibjun li hemm f'Valley Road, Msida fit-tarf ta' Conception Street kantuniera ma' Triq it-Torri? Jaf li l-ġibjun jinsab mimli weraq tas-siġar wara ż-żabra li saret qabel ma qaleb it-temp?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ma għandha l-ebda informazzjoni fuq kemm ilu ma jitnaddaf dan il-gibjun. Minkejja illi dan il-gibjun jinsab fl-inventarju tal-KSI, il-Korporazzjoni ma tagħtiex priorita’ lil dan it-tip ta’ xogħol billi dan hu wieħed mill-“Ġibjuni” li jservi biss biex jilqgħu x-xita u mhumiex parti minn network ta’ l-ilma tax-xorb. Madanakollu, dawn it-tip ta’ ġibjuni qed ikunu ikkunsidrati fil-Pjan Nazzjonali dwar l-ilma tax-xita (Stormwater MasterPlan) li qed jiġi ppreparat. Eventwalment huwa ttamat illi fir-rakkomandazzjonijiet finali jkun hemm indikazzjoni dwar x’għandu jsir biex xogħol tal-manutenzjoni u l-operat ta’ strutturi ta’ ilqugħ tax-xita jkun jista’ jsir minn entita’ waħda li jkolla r-riżorsi li hemm bżonn.

Żvilupp Urban u Toroq — Special Cleaners Limited

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li kemm ilu li twaqqaf dan il-ministeru, kemm il-ministeru nnifsu, kif ukoll id-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpaniji u ażjendi li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħu, qatt ma ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Ltd.
Leg 10 PQ #22410 Sitting 474 2006-12-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Special Cleaners Limited

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta hija fin-negattiv.

Swatar — Asfaltar ta' toroq

Question

Billi għalkemm fiż-żmien ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Marzu ta' din is-sena kont ingħatajt x'nifhem illi kien se jsir asfaltar ta' toroq ħdejn u madwar l-appartamenti tal-gvern fis-Swatar, Block A1, Block A2, Block B1 u Block B2 u billi minn dakinhar is-sitwazzjoni baqgħet l-istess, jista' il-Ministru jagħtini indikazzjoni meta se jsir dan l-asfaltar, l-aktar minħabba l-inkonvenjent li dan għadu qed jikkawża lir-residenti, fosthom nies li ilhom joqogħdu f'dawn l-appartamenti madwar tmien snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi Triq Ġdida fi Triq Guttenberg fis-Swatar, li hija t-triq fejn jinsabu dawn l-appartamenti, hija nkluża fil-lista ta’ toroq li nħarġet mill-ADT. Għaldaqstant din it-triq hija ppjanata li ssir sas-sena 2008.

Swatar — Bus stop

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir bus stop qrib l-HSBC call centre għall-benefiċċju ta-residenti tas-Swatar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li dan il-bus stop ser jitwaħħal il-ġimgħa d-dieħla fuq talba li għamel l-HSBC stess.

Swatar — White line

Question

lBilli skond ir-residenti l-line abjad li għamlet l-ADT qrib il-kulleġġ St. Martins fis-Swatar ġie itwal mili suppost, dan qed jieħu parking space tar-residenti bla bżonn, jistgħu r-residenti jipparkjaw fi ħdan dan il-line abjad billi safejn naf jien il-parking ma jistax isir biss fejn hemm double yellow lines? Dan qed jingħad għaliex min għamel dan ġieli ngħata ċitazzjoni mill-wardens.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’riferenza għal mistoqsija parlamentari, jistà l-Onorevoli Interpellant jindika f’liema parti ta’ Triq is-Swatar qiegħed il-white line li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.

Swatar — Sleeping policeman

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk tistax issir sleeping policeman fin-nofs ta' Triq is-Swatar, fis-Swatar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immanigjar tat-Traffiku ta’ dawn l-aħħar tlett snin, irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida għal tali round-topped road hump fi Triq is-Swatar. Minn speed survey li sar fuq il-post irriżulta li l-85 th Percentile Dry Weather Speed huwa ta’ 42km/h. Minħabba li tali triq tinstab biswit skola huwa rakkommandat li ssir tali road hump sabiex l-85 Percentile Speed jinżel għal 25km/h. L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ser tikkuntatja l-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida rigward tali rakkommandazzjoni.
Leg 10 PQ #22403 Sitting 473 2006-12-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Special Cleaners Limited

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kemm il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu qatt ma ingaġġaw is-servizzi ta’ Special Cleaners Limited.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Special Cleaners Limited

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li le.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Special Cleaners Limited

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-Ministeru għall-Kompetittivita u Komunikazzjoni kif ukoll fid-Dipartimenti, Diviżjonijiet u Awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, qatt ma ġew ngaġġati s-servizzi ta' Special Cleaners Ltd.

Riżorsi u Infrastruttura — Special Cleaners Limited

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li dan il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, awtoritajiet, kumpaniji u ażjendi li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tiegħu ma taw l-ebda kuntratt lil Special Cleaners Ltd.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Special Cleaners Limited

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekastru tiegħi qatt ma ġew ingaġġati s-servizzi ta' Special Cleaners Ltd.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Special Cleaners Limited

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li la l-Ministeru u lanqas xi Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħtu ma ngaġġaw is-servizzi tal-kumpannija ndikata mill-Onor. Interpellant.

Sigurta' Soċjali — Talba għal allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk mara tad-dar li tieħu ħsieb tifla permanentement inkapaċitata u bed ridden li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għal xi forma ta' allowance billi ma tistax toħroġ taħdem minħabba l-inkapaċita' tal-wild tagħha? Ir-raġel huwa gainfully employed.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.